+Artikolu 451 Divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja
---+Artikolu 451 1.
---+Artikolu 451 2.
---+Artikolu 451 3.

Artikolu 451 Divulgazzjoni tal-proporzjon ta' lieva finanzjarja

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 451 1.

L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Parti Sebgħa għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja dwar il-proporzjon ta' lieva finanzjarja tagħhom kif kalkulat f'konformità mal-Artikolu 429 u l-ġestjoni tagħhom tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv:

(a) 

il-proporzjon ta' lieva finanzjarja u l-mod kif l-istituzzjonijiet japplikaw l-Artikolu 499(2);

(b) 

diżaggregazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikolu 429(4), kif ukoll rikonċiljazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali bl-informazzjoni rilevanti divulgata f'dikjarazzjonijiet finanzjarji pubblikati;

(c) 

fejn applikabbli, l-ammont ta' skoperturi kkalkulati skont l-Artikoli 429(8), u 429a(1) u l-proporzjon ta' lieva finanzjarja aġġustat ikkalkolat skont l-Artikolu 429a(7);

(d) 

deskrizzjoni tal-proċessi użati għall-ġestjoni tar-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiv;

(e) 

deskrizzjoni tal-fatturi li kellhom impatt fuq il-proporzjon ta' lieva finanzjarja matul il-perijodu li jirreferi għalih il-proporzjon ta' lieva finanzjarja divulgat;

▼M17

(f) 

l-ammont tar-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali bbażati fuq il-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fl-Artikolu 104(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE biex jiġi indirizzat ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva u l-kompożizzjoni tiegħu.

▼M8

Artikolu 451 2.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif definiti fl-Artikolu 429a(2) għandhom jiddivulgaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja mingħajr l-aġġustament għall-miżura tal-iskopertura totali determinat f'konformità mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 429a(1).
Artikolu 451 3.
Minbarra l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, istituzzjonijiet kbar għandhom jiddivulgaw il-proporzjon ta' lieva finanzjarja u d-diżaggregazzjoni tal-miżura tal-iskopertura totali msemmija fl-Artikolu 429(4) abbażi tal-medji kkalkulati skont l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 430(7).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit