+Artikolu 470 Eżenzjoni mit-tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
---+Artikolu 470 1.
---+Artikolu 470 2.
---+Artikolu 470 3.

Artikolu 470 Eżenzjoni mit-tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 470 1.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-elementi rilevanti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 għandhom jinkludu l-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkolati wara li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35 u wara li jsir it-tnaqqis skont il-punti (a) sa (h), (k)(ii) sa (v) u (l) tal-Artikolu 36(1), għajr assi tat-taxxa differita li jistrieħu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji.
Artikolu 470 2.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 48(1), matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet ma għandhomx inaqqsu l-elementi elenkati fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu li meta jkunu aggregati jiġu daqs jew inqas minn 15 % tal-elementi rilevanti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni:

(a) 

assi tat-taxxa diferiti li jiddependu fuq il-profitabbiltà fil-ġejjieni u li jirriżultaw minn differenzi temporanji u li meta jkunu aggregati jkunu daqs jew inqas minn 10 % tal-element rilevanti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

(b) 

fejn istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju, il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ dik l-entità li meta jkunu aggregati jiġu daqs jew inqas minn 10 % tal-elementi rilevanti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1.

Artikolu 470 3.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 48(4), l-elementi eżenti mit-tnaqqis skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ppeżati skont ir-riskju b’250 %. L-elementi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit