|
+Artikolu 415 5. |
Artikolu 415 5.Fuq talba, ►C2 l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ◄ jipprovdu f'waqtu u b'mezz elettroniku r-rappurtar kollu sottomess mill-istituzzjoni skont il-formati uniformi ta' rappurtar imsemmija fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti u l-bank ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti fejn hemm fergħat sinifikanti skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-istituzzjoni prinċipali jew istituzzjonijiet ikkontrollati mill-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti li għandhom sussidjarji awtorizzati tal-istituzzjoni prinċipali jew istituzzjonijiet ikkontrollati mill-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali u l-bank ċentrali tal-istess Stat Membru;
(c)
ABE;
(d)
BĊE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|