+Artikolu 462 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 462 1.
---+Artikolu 462 2.
---+Artikolu 462 3.
---+Artikolu 462 4.
---+Artikolu 462 5.
---+Artikolu 462 6.

Artikolu 462 Eżerċizzju tad-delega

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 462 1.
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Artikolu 462 2.
Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), fl-Artikoli 456, 457, 459, 460 u 461a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mit-28 ta’ Ġunju 2013.
Artikolu 462 3.
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 244(6) u 245(6), fl-Artikoli 456, 457, 459, 460 u 461a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
Artikolu 462 4.
Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Artikolu 462 5.
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 462 6.
Att delegat adottat skont l-Artikoli 244(6) u 245(6), l-Artikoli 456, 457, 459, 460 u 461a għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bil-fatt li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit