+Artikolu 415 Obbligu ta’ rappurtar u l-format tar-rappurtar
---+Artikolu 415 1.
---+Artikolu 415 2.
---+Artikolu 415 3.
---+Artikolu 415 3a.
---+Artikolu 415 4.
---+Artikolu 415 5.
---+Artikolu 415 6.
|
Artikolu 415 Obbligu ta’ rappurtar u l-format tar-rappurtar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 415 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw l-elementi msemmija fl-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 3 jew 3a ta' dan l-Artikolu, fit-Titolu IV u fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1) fil-munita tar-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti, irrispettivament mid-denominazzjoni attwali ta' dawk l-elementi. Sa dak iż-żmien li l-obbligi tar-rappurtar u l-format tar-rappurtar għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ikunu ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti l-elementi msemmija fit-Titolu III fil-munita tar-rappurtar, irrispettivament mid-denominazzjoni attwali ta' dawk l-elementi. Il-frekwenza tar-rappurtar għandha tkun mill-inqas darba fix-xahar għall-elementi msemmija fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1) u mill-inqas kull tliet xhur għall-elementi msemmija fit-Titoli III u IV.
|
|
Artikolu 415 2.
|
Istituzzjoni għandha tirrapporta b'mod separat lill-awtoritajiet kompetenti, l-elementi msemmija fl-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fil-paragrafu 3 jew 3a ta' dan l-Artikolu, fit-Titolu III sa dak iż-żmien li l-obbligi tar-rappurtar u l-format tar-rappurtar għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ikunu ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni, fit-Titolu IV u fl-att delegat msemmi fl-Artikolu 460(1), kif adatt, f'konformità ma' dan li ġej:
(a)
fejn l-elementi jkunu denominati f'munita għajr il-munita tar-rappurtar u l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet aggregati denominati f'tali munita li jammontaw għal jew jaqbżu l-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp tal-likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita ta' denominazzjoni;
(b)
fejn l-elementi huma denominati fil-munita ta' Stat Membru ospitanti fejn l-istituzzjoni għandha fergħa sinifikanti kif imsemmi l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE u dak l-Istat Membru ospitanti juża munita oħra barra l-munita tar-rappurtar, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tal-Istat Membru li fih tinsab il-fergħa sinifikanti;
(c)
fejn l-elementi jkunu denominati fil-munita tar-rappurtar, u l-ammont aggregat ta' obbligazzjonijiet f'muniti għajr il-munita tar-rappurtar jammonta għal jew jaqbeż il-5 % tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni jew tas-sottogrupp ta' likwidità waħdieni, bl-esklużjoni tal-fondi proprji u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, ir-rappurtar għandu jsir fil-munita tar-rappurtar.
|
|
Artikolu 415 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika dawn li ġejjin:
(a)
formati uniformi u soluzzjonijiet tal-IT bi struzzjonijiet assoċjati għal frekwenzi u d-dati tar-referenza u ta' rimessa; il-formati tar- rappurtar u l-frekwenzi għandhom ikunu proporzjonali għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet differenti tal-istituzzjonijiet u għandhom jinkludu r-rappurtar meħtieġ skont il-paragrafi 1 u 2;
(b)
metriċi addizzjonali meħtieġa għall-monitoraġġ tal-likwidità, li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu idea komprensiva tal-profil tar-riskju tal-likwidità ta' istituzzjoni, proporzjonali għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet ta' istituzzjoni.
L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi għall-elementi speċifikati fil-punt (a) sat-28 ta' Lulju 2013 u għall-elementi speċifikati fil-punt (b) sal-1 ta' Jannar 2014. Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummisjoni li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 415 3a.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tispeċifika liema metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità kif imsemmi fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummisjoni li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 415 4.
|
Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu f'waqtu u b'mezz elettroniku r-rappurtar individwali skont dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti u lill-bank ċentrali tal-Istati Membri ospitanti u lill-ABE.
|
|
Artikolu 415 5.
|
Fuq talba,
►C2
l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom ◄ jipprovdu f'waqtu u b'mezz elettroniku r-rappurtar kollu sottomess mill-istituzzjoni skont il-formati uniformi ta' rappurtar imsemmija fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti u l-bank ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri ospitanti fejn hemm fergħat sinifikanti skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-istituzzjoni prinċipali jew istituzzjonijiet ikkontrollati mill-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali;
(b)
l-awtoritajiet kompetenti li għandhom sussidjarji awtorizzati tal-istituzzjoni prinċipali jew istituzzjonijiet ikkontrollati mill-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali u l-bank ċentrali tal-istess Stat Membru;
|
|
Artikolu 415 6.
|
Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom istituzzjoni awtorizzata li hija sussidjarja ta’ istituzzjoni prinċipali jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali għandhom jipprovdu f'waqtu u b'mezz elettroniku r-rappurtar kollu sottomess mill-istituzzjoni skont il-formati uniformi ta' rappurtar imsemmija fil-paragrafu 3 lill-awtoritajiet kompetenti li jwettqu superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru fejn tkun awtorizzata l-istituzzjoni u lill-ABE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|