+Artikolu 429e Suppliment tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
---+Artikolu 429e 1.
---+Artikolu 429e 2.
---+Artikolu 429e 3.
---+Artikolu 429e 4.
---+Artikolu 429e 5.
---+Artikolu 429e 6.
---+Artikolu 429e 7.
|
Artikolu 429e Suppliment tar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 429e 1.
|
Flimkien mal-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ f'konformità mal-Artikolu 429b(1), l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil-miżura tal-iskopertura totali suppliment għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti kkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 429e 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li ma jkunux soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont it-tranżazzjoni f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
|
=
|
is-suppliment;
|
|
i
|
=
|
l-indiċi li jindika t-tranżazzjoni;
|
|
Ei
|
=
|
il-valur ġust tat-titoli jew il-flus kontanti mislufa lill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i; u
|
|
Ci
|
=
|
il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti taħt it-tranżazzjoni i.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu
ekwivalenti għal żero fejn Ei jkun il-flus kontanti mislufa lil kontroparti u l-flus kontanti assoċjati riċevibbli ma jkunux eliġibbli għat-trattament tan-netting stipulat fl-Artikolu 429b(4).
|
|
Artikolu 429e 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-suppliment għal tranżazzjonijiet ma' kontroparti li jkunu soġġetti għal ftehim prinċipali ta' netting li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 206 fuq il-bażi skont il-ftehim f'konformità mal-formula li ġejja:
fejn:
|
|
=
|
is-suppliment;
|
|
i
|
=
|
l-indiċi li jindika l-arranġament tan-netting;
|
|
Ei
|
=
|
il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti mislufa lill-kontroparti għat-tranżazzjonijiet li huma soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i; u
|
|
Ci
|
=
|
il-valur ġust tat-titoli jew tal-flus kontanti riċevuti mill-kontroparti li huma soġġetti għall-ftehim prinċipali ta' netting i.
|
|
|
Artikolu 429e 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, it-terminu kontroparti jinkludi wkoll aġenti tripartitiċi li jirċievu kollateral f'depożitu u jamministraw il-kollateral fil-każ ta' tranżazzjonijiet tripartitiċi.
|
|
Artikolu 429e 5.
|
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu stipulat fl-Artikolu 222, soġġett għal limitu ta' 20 % għall-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli, biex jiddeterminaw is-suppliment għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw dan il-metodu biss meta jużawh ukoll biex jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk it-tranżazzjonijiet bl-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji kif stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1).
|
|
Artikolu 429e 6.
|
Meta tinkiseb kontabbiltà tal-bejgħ għal tranżazzjoni ta' riakkwist skont il-qafas ta' kontabbiltà applikabbli, l-istituzzjoni għandha treġġa' lura l-elementi ta' kontabbiltà kollha relatati mal-bejgħ.
|
|
Artikolu 429e 7.
|
Meta istituzzjoni taġixxi bħala aġent bejn żewġ partijiet fi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, inkluż tranżazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin għall-kalkolu tal-miżura tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni:
(a)
meta l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija għal waħda mill-partijiet fit-tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, u l-indennizz jew il-garanzija tkun limitata għal kwalunkwe differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus kontanti li tkun sellfet il-parti u l-valur tal-kollateral li jkun ipprovda l-mutwatarju, l-istituzzjoni għandha tinkludi biss is-suppliment ikkalkolat f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3, kif applikabbli, fil-miżura tal-iskopertura totali;
(b)
meta l-istituzzjoni ma tipprovdix indennizz jew garanzija lil xi waħda mill-partijiet involuti, it-tranżazzjoni ma għandhiex tiġi inkluża fil-miżura tal-iskopertura totali;
(c)
meta l-istituzzjoni tkun ekonomikament esposta għat-titolu sottostanti jew il-flus kontanti fit-tranżazzjoni għal ammont ikbar mill-iskopertura koperta mis-suppliment, hija għandha tinkludi wkoll fil-miżura tal-iskopertura totali l-ammont sħiħ tat-titolu jew tal-flus kontanti li tkun esposta għalihom;
(d)
meta l-istituzzjoni li taġixxi bħala aġent tipprovdi indennizz jew garanzija għaż-żewġ partijiet involuti fi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli, l-istituzzjoni għandha tikkalkola l-miżura tal-iskopertura totali tagħha f'konformità mal-punti (a) (b) u (c) b'mod separat għal kull parti involuta fit-tranżazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|