+6.1 Informazzjoni dwar il-qafas tal-ICAAP globali
---+29. Dwar il-kamp tal-applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u s-suppożizzjonijiet prinċipali li jsejsu …
---+30. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoni tal-kamp tal-applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u …

6.1 Informazzjoni dwar il-qafas tal-ICAAP globali

6.1.1 Il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni tal-politika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
29. Dwar il-kamp tal-applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u s-suppożizzjonijiet prinċipali li jsejsu …

Dwar il-kamp tal-applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u s-suppożizzjonijiet prinċipali li jsejsu l-ICAAP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li għandhom jirċievu dan li ġej mingħand l-istituzzjonijiet:

  • a. deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ICAAP, inkluż ħarsa ġenerali u r-raġunament għal xi devjazzjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni tal-entitajiet koperti mir-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji;
  • b. deskrizzjoni tal-approċċ għall-identifikazzjoni tar-riskji (inkluż konċentrazzjonijiet tar-riskji) u l-inklużjonijiet ta' riskji identifikati fil-kategoriji u s-subkategoriji tar-riskji li għandhom ikunu koperti mill-ICAAP, inkluż l-approċċ għad-determinazzjoni tal-materjalità tar-riskji;
  • c. deskrizzjoni tal-objettivi prinċipali u s-suppożizzjonijiet prinċipali tal-ICAAP (eż. ir-rabta ma' ċerti klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni) inkluż kif dawn jiżguaw l-adegwatezza kapitali;
  • d. deskrizzjoni ta' jekk l-ICAAP huwiex iffukat fuq l-impatt tar-riskji fuq iċ-ċifri tal-kontabbiltà jew fuq il-valur ekonomiku tal-istituzzjoni, jew it-tnejn li huma;
  • e. deskrizzjoni tal-orizzont(i) taż-żmien tal-ICAAP, inkluż spjegazzjoni tad-differenzi possibbli bejn il-kategoriji tar-riskji u l-entitajiet tal-grupp kopert.

6.1.2 Dokumentazzjoni operazzjonali

30. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoni tal-kamp tal-applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u …

Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoni tal-kamp tal-applikazzjoni, l-objettivi ġenerali u s-suppożizzjonijiet prinċipali sottostanti tal-ICAAP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li għandhom jirċievu dan li ġej mingħand l-istituzzjonijiet:

  • a. lista tal-kategoriji u s-subkategoriji ta' riskju koperti mill-ICAAP, inkluż id-definizzjonijiet tagħhom u l-perimetru tal-kategoriji ta' riskju individwali;
  • b. spjegazzjonijiet tad-differenzi bejn ir-riskji koperti mill-ICAAP u l-qafas tal-aptit għar-riskji, fejn il-kamp ta' applikazzjoni tar-riskji kopert huwa differenti.
  • c. deskrizzjoni ta' xi devjazzjonijiet fil-proċess tal-ICAAP u fis-suppożizzjonijiet prinċipali fil-grupp u fl-entitajiet tal-grupp, fejn ikun adegwat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/