+29. Dwar il-kamp tal-applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u s-suppożizzjonijiet prinċipali li jsejsu …
|
29. Dwar il-kamp tal-applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u s-suppożizzjonijiet prinċipali li jsejsu …
Dwar il-kamp tal-applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u s-suppożizzjonijiet prinċipali li jsejsu l-ICAAP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li għandhom jirċievu dan li ġej mingħand l-istituzzjonijiet: - a. deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ICAAP, inkluż ħarsa ġenerali u r-raġunament għal xi devjazzjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni tal-entitajiet koperti mir-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji;
- b. deskrizzjoni tal-approċċ għall-identifikazzjoni tar-riskji (inkluż konċentrazzjonijiet tar-riskji) u l-inklużjonijiet ta' riskji identifikati fil-kategoriji u s-subkategoriji tar-riskji li għandhom ikunu koperti mill-ICAAP, inkluż l-approċċ għad-determinazzjoni tal-materjalità tar-riskji;
- c. deskrizzjoni tal-objettivi prinċipali u s-suppożizzjonijiet prinċipali tal-ICAAP (eż. ir-rabta ma' ċerti klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni) inkluż kif dawn jiżguaw l-adegwatezza kapitali;
- d. deskrizzjoni ta' jekk l-ICAAP huwiex iffukat fuq l-impatt tar-riskji fuq iċ-ċifri tal-kontabbiltà jew fuq il-valur ekonomiku tal-istituzzjoni, jew it-tnejn li huma;
- e. deskrizzjoni tal-orizzont(i) taż-żmien tal-ICAAP, inkluż spjegazzjoni tad-differenzi possibbli bejn il-kategoriji tar-riskji u l-entitajiet tal-grupp kopert.
6.1.2 Dokumentazzjoni operazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|