+Artikolu 458 4.

Artikolu 458 4.

Is-setgħa li tadotta att ta' implimentazzjoni li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 tingħata lill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-BERS u l-ABE għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) ta' dak il-paragrafu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru konċernat.

Filwaqt li jittieħed l-akbar kont possibbli tal-opinjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu u jekk ikun hemm evidenza robusta, qawwija u dettaljata li l-miżura jkollha impatt negattiv fuq is-suq intern li tegħleb il-benefiċċji tal-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw fi tnaqqis tar-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat, il-Kummissjoni tista', fi żmien xahar, tipproponi lill-Kunsill att ta' implimentazzjoni li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali.

Fin-nuqqas ta' proposta tal-Kummissjoni f'dak il-perijodu ta' xahar, l-Istat Membru konċernat jista' b'mod immedjat jadotta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sal-waqt meta ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta tal-Kummissjoni fi żmien xahar wara l-wasla tal-proposta u jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għar-rifjut jew le tal-abbozz ta' miżuri nazzjonali.

Il-Kunsill għandu jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali biss jekk jikkunsidra li waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin ma jintlaħqux:

(a) 

il-bidliet fl-intensità ta' riskju makroprudenzjali jew sistemiku jkunu ta' tali natura li jkunu ta' riskju għall-istabbiltà finanzjarja fil-livell nazzjonali;

(b) 

l-għodod makroprudenzjali stipulati f'dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE huma inqas adatti jew effettivi mill-abbozz ta' miżuri nazzjonali biex jittrattaw ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku identifikat;

(c) 

l-abbozz ta' miżuri nazzjonali ma jinvolvix effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni kollha, li b'hekk jifforma jew joħloq ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern; u

(d) 

il-kwistjoni tikkonċerna biss Stat Membru wieħed.

Il-valutazzjoni tal-Kunsill għandha tieħu kont tal-opinjoni tal-BERS u l-ABE u għandha tkun ibbażata fuq l-evidenza ppreżentata f'konformità mal-paragrafu 2 mill-awtorità nominata f'konformità mal-paragrafu 1.

Fin-nuqqas ta' att ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li jirrifjuta l-abbozz ta' miżuri nazzjonali fi żmien xahar minn meta jirċievu l-proposta mill-Kummissjoni, l-Istat Membru konċernat jista' jadotta l-miżuri u japplikahom għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn jew sal-waqt meta ir-riskju makroprudenzjali jew sistemiku ma jibqax jeżisti jekk dan iseħħ qabel.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit