|
+Artikolu 419 2. |
Artikolu 419 2.Fejn il-ħtiġijiet ġustifikati għal assi likwidi fid-dawl tar-rekwiżit fl-Artikolu 412 jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi f'munita, għandha tapplika deroga waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:
(a)
permezz ta' deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 417, id-denominazzjoni tal-assi likwidi tista' tkun inkonsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis tad-dħul;
(b)
għall-muniti ta' Stat Membru jew ta' pajjiżi terzi, l-assi likwidi meħtieġa jistgħu jiġu sostitwiti minn linji ta' kreditu mill-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkunu impenjati kuntrattwalment u b'mod irrevokabbli għat-30 ġurnata li jmiss u li jkunu pprezzati b'mod ġust, indipendentement mill-ammont attwalment miġbud, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jagħmlu l-istess u sakemm dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ikollu fis-seħħ rekwiżiti tar-rappurtar komparabbli;
(c)
meta jkun hemm defiċit ta' assi ta' livell 1, jistgħu jinżammu assi addizzjonali ta' livell 2A mill-istituzzjoni, soġġett għal haircuts ogħla, u jista' jiġi emendat kwalunkwe massimu applikabbli għal dawk l-assi f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|