|
+Artikolu 455 2. |
Artikolu 455 2.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar kollha koperti mill-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 325az il-komponenti li ġejjin, fejn ikun applikabbli:
(a)
l-aktar valur reċenti kif ukoll l-ogħla valur, dak l-aktar baxx u l-valur medju għas-60 jum ta' xogħol preċedenti ta':
(i)
il-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1);
(ii)
il-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1) għal kull kategorija regolatorja ta' fatturi tar-riskju wiesa';
(b)
l-aktar valur reċenti kif ukoll il-valur medju għas-60 jum ta' xogħol preċedenti ta':
(i)
il-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1);
(ii)
il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress imsemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (b);
(iii)
ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325ba(2);
(iv)
is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(3), inkluż il-komponenti kollha tal-formula u l-fattur ta' multiplikazzjoni applikabbli;
(c)
in-numru tal-qbiż fil-valur tal-ittestjar retrospettiv matul l-aħħar 250 jum ta' xogħol fid-99 perċentil kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(6). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|