+24. Monitoring liquidity horizons - key indicators of the need for review
---+1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji ta‟ validazzjoni fit-tfassil, l-ittestjar u …
---+2. Il-proċess ta‟ validazzjoni tal-mudelli tal-IRC għandu tal-anqas jinkludi l-prinċipji li ġejjin …
---+3. Over time institutions should monitor and enhance the range of factors used to identify …

24. Monitoring liquidity horizons - key indicators of the need for review

24. Monitoring liquidity horizons - key indicators of the need for review

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji ta‟ validazzjoni fit-tfassil, l-ittestjar u …

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji ta‟ validazzjoni fit-tfassil, l-ittestjar u l-manutenzjoni tal-mudelli IRC. Il-validazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni ta‟ solidità kunċettwali, monitoraġġ kontinwu li jkopri l-verifika u l-valutazzjoni komparattiva tal-proċess, u analiżi tar-riżultati.

2. Il-proċess ta‟ validazzjoni tal-mudelli tal-IRC għandu tal-anqas jinkludi l-prinċipji li ġejjin …

Il-proċess ta‟ validazzjoni tal-mudelli tal-IRC għandu tal-anqas jinkludi l-prinċipji li ġejjin:

  • i. L-orizzonti ta‟ likwidità għandhom jirriflettu l-prattika u l-esperjenza attwali kemm matul il-perjodi ta‟ stress sistematiku kif ukoll idjosinkratiku;
  • ii. Il-mudell tal-IRC għall-kejl ta‟ inadempjenza u r-riskju ta‟ migrazzjoni matul l-orizzont ta‟ likwidità għandu jikkunsidra data oġġettiva matul l-orizzont rilevanti u jinkludi paragun ta‟ estimi ta‟ riskju għal portafoll ibbilanċjat mill-ġdid ma‟ dak ta‟ portafoll b‟pożizzjonijiet fissi;
  • iii. Is-suppożizzjonijiet ta‟ korrelazzjoni fil-mudell tal-IRC, inkluża l-istruttura ta‟ dipendenzi stokastiċi u ta‟ korrelazzjonijiet/kopuli, kif ukoll l-għadd u l-piż ta‟ fatturi sistemiċi ta‟ riskju, għandhom jiġu appoġġjati mill-analiżi ta‟ data oġġettiva f‟qafas kunċettwalment sod. B‟mod partikolari, għandu jkun analizzat l-impatt ta‟ suppożizzjonijiet kopuli differenti, pereżempju bl-ittestjar tal-impatt ta‟ suppożizzjonijiet differenti ta‟ distribuzzjoni. L-imġiba ta‟ inadempjenza u ta‟ migrazzjoni prevista mill-mudell għandha tkun ivvalidata skont l-esperjenza attwali ta‟ inadempjenza u ta‟ migrazzjoni tal-portafolli ta‟ dejn innegozjati.
  • iv. Il-validazzjoni ta‟ mudell tal-IRC għandha tistrieħ fuq diversi testijiet ta‟ stress u analiżijiet ta‟ sensittività u ta‟ xenarju, sabiex tiġi evalwata r-raġonevolezza kwalitattiva u kwantitattiva tagħha, b‟mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjoni tal-mudell. Test bħal dan għandu jkopri kemm avvenimenti storiċi kif ukoll ipotetiċi;
  • v. Il-validazzjoni għandha tkopri ukoll l-evalwazzjoni tal-kalibrazzjoni tal-parametri ta‟ riskju tal-PD u tal-LGD;
  • vi. L-istituzzjoni għandha taħdem sabiex tiżviluppa parametri ta‟ referenza interni rilevanti ta‟ immudellar biex tevalwa l-eżattezza globali tal-mudelli tal-IRC tagħha;
  • vii. Il-validazzjoni għandha tevalwa t-trasparenza u l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tal-approċċ tal-immudellar tal-IRC.
3. Over time institutions should monitor and enhance the range of factors used to identify …

Over time institutions should monitor and enhance the range of factors used to identify liquidity horizons based on their market experience.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/