+Artikolu 430 Rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali u informazzjoni finanzjarja
---+Artikolu 430 1.
---+Artikolu 430 1a.
---+Artikolu 430 2.
---+Artikolu 430 2a.
---+Artikolu 430 2b.
---+Artikolu 430 3.
---+Artikolu 430 4.
---+Artikolu 430 5.
---+Artikolu 430 6.
---+Artikolu 430 7.
---+Artikolu 430 8.
---+Artikolu 430 9.
---+Artikolu 430 10.
---+Artikolu 430 11.

Artikolu 430 Rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali u informazzjoni finanzjarja

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 430 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar:

(a) 

rekwiżiti ta' fondi proprji, inkluż il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, kif stipulat fl-Artikolu 92 u l-Parti Sebgħa;

(b) 

ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b għal istituzzjonijiet li huma soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti;

(c) 

skoperturi kbar kif stipulat fl-Artikolu 394;

(d) 

rekwiżiti ta' likwidità kif stipulat fl-Artikolu 415;

(e) 

id-data aggregata għal kull suq ta' proprjetà immobbli nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 430a(1);

(f) 

ir-rekwiżiti u l-gwida stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE li jikkwalifikaw għal rappurtar standardizzat, ħlief għal kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ta' rappurtar skont il-punt (j) tal-Artikolu 104(1) ta' dik id-Direttiva;

(g) 

il-livell tal-aggravar tal-assi, inkluż diżaggregazzjoni skont it-tip ta' aggravar tal-assi, bħal ftehimiet ta' riakkwist, self ta' titoli, skoperturi titolizzati jew self;

▼M17

(h) 

l-iskoperturi tagħhom għal riskji tal-ESG, inkluż:

(i) 

l-iskoperturi eżistenti u ġodda tagħhom għall-entitajiet tas-settur tal-fjuwils fossili;

(ii) 

l-iskoperturi tagħhom għal riskji fiżiċi u riskji ta' tranżizzjoni;

(i) 

l-iskoperturi tagħhom għall-kriptoassi.

▼M8

L-istituzzjonijiet eżentati f'konformità mal-Artikolu 6(5) ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' rappurtar dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq bażi individwali.

Artikolu 430 1a.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-istituzzjonijiet jirrapportaw dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq it-titolizzazzjonijiet, l-informazzjoni li jirrapportaw għandha tinkludi informazzjoni dwar it-titolizzazzjonijiet NPE li jibbenefikaw mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 269a, dwar it-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ li joriġinaw, u dwar d-diżaggregazzjoni tal-assi sottostanti għal dawk it-titolizzazzjonijiet STS fil-karta tal-bilanċ skont il-klassi tal-assi.
Artikolu 430 2.
Minbarra r-rappurtar dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu monitoraġġ tal-volatilità tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja, b'mod partikolari madwar dati ta' referenza tar-rappurtar, l-istituzzjonijiet kbar għandhom jirrapportaw komponenti speċifiċi tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom abbażi ta' medji matul il-perijodu tar-rappurtar u d-data użata biex jiġu kkalkolati dawk il-medji.
Artikolu 430 2a.
Meta jirrapportaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stabbiliti fl-Artikolu 325c(2), il-punti (a), (b) u (c), għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar jew tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li jkunu soġġetti għal riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet.
Artikolu 430 2b.
Meta jirrappurtaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw separatament il-kalkoli stabbiliti fl-Artikolu 325ba(1), il-punti (a)(i) u (ii) u (b)(i) u (ii), u għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll tan-negozjar jew tal-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li jkunu soġġetti għal riskju tal-kambju u r-riskju tal-komoditajiet assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom ikunu ngħataw permess mill-awtoritajiet kompetenti biex jużaw l-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern f'konformità mal-Artikolu 325az(2).
Artikolu 430 3.

Minbarra r-rappurtar dwar ir-rekwiżiti prudenzjali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom meta jkunu waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni li tkun soġġetta għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(b) 

istituzzjoni tal-kreditu li tħejji l-kontijiet ikkonsolidati tagħha f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont il-punt (b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

Artikolu 430 4.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet tal-kreditu li jiddeterminaw il-fondi proprji tagħhom fuq bażi kkonsolidata f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà skont l-Artikolu 24(2) biex jirrapportaw informazzjoni finanzjarja f'konformità ma' dan l-Artikolu.
Artikolu 430 5.
Ir-rappurtar dwar informazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandu jinkludi biss informazzjoni li hija meħtieġa biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni u tar-riskji sistemiċi li l-istituzzjoni tippreżenta lis-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 430 6.
Ir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati għall-istituzzjonijiet b'mod proporzjonat, b'kont meħud tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 8, wara li jiġu kkunsidrati d-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom.
Artikolu 430 7.
►M17  L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati uniformi tar-rapportar, il-frekwenza u d-dati tar-rapportar, kif ukoll id-definizzjonijiet, u għandha tiżviluppa soluzzjonijiet tal-IT, inkluż mudelli ta' rapportar u struzzjonijiet għar-rapportar imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4. ◄

Kwalunkwe rekwiżit ta' rappurtar ġdid indikat f'tali standards tekniċi ta' implimentazzjoni ma għandux ikun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw liema komponenti tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja għandhom jiġu rrapportati bl-użu tal-valuri fi tmiem il-ġurnata jew fi tmiem ix-xahar. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tieħu kont taż-żewġ punti li ġejjin:

(a) 

kemm komponent ikun suxxettibbli għal tnaqqis temporanju sinifikanti fil-volumi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw f'nuqqas ta' rappreżentanza tar-riskju tal-lieva finanzjarja eċċessiva fid-data ta' referenza tar-rappurtar;

(b) 

żviluppi u sejbiet fil-livell internazzjonali.

L-ebda rekwiżit ta' rappurtar ġdid ma għandu jkun applikabbli qabel sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

L-ABE għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu sat-28 ta' Ġunju 2021, ħlief fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a) 

il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, li għandu jiġi ppreżentat sat-28 ta' Ġunju 2020;

(b) 

l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 92a u 92b, li għandhom jiġu ppreżentati sat-28 ta' Ġunju 2020;

(c) 

skoperturi għar-riskji tal-ESG, li għandhom jiġu ppreżentati sal-10 ta’ Lulju 2025.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 430 8.

L-ABE għandha tivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 ( 36 ) f'konformità ma' dan il-paragrafu u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq b'mod partikolari fir-rigward ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. Għal dawk l-għanijiet, ir-rapport għandu:

(a) 

jikklassifika l-istituzzjonijiet f'kategoriji abbażi tad-daqs, il-kumplessità u n-natura tagħhom u l-livell ta' riskju tal-attivitajiet tagħhom;

(b) 

ikejjel l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet matul il-perijodu rilevanti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, b'kont meħud tal-prinċipji li ġejjin:

(i) 

l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jitkejlu bħala l-proporzjon tal-ispejjeż ta' rappurtar relattivi għall-ispejjeż totali tal-istituzzjoni matul il-perijodu rilevanti;

(ii) 

l-ispejjeż ta' rappurtar għandhom jinkludu l-infiq kollu relatat mal-implimentazzjoni u l-operazzjoni fuq bażi kontinwa tas-sistemi tar-rappurtar, inkluż l-infiq fuq il-persunal, sistemi tal-IT, servizzi legali, ta' kontabbiltà, ta' awditjar u ta' konsulenza;

(iii) 

il-perijodu rilevanti għandu jirreferi għal kull perijodu annwali li matulu l-istituzzjonijiet ġarrbu spejjeż ta' rappurtar biex iħejju għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-rappurtar stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u biex ikomplu jħaddmu s-sistemi ta' rappurtar fuq bażi kontinwa;

(c) 

jivvaluta jekk l-ispejjeż ta' rappurtar imġarrba minn kull kategorija ta' istituzzjonijiet kinux proporzjonati fir-rigward tal-benefiċċji mogħtija mir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-finijiet tas-superviżjoni prudenzjali;

(d) 

jivvaluta l-effetti ta' tnaqqis ta' rekwiżit ta' rappurtar fuq l-ispejjeż u l-effettività tas-superviżjoni; u

(e) 

jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar, tal-inqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, li għal dan il-għan l-ABE għandha jkollha fil-mira tnaqqis mistenni tal-ispiża medja ta' mill-inqas 10 % iżda idealment 20 % ta' tnaqqis fl-ispejjeż. L-ABE għandha, b'mod partikolari, tivvaluta jekk:

(i) 

ir-rekwiżiti ta' rappurtar imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 jistgħux jitneħħew għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi fejn l-aggravar tal-assi kien taħt ċertu limitu;

(ii) 

il-frekwenza tar-rappurtar meħtieġa f'konformità mal-punti (a), (c), u (g) tal-paragrafu 1 tistax titnaqqas għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi.

L-ABE għandha takkumpanja dak ir-rapport bl-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.

Artikolu 430 9.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE dwar jekk l-istituzzjonijiet, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4, għandhomx jirrapportaw dwar l-informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata f'konformità mal-paragrafu 3, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjonijiet rilevanti mhumiex diġà qegħdin jirrapportaw fuq bażi konsolidata;

(b) 

l-istituzzjonijiet rilevanti huma soġġetti għal qafas ta' kontabbiltà f'konformità mad-Direttiva 86/635/KEE;

(c) 

ir-rappurtar finanzjarju huwa meqjus neċessarju biex tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-profil ta' riskju tal-attivitajiet ta' dawk l-istituzzjonijiet u tar-riskji sistemiċi li jippreżentaw għas-settur finanzjarju jew l-ekonomija reali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u l-mudelli li l-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jużaw għall-finijiet stipulati fih.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 430 10.
Fejn awtorità kompetenti tqis li l-informazzjoni mhux koperta mill-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 hija neċessarja għall-iskopijiet stipulati fil-paragrafu 5, hija għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS dwar l-informazzjoni addizzjonali li hija tqis li huwa neċessarju li tiġi inkluża fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu.
Artikolu 430 11.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jneħħu r-rekwiżit li jiġi ppreżentat xi wieħed mill-punti ta' data stipulati fil-mudelli ta' rappurtar speċifikati fl-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu meta dawk il-punti ta' data jkunu duplikattivi. Għal dawn il-finijiet, il-punti ta' data duplikattivi għandhom jirreferu għal kwalunkwe punt ta' data li huwa diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta' mezzi oħra għajr bil-ġbir ta' dawk il-mudelli ta' rappurtar, inkluż fejn dawk il-punti ta' data jistgħu jinkisbu minn data li hija diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f'formati jew livelli ta' granularità differenti; l-awtorità kompetenti tista' tagħti biss ir-rinunzji msemmija f'dan il-paragrafu jekk id-data riċevuta, miġbura jew aggregata permezz ta' dawn il-metodi alternattivi tkun identika għal dawk il-punti tad-data li nkella jkollhom jiġu rrapportati f'konformità mal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni rispettivi.

L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nominati għandhom jużaw l-iskambju tad-data kull fejn ikun possibbli biex jitnaqqsu r-rekwiżiti ta' rappurtar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' informazzjoni u s-segretezza professjonali kif stabbiliti fit-Taqsima II tal-Kapitolu I tat-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE għandhom japplikaw.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit