+2. Il-proċess ta‟ validazzjoni tal-mudelli tal-IRC għandu tal-anqas jinkludi l-prinċipji li ġejjin …
|
2. Il-proċess ta‟ validazzjoni tal-mudelli tal-IRC għandu tal-anqas jinkludi l-prinċipji li ġejjin …
Il-proċess ta‟ validazzjoni tal-mudelli tal-IRC għandu tal-anqas jinkludi l-prinċipji li ġejjin: - i. L-orizzonti ta‟ likwidità għandhom jirriflettu l-prattika u l-esperjenza attwali kemm matul il-perjodi ta‟ stress sistematiku kif ukoll idjosinkratiku;
- ii. Il-mudell tal-IRC għall-kejl ta‟ inadempjenza u r-riskju ta‟ migrazzjoni matul l-orizzont ta‟ likwidità għandu jikkunsidra data oġġettiva matul l-orizzont rilevanti u jinkludi paragun ta‟ estimi ta‟ riskju għal portafoll ibbilanċjat mill-ġdid ma‟ dak ta‟ portafoll b‟pożizzjonijiet fissi;
- iii. Is-suppożizzjonijiet ta‟ korrelazzjoni fil-mudell tal-IRC, inkluża l-istruttura ta‟ dipendenzi stokastiċi u ta‟ korrelazzjonijiet/kopuli, kif ukoll l-għadd u l-piż ta‟ fatturi sistemiċi ta‟ riskju, għandhom jiġu appoġġjati mill-analiżi ta‟ data oġġettiva f‟qafas kunċettwalment sod. B‟mod partikolari, għandu jkun analizzat l-impatt ta‟ suppożizzjonijiet kopuli differenti, pereżempju bl-ittestjar tal-impatt ta‟ suppożizzjonijiet differenti ta‟ distribuzzjoni. L-imġiba ta‟ inadempjenza u ta‟ migrazzjoni prevista mill-mudell għandha tkun ivvalidata skont l-esperjenza attwali ta‟ inadempjenza u ta‟ migrazzjoni tal-portafolli ta‟ dejn innegozjati.
- iv. Il-validazzjoni ta‟ mudell tal-IRC għandha tistrieħ fuq diversi testijiet ta‟ stress u analiżijiet ta‟ sensittività u ta‟ xenarju, sabiex tiġi evalwata r-raġonevolezza kwalitattiva u kwantitattiva tagħha, b‟mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjoni tal-mudell. Test bħal dan għandu jkopri kemm avvenimenti storiċi kif ukoll ipotetiċi;
- v. Il-validazzjoni għandha tkopri ukoll l-evalwazzjoni tal-kalibrazzjoni tal-parametri ta‟ riskju tal-PD u tal-LGD;
- vi. L-istituzzjoni għandha taħdem sabiex tiżviluppa parametri ta‟ referenza interni rilevanti ta‟ immudellar biex tevalwa l-eżattezza globali tal-mudelli tal-IRC tagħha;
- vii. Il-validazzjoni għandha tevalwa t-trasparenza u l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tal-approċċ tal-immudellar tal-IRC.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|