+Artikolu 461a Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq
---+Artikolu 461a 1.
---+Artikolu 461a 2.
---+Artikolu 461a 3.

Artikolu 461a Rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 461a 1.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja d-differenzi bejn l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, inkluż fir-rigward tal-impatt tar-regoli f'termini ta' rekwiżiti ta' fondi proprji u fir-rigward tad-data ta' applikazzjoni tagħhom.
Artikolu 461a 2.

Fejn jiġu osservati differenzi sinifikanti f'tali implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 biex temenda dan ir-Regolament billi:

(a) 

tapplika, sad-data tal-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew sa tliet snin fin-nuqqas ta' tali att, u fejn meħtieġ biex tippreserva kundizzjonijiet ekwi u biex tikkumpensa għal dawk id-differenzi osservati, miżuri mmirati ta' serħan operazzjonali jew multiplikaturi mmirati ugwali għal jew ogħla minn 0 u aktar baxxi minn 1 fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjonijiet għar-riskju tas-suq, għal klassijiet tar-riskju speċifiċi u fatturi tar-riskju speċifiċi, bl-użu ta' wieħed mill-approċċi msemmija fl-Artikolu 325(1), u stabbiliti fi:

(i) 

l-Artikoli 325c sa 325ay, li jispeċifikaw l-approċċ standardizzat alternattiv;

(ii) 

l-Artikoli 325az sa 325bp, li jispeċifikaw l-approċċ alternattiv ibbażat fuq mudell intern;

(iii) 

l-Artikoli 326 sa 361, li jispeċifikaw l-approċċ standardizzat simplifikat;

(b) 

tipposponi b'mhux aktar minn sentejn id-data minn meta l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, jew kwalunkwe wieħed mill-approċċi biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq imsemmija fl-Artikolu 325(1).

Meta l-Kummissjoni tadotta l-att delegat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex taġġusta l-implimentazzjoni fl-Unjoni tal-istandards internazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq biex tippreserva b'mod aktar permanenti kundizzjonijiet ekwi ma' pajjiżi terzi, f'termini ta' rekwiżiti ta' fondi proprji u l-impatt ta' dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 461a 3.
Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'pajjiżi terzi.

Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sabiex tiżgura kundizzjonijiet ekwi globali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit