+Artikolu 448 1.

Artikolu 448 1.

Mit-28 ta' Ġunju 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li ġejja dwar ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati ta' imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett tal-attivitajiet fil-portafoll mhux kummerċjali tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 84 u l-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE:

(a) 

il-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità kalkulati skont is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji msemmijin fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perijodi ta' divulgazzjoni attwali u preċedenti;

(b) 

il-bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett kalkulati skont iż-żewġ xenarji ta' xokk superviżorji msemmijin fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perijodi ta' divulgazzjoni attwali u preċedenti;

(c) 

deskrizzjoni ta' suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi ewlenin, ħlief dawk imsemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE użati biex jikkalkulaw bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett meħtieġ skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;

(d) 

spjegazzjoni tas-sinifikat tal-miżuri ta' riskju divulgati skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u ta' kwalunkwe varjazzjoni sinifikanti ta' dawk il-miżuri ta' riskju mid-data ta' referenza tad-divulgazzjoni preċedenti;

(e) 

id-deskrizzjoni ta' kif l-istituzzjonijiet jiddefinixxu, ikejlu, jimmitigaw u jikkontrollaw ir-riskju tar-rata tal-imgħax tal-attivitajiet tagħhom fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rieżami tal-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 84 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż:

(i) 

deskrizzjoni tal-miżuri tar-riskju speċifiku li l-istituzzjonijiet jużaw biex jevalwaw bidliet fil-valur ekonomiku tagħhom tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett tagħhom;

(ii) 

deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi ewlenin użati fis-sistemi ta' kejl interni tal-istituzzjonijiet li jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi komuni msemmijin fl-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-finijiet tal-kalkolu ta' bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett, inkluż ir-raġunament wara dawk id-differenzi;

(iii) 

deskrizzjoni tax-xenarji ta' xokk tar-rata ta' imgħax li l-istituzzjonijiet jużaw biex jistmaw ir-riskju tar-rata tal-imgħax;

(iv) 

ir-rikonoxximent tal-effett ta' hedges kontra dawk ir-riskji ta' rata tal-imgħax, inkluż hedges interni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 106(3);

(v) 

deskrizzjoni ġenerali ta' kemm-il darba sseħħ l-evalwazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax;

(f) 

id-deskrizzjoni tal-istrateġiji ġenerali għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju għal dawk ir-riskji;

(g) 

il-maturità medja ta' pprezzar mill-ġdid u l-ogħla waħda assenjati għal depożiti mingħajr maturità.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit