+Artikolu 455 Użu ta' mudelli interni għar-riskju tas-suq
---+Artikolu 455 1.
---+Artikolu 455 2.
---+Artikolu 455 3.

Artikolu 455 Użu ta' mudelli interni għar-riskju tas-suq

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 455 1.

Istituzzjoni li tuża l-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 325az għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandha tiddivulga:

(a) 

l-objettivi tagħha fit-twettiq ta' attivitajiet ta' negozjar u l-proċessi implimentati biex jiġu identifikat, jitkejjel, jiġi mmonitorjat u kkontrollat ir-riskju tas-suq;

(b) 

il-politiki msemmija fl-Artikolu 104(1) biex jiġi ddeterminat liema pożizzjoni għandha tiġi inkluża fil-portafoll tan-negozjar;

(c) 

deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-postijiet tan-negozjar koperti mill-mudelli interni inkluż, għal kull post, deskrizzjoni wiesgħa tal-istrateġija tan-negozju tal-post, l-istrumenti permessi fih u t-tipi ewlenin ta' riskju marbuta ma' dak il-post;

(d) 

stampa ġenerali tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar mhux koperti mill-mudelli interni, inkluż deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-post u tat-tipi ta' strumenti inklużi fil-postijiet jew fil-kategoriji ta' postijiet f'konformità mal-Artikolu 104b;

(e) 

l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni u l-governanza għall-ġestjoni tar-riskju tas-suq;

(f) 

il-kamp ta' applikazzjoni, il-karatteristiċi ewlenin u l-għażliet ewlenin tal-immudellar tal-mudelli interni differenti użati biex jiġu kkalkulati l-ammonti tal-iskopertura għar-riskju għall-mudelli ewlenin użati fil-livell konsolidat, u deskrizzjoni tal-punt sa fejn dawk il-mudelli interni jirrappreżentaw il-mudelli li jintużaw fil-livell konsolidat, inkluż, fejn ikun applikabbli, deskrizzjoni wiesa' ta' dan li ġej:

(i) 

l-approċċ ta' mmudellar użat biex jiġi kkalkulat in-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (a), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data;

(ii) 

il-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress imsemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (b), għajr l-ispeċifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 325bk(3);

(iii) 

l-approċċ ta' mmudellar użat biex tiġi kkalkulata t-tariffa tar-riskju ta' inadempjenza msemmija fl-Artikolu 325ba(2), inkluż il-frekwenza tal-aġġornament tad-data.

Artikolu 455 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar kollha koperti mill-mudelli interni msemmija fl-Artikolu 325az il-komponenti li ġejjin, fejn ikun applikabbli:

(a) 

l-aktar valur reċenti kif ukoll l-ogħla valur, dak l-aktar baxx u l-valur medju għas-60 jum ta' xogħol preċedenti ta':

(i) 

il-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1);

(ii) 

il-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1) għal kull kategorija regolatorja ta' fatturi tar-riskju wiesa';

(b) 

l-aktar valur reċenti kif ukoll il-valur medju għas-60 jum ta' xogħol preċedenti ta':

(i) 

il-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1);

(ii) 

il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress imsemmi fl-Artikolu 325ba(1), il-punt (b);

(iii) 

ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325ba(2);

(iv) 

is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 325ba(3), inkluż il-komponenti kollha tal-formula u l-fattur ta' multiplikazzjoni applikabbli;

(c) 

in-numru tal-qbiż fil-valur tal-ittestjar retrospettiv matul l-aħħar 250 jum ta' xogħol fid-99 perċentil kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(6).

Artikolu 455 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw fuq bażi aggregata għall-postijiet tan-negozjar kollha r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq li jiġu kkalkulati f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, li kieku l-istituzzjonijiet ma jkunux ingħataw permess jużaw il-mudelli interni tagħhom għal dawk il-postijiet tan-negozjar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit