|
+Artikolu 500 1. |
Artikolu 500 1.B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 181(1), istituzzjoni tista' taġġusta l-istimi tagħha tal-LGD billi tpaċi parzjalment jew għalkollox l-effett ta' disponimenti fuq skala kbira ta' skoperturi inadempjenti fuq LGDs realizzati sad-differenza bejn il-medja tal-istimi tal-LGD għal skoperturi inadempjenti komparabbli li jkunu għadhom ma ġewx likwidati b'mod finali u l-medja tal-LGDs realizzati inkluż abbażi tat-telf realizzat minħabba d-disponimenti fuq skala kbira, hekk kif jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti bi pjan li jipprovdi l-iskala, il-kompożizzjoni u d-dati tad-disponimenti tal-iskoperturi inadempjenti;
(b)
id-dati tal-ċessjonijiet ta' skoperturi inadempjenti jkunu wara t-23 ta' Novembru 2016 iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024;
(c)
l-ammont kumulattiv tal-iskoperturi inadempjenti disposti minn wara d-data tal-ewwel disponiment f’konformità mal-pjan imsemmi fil-punt (a) jkun qabeż 20 % tal-ammont pendenti tal-iskoperturi inadempjenti kollha mid-data tal-ewwel disponiment imsemmija fil-punti (a) u (b). L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir biss sal-31 ta' Diċembru 2024 u l-effetti tiegħu jistgħu jdumu sakemm l-iskoperturi korrispondenti jkunu inklużi fl-istimi tal-LGD tal-istituzzjoni stess. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|