+Artikolu 448 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux miżmuma fil-portafoll tan-negozjar
---+Artikolu 448 1.
---+Artikolu 448 2.
|
Artikolu 448 Divulgazzjoni tal-iskoperturi għar-riskju tar-rata tal-imgħax fuq pożizzjonijiet mhux miżmuma fil-portafoll tan-negozjar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 448 1.
|
Mit-28 ta' Ġunju 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva li ġejja dwar ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati ta' imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett tal-attivitajiet fil-portafoll mhux kummerċjali tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 84 u l-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE:
(a)
il-bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità kalkulati skont is-sitt xenarji ta' xokk superviżorji msemmijin fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perijodi ta' divulgazzjoni attwali u preċedenti;
(b)
il-bidliet fl-introjtu mill-imgħax nett kalkulati skont iż-żewġ xenarji ta' xokk superviżorji msemmijin fl-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-perijodi ta' divulgazzjoni attwali u preċedenti;
(c)
deskrizzjoni ta' suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi ewlenin, ħlief dawk imsemmijin fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE użati biex jikkalkulaw bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett meħtieġ skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu;
(d)
spjegazzjoni tas-sinifikat tal-miżuri ta' riskju divulgati skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu u ta' kwalunkwe varjazzjoni sinifikanti ta' dawk il-miżuri ta' riskju mid-data ta' referenza tad-divulgazzjoni preċedenti;
(e)
id-deskrizzjoni ta' kif l-istituzzjonijiet jiddefinixxu, ikejlu, jimmitigaw u jikkontrollaw ir-riskju tar-rata tal-imgħax tal-attivitajiet tagħhom fil-portafoll mhux tan-negozjar għall-finijiet tar-rieżami tal-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 84 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż:
(i)
deskrizzjoni tal-miżuri tar-riskju speċifiku li l-istituzzjonijiet jużaw biex jevalwaw bidliet fil-valur ekonomiku tagħhom tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett tagħhom;
(ii)
deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi ewlenin użati fis-sistemi ta' kejl interni tal-istituzzjonijiet li jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet ta' mudellar u parametriċi komuni msemmijin fl-Artikolu 98(5a) tad-Direttiva 2013/36/UE għall-finijiet tal-kalkolu ta' bidliet fil-valur ekonomiku tal-ekwità u fl-introjtu mill-imgħax nett, inkluż ir-raġunament wara dawk id-differenzi;
(iii)
deskrizzjoni tax-xenarji ta' xokk tar-rata ta' imgħax li l-istituzzjonijiet jużaw biex jistmaw ir-riskju tar-rata tal-imgħax;
(iv)
ir-rikonoxximent tal-effett ta' hedges kontra dawk ir-riskji ta' rata tal-imgħax, inkluż hedges interni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 106(3);
(v)
deskrizzjoni ġenerali ta' kemm-il darba sseħħ l-evalwazzjoni tar-riskju tar-rata tal-imgħax;
(f)
id-deskrizzjoni tal-istrateġiji ġenerali għall-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju għal dawk ir-riskji;
(g)
il-maturità medja ta' pprezzar mill-ġdid u l-ogħla waħda assenjati għal depożiti mingħajr maturità.
|
|
Artikolu 448 2.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (c) u (e)(i) sa (e)(iv) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-istituzzjonijiet li jużaw il-metodoloġija standardizzata jew il-metodoloġija standardizzata simplifikata kif hemm isemmi fl-Artikolu 84(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|