+Artikolu 475 Elementi mhux imnaqqsa mill-elementi Addizzjonali tal-Grad 1
---+Artikolu 475 1.
---+Artikolu 475 2.
---+Artikolu 475 3.
---+Artikolu 475 4.

Artikolu 475 Elementi mhux imnaqqsa mill-elementi Addizzjonali tal-Grad 1

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 475 1.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 56, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-ammonti reżidwi msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 474.
Artikolu 475 2.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 56:

(a) 

holdings diretti fi strumenti proprji Addizjonali tal-Grad 1 jitnaqqsu mill-elementi tal-Grad 1 skont il-valur fil-kontijiet;

(b) 

holdings indiretti u sintetiċi ta’ strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1, inklużi strumenti proprji Addizzjonali tal-Grad 1 li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri minħabba obbligu kuntrattwali kontinġenti jew eżistenti, ma jitnaqqsux u huma ppeżati skont ir-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u soġġetti għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

Artikolu 475 3.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 56:

(a) 

fejn istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju li magħha għandha holdings transversi reċiproċi, l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tagħha ta’ dawk l-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 56;

(b) 

fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju li magħha għandha holdings transversali reċiproċi, l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi tagħha ta’ dawk l-istrumenti Addizzjonali tal-Grad 1 ta’ dik l-entità huwa ttrattat bħala wieħed li jaqa’ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 56.

Artikolu 475 4.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan li ġej għall-ammont reżidwu tal-elementi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56:

(a) 

l-ammont relatat mal-holdings diretti meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56 jitnaqqsu nofs mill-elementi tal-Grad 1 u nofs mill-elementi tal-Grad 2;

(b) 

l-ammont relatat mal-holdings indiretti u sintetiċi meħtieġa sabiex jitnaqqsu skont il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 56 ma għandhomx jitnaqqsu u għandhom ikunu soġġetti għal piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 or 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għar-rekwiżiti tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit