+Il-kamp ta’ applikazzjoni u d-destinatarji
---+11. Dawn il-Linji Gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, kif definiti fl-Artikolu …
---+12. Il-Linji Gwida japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet meta jistabbilixxu lilhom infushom bħala …
---+13. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida huwa estiż ’lil hinn mill-kamp ta’ …
|
Il-kamp ta’ applikazzjoni u d-destinatarji
Il-kamp ta’ applikazzjoni u d-destinatarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
11. Dawn il-Linji Gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, kif definiti fl-Artikolu …
|
Dawn il-Linji Gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, kif definiti fl-Artikolu 4(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi l-EBA, kif ukoll lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, kif definiti fl-Artikolu 4(2)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, meta jivvalutaw jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew jekk huwiex probabbli li tfalli, skont l-Artikolu 32(1)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE jew l-Artikolu 32(2), rispettivament.
|
|
12. Il-Linji Gwida japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet meta jistabbilixxu lilhom infushom bħala …
|
Il-Linji Gwida japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet meta jistabbilixxu lilhom infushom bħala li qegħdin jonqsu jew li probabbli jonqsu, b’konformità mal-Artikolu 81(1) tad-Direttiva 2014/59/UE. F’dan ir-rigward, il-partijiet ta’ dawn il-Linji Gwida li jagħmlu referenza għall-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 32(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2014/59/UE ma japplikawx għall-istituzzjonijiet.
|
|
13. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida huwa estiż ’lil hinn mill-kamp ta’ …
|
Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida huwa estiż ’lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit mill-Artikolu 32(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, minħabba li t-Taqsima 3 tat-Titolu III tkopri wkoll il-konsultazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtorità kompetenti u l-awtorità tar-riżoluzzjoni għall-fini tat-twettiq ta’ determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli. Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA tista’ toħroġ linji gwida sabiex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effikaċi u effettivi fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja. Il-gwida addizzjonali pprovduta fit-Taqsima 3 tat-Titolu III hija limitata għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet stabbiliti fl-istess ġurisdizzjoni u d-dispożizzjonijiet tagħha huma mingħajr preġudizzju għar-regoli li jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet f’ġurisdizzjonijiet differenti. Fl-Istati Membri fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tingħatax is-setgħa li tiddetermina li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 40-41 ma japplikawx.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|