+Artikolu 471 Eżenzjoni mit-Tnaqqis ta' Holdings ta' Ekwità f'Kumpanniji ta' Assigurazzjoni mill-Elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
---+Artikolu 471 1.
---+Artikolu 471 2.

Artikolu 471 Eżenzjoni mit-Tnaqqis ta' Holdings ta' Ekwità f'Kumpanniji ta' Assigurazzjoni mill-Elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 471 1.

B'deroga mill-Artikolu 49(1), matul il-perijodu mill-31 ta' Diċembru 2018 sal-31 ta' Diċembru 2024, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li ma jnaqqsux holdings ta' ekwità f'impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 49(1);

(b) 

l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti bil-livell ta' kontroll tar-riskju u l-proċeduri tal-analiżi finanzjarja adottati speċifikament mill-istituzzjoni sabiex tissorvelja l-investiment fl-impriża jew kumpannija holding;

(c) 

il-holdings ta' ekwità tal-istituzzjoni fl-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni ma jkunux aktar minn 15 % tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità ta' assigurazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2012 u matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2024;

(d) 

l-ammont ta' holding ta' ekwità li ma jitnaqqasx ma jkunx aktar mill-ammont miżmum fl-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 fl-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2012.

Artikolu 471 2.
Il-holdings ta' ekwità li ma jitnaqqsux skont il-paragrafu 1 għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi u ppeżati għar-riskju f'370 %.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit