|
+Artikolu 451 1. |
Artikolu 451 1.L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Parti Sebgħa għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429 u l-ġestjoni tagħhom tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv:
(a)
il-proporzjon ta' lieva finanzjarja u l-mod kif l-istituzzjonijiet japplikaw l-Artikolu 499(2);
(b)
diżaggregazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikolu 429(4), kif ukoll rikonċiljazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali bl-informazzjoni rilevanti divulgata f'dikjarazzjonijiet finanzjarji pubblikati;
(c)
fejn applikabbli, l-ammont ta' skoperturi kkalkulati skont l-Artikoli 429(8), u 429a(1) u l-proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat ikkalkolat skont l-Artikolu 429a(7);
(d)
deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv;
(e)
deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' lieva finanzjarja matul il-perijodu li jirreferi għalih il-proporzjon ta' lieva finanzjarja divulgat;
(f)
l-ammont tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali bbażati fuq il-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fl-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u l-kompożizzjoni tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|