Artikolu 430 11.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jneħħu r-rekwiżit li jiġi ppreżentat xi wieħed mill-punti ta' data stipulati fil-mudelli ta' rappurtar speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu meta dawk il-punti ta' data jkunu duplikattivi. Għal dawn il-finijiet, il-punti ta' data duplikattivi għandhom jirreferu għal kwalunkwe punt ta' data li huwa diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta' mezzi oħra għajr bil-ġbir ta' dawk il-mudelli ta' rappurtar, inkluż fejn dawk il-punti ta' data jistgħu jinkisbu minn data li hija diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f'formati jew livelli ta' granularità differenti; l-awtorità kompetenti tista' tagħti biss ir-rinunzji msemmija f'dan il-paragrafu jekk id-data riċevuta, miġbura jew aggregata permezz ta' dawn il-metodi alternattivi tkun identika għal dawk il-punti tad-data li nkella jkollhom jiġu rrapportati f'konformità mal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rispettivi. L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nominati għandhom jużaw l-iskambju tad-data kull fejn ikun possibbli biex jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' informazzjoni u s-segretezza professjonali kif stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu I tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|