+Artikolu 423 Flussi 'l barra Addizzjonali
---+Artikolu 423 1.
---+Artikolu 423 2.
---+Artikolu 423 3.
---+Artikolu 423 4.
---+Artikolu 423 5.
---+Artikolu 423 6.

Artikolu 423 Flussi 'l barra Addizzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 423 1.
Kollateral għajr l-assi msemmija fl-Artikolu 416(1)(a), (b) u (c), li jiġi depożitat mill-istituzzjoni għall-kuntratti elenkati fl-Anness II u derivattivi tal-kreditu, għandu jkun soġġett għal fluss ’il barra addizzjonali ta’ 20 %.
Artikolu 423 2.
Istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-kuntratti kollha li jkunu saru fejn il-kondizzjonijiet kuntrattwali tagħhom iwasslu għal flussi 'l barra ta' likwidità jew ħtiġijiet addizzjonali ta' kollateral, fi żmien 30 jum wara degradazzjoni materjali fil-kwalità tal-kreditu tal-istituzzjoni. Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw dawk il-kuntratti bħala materjali għall-flussi 'l barra potenzjali ta' likwidità tal-istituzzjoni, għandhom jeħtieġu li l-istituzzjoni żżid fluss 'il barra addizzjonali għal dawk il-kuntratti, li għandu jikkorrispondi għall-ħtiġijiet kollaterali addizzjonali li jirriżultaw minn degradazzjoni materjali fil-kwalità tal-kreditu tagħha, bħal deklassament ta' tliet livelli fil-valutazzjoni tal-kreditu esterna tagħha. L-istituzzjoni għandha regolarment tirrevedi d-daqs ta' din id-degradazzjoni materjali fid-dawl ta' dak li hu rilevanti taħt il-kuntratti li tkun daħlet għalihom, u għandha tinnotifika r-riżultat tar-reviżjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 423 3.
L-istituzzjoni għandha żżid fluss'il barra addizzjonali li għandha tikkorrispondi għall-ħtiġijiet kollaterali li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tagħha jekk ikunu materjali.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom il-kunċett tal-materjalità jista' jiġi applikat u li jispeċifikaw il-metodi għall-kalkolu tal-fluss 'il barra addizzjonali.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 423 4.
L-istituzzjoni għandha żżid fluss ’il barra addizzjonali li jikkorrispondi għall-valur tas-suq ta' titoli jew assi oħra mibjugħa bin-nieqes u li għandhom jiġu konsenjati fil-perijodu ta’ 30 ġurnata sakemm l-istituzzjoni ma tkunx is-sid tat-titoli li jridu jiġu konsenjati jew tkun isselfithom b’termini li jeħtieġu r-ritorn tagħhom biss wara l-perijodu ta’ 30 ġurnata u t-titoli ma jiffurmawx parti mill-assi likwidi tal-istituzzjoni.
Artikolu 423 5.

L-istituzzjoni għandha żżid fluss ’il barra addizzjonali li jikkorrispondi għall-:

(a) 

kollateral eċċessiv miżmum mill-istituzzjoni li jista' jissejjaħ kuntrattwalment fi kwalunkwe waqt mill-kontroparti;

(b) 

kollateral li huwa dovut li għandu jintradd lill-kontroparti;

(c) 

kollateral li jikkorrispondi għall-assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 416 li jistgħu jiġu sostitwiti għal assi li jikkorrispondu għal assi li ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 416 mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni.

Artikolu 423 6.
Id-depożiti rċevuti bħala kollateral m'għandhomx jitqiesu bħala obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 422 iżda għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu meta applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit