+21. Elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati meta titwettaq id-determinazzjoni …
|
21. Elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati meta titwettaq id-determinazzjoni …
Elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati meta titwettaq id-determinazzjoni speċifikata fil-paragrafu 19, fejn ikunu rilevanti għall-karatteristiċi tal-istituzzjoni, jinkludu: - a. it-theddidiet għall-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn żieda mhux temporanja sinifikanti fl-ispiża tal-iffinanzjar tal-istituzzjoni f’livell li jkun insostenibbli għall-istituzzjoni;
- b. il-materjalizzazzjoni probabbli tal-entrati sinifikanti li ma jidhrux fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni (jiġifieri obbligazzjonijiet kontinġenti) fil-futur qrib, li tikkawża telf sostanzjali li jkun ta’ theddida għall-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tal-istituzzjoni;
- c. l-iżviluppi avversi sinifikanti fl-ambjent makro-ekonomiku li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tal-istituzzjoni, inklużi l-iżviluppi rilevanti fir-rati tal-imgħax, il-valuri tal-proprjetà immobbli jew it-tkabbir ekonomiku. Dawn l-iżviluppi għandhom jaffettwaw b’mod avvers u sinifikanti l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni, il-prospetti għall-profittabbiltà tagħha, kif ukoll il-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tagħha;
- d. deterjorament sinifikanti fil-perċezzjoni tas-suq ta’ istituzzjoni kif rifless permezz ta’ indikaturi li jissuġġerixxu li s-solvenza tal-istituzzjoni hija severament indebolita, filwaqt li l-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tagħha huma mhedda, kif rifless, fost l-oħrajn, fil-livell price-to-book li qed jikkollassa jew fil-livell li qed jiżdied b’mod rapidu tal-ingranaġġ ekonomiku (jiġifieri l-ingranaġġ ekonomiku mkejjel bħala l-proporzjon tal-assi totali għall-valur tal-ekwità fis-suq). L-iżvilupp taż-żewġ proporzjonijiet jista’ jitqabbel mal-grupp tal-pari tal-istituzzjoni, billi jiġu debitament ikkunsidrati d-distorsjonijiet li jistgħu jirriżultaw mid-differenzi fl-istandards tal-kontabbiltà; jew
- e. deterjorament mhux temporanju sinifikanti fl-evoluzzjoni assoluta u relattiva tal-indikaturi tas-suq, inklużi, fejn disponibbli, indikaturi bbażati fuq l-ekwità (pereżempju l-prezz tal-ishma u l-proporzjon tal-ekwità tal-ktieb għas-suq) jew indikaturi bbażati fuq id-dejn (pereżempju swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jew firxiet ta’ dejn subordinat), li jindikaw li istituzzjoni x’aktarx li ġġarrab telf li jista’ jkun ta’ theddida għall-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tagħha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|