+Artikolu 428i Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428i Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428i

Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji bil-fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli disponibbli għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' obbligazzjonijiet u fondi proprji.

Bonds u titoli ta' dejn oħra li jinħarġu mill-istituzzjoni, mibjugħa b'mod esklussiv fis-suq tal-konsumatur, u miżmuma f'kont fil-livell ta' konsumatur, jistgħu jkunu ttrattati bħala li jappartjenu għall-kategorija adatta ta' depożiti fil-livell tal-konsumatur. Il-limitazzjonijiet għandhom ikunu fis-seħħ, b'tali mod li dawk l-istrumenti ma jistgħux jinxtraw u jinżammu minn partijiet oħra għajr klijenti fil-livell tal-konsumaturi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit