+3.1. Informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti
---+39. Skont l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità kompetenti hija mitluba li tgħarraf …
---+40. Sabiex tiffaċilita l-iskambji ta’ informazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi wkoll …
|
3.1. Informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti
3.1. Informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
39. Skont l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità kompetenti hija mitluba li tgħarraf …
|
Skont l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità kompetenti hija mitluba li tgħarraf lill-awtorità tar-riżoluzzjoni dwar id-determinazzjoni li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri ta’ intervent bikri ġew issodisfati. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 81(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità tar-riżoluzzjoni dwar kwalunkwe miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi (definiti fil-punt (101) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE), jew kwalunkwe azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE li istituzzjoni jkollha bżonn tieħu.
|
|
40. Sabiex tiffaċilita l-iskambji ta’ informazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi wkoll …
|
Sabiex tiffaċilita l-iskambji ta’ informazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi wkoll lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bl-eżiti tal-SREP, mill-inqas kull darba li l-awtorità kompetenti tassenja punteġġ globali tal-SREP ta’ ‘4’ jew ‘F’ abbażi tal-eżiti tal-SREP. B’mod partikolari, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità tar-riżoluzzjoni u tipprovdilha l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-istituzzjoni speċifika: - a. sommarju tal-valutazzjoni globali tal-SREP flimkien mal-punteġġi kollha tal-SREP;
- b. is-sett komplet ta’ indikaturi użati fil-monitoraġġ regolari tal-indikaturi ewlenin li jappoġġjaw lill-SREP, kif stipulat fil-Linji Gwida dwar l-SREP;
- c. id-dettalji kollha dwar il-miżuri superviżorji applikati (skont l-Artikoli 104 u 105 tad-Direttiva 2013/36/UE) u l-miżuri ta’ intervent bikri (skont l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE), kif ukoll deskrizzjoni tal-konformità tal-istituzzjoni magħhom; u
- d. id-dettalji dwar l-għażliet ta’ rkupru applikati mill-istituzzjoni, fejn rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|