+2. Il-pożizzjoni kapitali
---+19. B’konformità mal-Artikolu 32(4)(a) u (b) tad-Direttiva 2014/59/UE, istituzzjoni għandha titqies …
---+20. Meta jiġu vvalutati l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni fil-futur qrib u meta jiġi …
---+21. Elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati meta titwettaq id-determinazzjoni …
---+22. B’referenza għall-paragrafu 19(b), il-każ estrem ta’ pożizzjoni kapitali inadegwata jitqies …

2. Il-pożizzjoni kapitali

2. Il-pożizzjoni kapitali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
19. B’konformità mal-Artikolu 32(4)(a) u (b) tad-Direttiva 2014/59/UE, istituzzjoni għandha titqies …

B’konformità mal-Artikolu 32(4)(a) u (b) tad-Direttiva 2014/59/UE, istituzzjoni għandha titqies bħala li qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli jekk ikun hemm elementi oġġettivi li jappoġġjaw determinazzjoni li fil-futur qrib hija ser:

  • a. tikser ir-rekwiżiti tal-fondi proprji, inklużi r-rekwiżiti imposti skont l-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE, b’rabta mat-tkomplija tal-awtorizzazzjoni, b’mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha mill-awtorità kompetenti, inkluż iżda mhux limitat għar-raġuni li hija tkun ġarrbet jew x’aktarx li ġġarrab telf li jwassal għal tnaqqis tal-fondi proprji kollha tagħha jew ta’ ammont sinifikanti minnhom; jew
  • b. ikollha assi li jkunu inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha.
20. Meta jiġu vvalutati l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni fil-futur qrib u meta jiġi …

Meta jiġu vvalutati l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni fil-futur qrib u meta jiġi vvalutat jekk l-istituzzjoni hijiex ser tikkonforma fil-futur qrib mar-rekwiżiti tal-fondi proprji, id-determinazzjoni għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li, fost l-oħrajn, jinkludu:

  • a. il-livell u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji miżmuma minn istituzzjoni u jekk hija tissodisfax ir-rekwiżiti minimi u addizzjonali tal-fondi proprji imposti fuq l-istituzzjoni b’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u mal-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE;
  • b. ir-riżultati ta’ analiżi tal-kwalità tal-assi, inkluża analiżi tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (‘MSU’) nazzjonali/tal-Unjoni, li jindikaw tnaqqis sinifikanti fil-valur tal-assi li jwassal għal ksur tar-rekwiżiti tal-fondi proprji, fejn disponibbli;
  • c. ir-riżultati ta’ kwalunkwe valwazzjoni mwettqa sabiex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ġewx issodisfati b’konformità mal-Artikolu 36(4)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE, fejn disponibbli; jew
  • d. ir-riżultati ta’ kwalunkwe valutazzjoni oħra speċifika għall-istituzzjoni tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tagħha li tkun tħejjiet, kemm jekk immexxija minn valwatur indipendenti jew minn awtorità tar-riżoluzzjoni jew kwalunkwe persuna oħra, sakemm il-metodoloġija tal-valwazzjoni applikata tkun konsistenti mal-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE, billi tappoġġja determinazzjoni li l-assi tal-istituzzjoni huma inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha jew li dan x’aktarx li jseħħ fil-futur qrib. Jistgħu jintużaw elementi tar-riżultati tal-valwazzjoni fid-determinazzjoni ta’ jekk l-istituzzjoni tiksirx jew huwiex probabbli li tikser fil-futur qrib ir-rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 b’mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha, fejn disponibbli.
21. Elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati meta titwettaq id-determinazzjoni …

Elementi addizzjonali li għandhom jiġu kkunsidrati meta titwettaq id-determinazzjoni speċifikata fil-paragrafu 19, fejn ikunu rilevanti għall-karatteristiċi tal-istituzzjoni, jinkludu:

  • a. it-theddidiet għall-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn żieda mhux temporanja sinifikanti fl-ispiża tal-iffinanzjar tal-istituzzjoni f’livell li jkun insostenibbli għall-istituzzjoni;
  • b. il-materjalizzazzjoni probabbli tal-entrati sinifikanti li ma jidhrux fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni (jiġifieri obbligazzjonijiet kontinġenti) fil-futur qrib, li tikkawża telf sostanzjali li jkun ta’ theddida għall-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tal-istituzzjoni;
  • c. l-iżviluppi avversi sinifikanti fl-ambjent makro-ekonomiku li jistgħu jkunu ta’ theddida għall-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tal-istituzzjoni, inklużi l-iżviluppi rilevanti fir-rati tal-imgħax, il-valuri tal-proprjetà immobbli jew it-tkabbir ekonomiku. Dawn l-iżviluppi għandhom jaffettwaw b’mod avvers u sinifikanti l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni, il-prospetti għall-profittabbiltà tagħha, kif ukoll il-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tagħha;
  • d. deterjorament sinifikanti fil-perċezzjoni tas-suq ta’ istituzzjoni kif rifless permezz ta’ indikaturi li jissuġġerixxu li s-solvenza tal-istituzzjoni hija severament indebolita, filwaqt li l-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tagħha huma mhedda, kif rifless, fost l-oħrajn, fil-livell price-to-book li qed jikkollassa jew fil-livell li qed jiżdied b’mod rapidu tal-ingranaġġ ekonomiku (jiġifieri l-ingranaġġ ekonomiku mkejjel bħala l-proporzjon tal-assi totali għall-valur tal-ekwità fis-suq). L-iżvilupp taż-żewġ proporzjonijiet jista’ jitqabbel mal-grupp tal-pari tal-istituzzjoni, billi jiġu debitament ikkunsidrati d-distorsjonijiet li jistgħu jirriżultaw mid-differenzi fl-istandards tal-kontabbiltà; jew
  • e. deterjorament mhux temporanju sinifikanti fl-evoluzzjoni assoluta u relattiva tal-indikaturi tas-suq, inklużi, fejn disponibbli, indikaturi bbażati fuq l-ekwità (pereżempju l-prezz tal-ishma u l-proporzjon tal-ekwità tal-ktieb għas-suq) jew indikaturi bbażati fuq id-dejn (pereżempju swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jew firxiet ta’ dejn subordinat), li jindikaw li istituzzjoni x’aktarx li ġġarrab telf li jista’ jkun ta’ theddida għall-pożizzjoni kapitali u l-vijabbiltà tagħha.
22. B’referenza għall-paragrafu 19(b), il-każ estrem ta’ pożizzjoni kapitali inadegwata jitqies …

B’referenza għall-paragrafu 19(b), il-każ estrem ta’ pożizzjoni kapitali inadegwata jitqies bħala li jimmaterjalizza meta l-istituzzjoni ma jkollhiex biżżejjed assi sabiex tkopri l-obbligazzjonijiet tagħha. Il-probabbiltà ta’ sitwazzjoni bħal din tista’ tiġi vvalutata fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi u l-avvenimenti elenkati fil-paragrafi 20 u 21.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/