+Artikolu 509 1.

Artikolu 509 1.

L-ABE għandha tissorvelja u tevalwa r-rapporti magħmula skont l-Artikolu 415(1), fost muniti u fost mudelli kummerċjali differenti. L-ABE għandha, wara li tikkonsulta lill-BERS, l-utenti aħħarin mhux finanzjarji, l-industrija bankarja, l-awtoritajiet kompetenti u l-banek ċentrali tas-SEBĊ nazzjonali annwalment u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2013, tirrapporta lill-Kummissjoni dwar jekk speċifikazzjoni tar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità ġenerali fil-Parti Sitta bbażata fuq l-elementi għar-rappurtar tal-likwidità skont il-Parti Sitta, it-Titolu II u l-Anness III, ikkunsidrati individwalment jew b’mod kumulattiv, għandhiex il-probabbiltà li jkollha impatt detrimentali materjali fuq il-profil tan-negozju u tar-riskju tal-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jew fuq l-istabbiltà u l-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji jew fuq l-ekonomija u l-istabbiltà tal-forniment tas-self bankarju, b'attenzjoni partikolari fuq is-self lil SMEs u fuq l-iffinanzjar kummerċjali, inkluż self mogħti taħt skemi uffiċjali ta’ assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jikkunsidra debitament is-swieq u l-iżviluppi regolatorji internazzjonali kif ukoll l-interazzjonijiet tar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità ma' rekwiżiti prudenzjali oħra skont dan ir-Regolament bħall-proporzjonijiet tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju stipulati fl-Artikolu 92 u l-proporzjoni ta' lieva finanzjarja.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tingħatalhom l-opportunità li jiddikjaraw l-opinjonijiet tagħhom dwar ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit