+Titolu 1 – Dispożizzjonijiet ġenerali
---+10. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l- valutazzjoni tar -riskju tal-ICT u l- …
---+11. Il- prinċipju tal - proporzjonalità japplika matul dawn il - Linji Gwida għall - kamp ta’ …
---+12. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jibbażaw fuq u jqisu xogħol li diġà sar mill - istituzzjoni …
---+13. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu fil - qosor is - sejbiet tal - valutazzjonijiet …
---+14. B’mod partikolari, il - valutazzjoni tal - istrateġija tal - governa nza u tal- ICT imwettqa …
---+15. Kif speċifikat fit -Titolu 3 ta’ dawn il - Linji Gwida, ir - riżultat tal - valutazzjoni tar …
---+16. Huwa nnotat li filwaqt li b’mod ġenerali l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …
---+17. Sabiex tintlaħaq fehma dwar jekk ir -riskju tal- ICT għandux jiġi kkunsidrat bħala materjali u …
---+18. Meta japplikaw dawn il - Linji Gwida, fejn ikun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+19. Fejn dawn il - Linji gwida jiġu applikati fir - rigward ta' gruppi bankarji transkonfinali u l …
|
Titolu 1 – Dispożizzjonijiet ġenerali
Titolu 1 – Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
10. L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l- valutazzjoni tar -riskju tal-ICT u l- …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l- valutazzjoni tar -riskju tal-ICT u l- arranġament tal - governanza u tal - istrateġija tal - ICT bħala parti mill - proċess SREP wara l - mudell ta’ impenn u l - kriterji ta’ proporzjonalità minimi speċifikati fit -Titolu 2 tal -Linji Gwida tal- EBA SREP. B’mod partikolari, dan ifisser li: - a. il- frekwenza tal - valutazzjoni tar -riskju tal- ICT tiddependi fuq il - mudell ta’ impenn minimu xprunat mill - kategorija SREP li istituzzjoni tiġi assenjata fiha u l - programm ta’ eżaminazzjoni superviżorja speċifiku tagħha; u
- b. il- profondità, id - dettall u l - intensità tal - valutazzjoni tal - ICT għandha tkun proporzjonali għad - daqs, l -istruttura u l- ambjent operazzjonali tal - istituzzjoni kif ukoll għan - natura, l -iskala u l-kumplessità tal - attivitajiet tagħha.
|
|
11. Il- prinċipju tal - proporzjonalità japplika matul dawn il - Linji Gwida għall - kamp ta’ …
|
Il- prinċipju tal - proporzjonalità japplika matul dawn il - Linji Gwida għall - kamp ta’ applikazzjoni, il - frekwenza u l - intensità tal - impenn u d - djalogu superviżorju ma’ istituzzjoni u l - aspettattivi superviżorji tal-istandards li l- istituzzjoni għandha tissodisfa.
|
|
12. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jibbażaw fuq u jqisu xogħol li diġà sar mill - istituzzjoni …
|
L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jibbażaw fuq u jqisu xogħol li diġà sar mill - istituzzjoni jew mill - awtorità kompetenti fil - kuntest tal - valutazzjonijiet ta’ riskji jew elementi SREP oħra sabiex ikollhom aġġornament tal- valutazzjoni. Speċifikament, fit - twettiq ta’ dawn il - valutazzjonijiet speċifikati f'dawn il - Linji Gwida, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu l - aktar approċċ u metodoloġija ta’ valutazzjoni superviżorja xierqa li huma l - aktar adattati u proporzjonali għall - istituzzjoni, u l - awtoritajiet għandhom jużaw dokumentazzjoni eżistenti u disponibbli (eż. rapporti rilevanti u dokumenti oħrajn, sejbiet ta’ spezzjonijiet fuq il - post) biex jinfurmaw il - valutazzjoni tal - awtoritajiet kompetenti.
|
|
13. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu fil - qosor is - sejbiet tal - valutazzjonijiet …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu fil - qosor is - sejbiet tal - valutazzjonijiet tagħhom tal - kriterji speċifikati f'dawn il - Linji Gwida u jużawhom għall - finijiet biex jintlaħqu konklużjonijiet dwar il - valutazzjoni tal - elementi SREP kif speċifikat fil -Linji Gwida tal- EBA SREP.
|
|
14. B’mod partikolari, il - valutazzjoni tal - istrateġija tal - governa nza u tal- ICT imwettqa …
|
B’mod partikolari, il - valutazzjoni tal - istrateġija tal - governa nza u tal- ICT imwettqa skont it -Titolu 2 ta’ dawn il- Linji Gwida għandha tirriżulta f’sejbiet li jinfurmaw is - sommarju tas - sejbiet dwar il - valutazzjoni tal- element ta’ kontrolli ta’ SREP tal - governanza interna u tal - istituzzjoni kollha kif speċifikat fit -Titolu 5 tal-Linji Gwida tal- EBA SREP u għandu jkun rifless fl - għoti ta’ punteġġ rispettiv ta’ dak l - element SREP. Barra minn hekk, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li kull impatt negattiv sinifikanti tal - valutazzjoni tal - istrateġija tal -ICT fuq l - istrateġija tan - negozju tal - istituzzjoni jew kwalunkwe tħassib li l - istituzzjoni jista’ ma jkollhiex biżżejjed riżorsi tal - ICT u kapaċitajiet tal - ICT biex twettaq u tappoġġja bidliet strateġiċi importanti ppjanati għandhom jinformaw lill - analiżi tal - mudell tan - negozju li saret skont it-Titolu 4 tal-Linji Gwida tal- EBA SREP.
|
|
15. Kif speċifikat fit -Titolu 3 ta’ dawn il - Linji Gwida, ir - riżultat tal - valutazzjoni tar …
|
Kif speċifikat fit -Titolu 3 ta’ dawn il - Linji Gwida, ir - riżultat tal - valutazzjoni tar -riskju tal- ICT għandu jinforma s - sejbiet tal - valutaz zjoni tar- riskju operazzjonali u għandu jiġi kkunsidrat bħala li jinforma l - punteġġ rilevanti, kif speċifikat fit -Titolu 6.4 tal-Linji Gwida tal- EBA SREP.
|
|
16. Huwa nnotat li filwaqt li b’mod ġenerali l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …
|
Huwa nnotat li filwaqt li b’mod ġenerali l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw subkategoriji tar- riskji bħala parti mill - kategoriji ewlenin (jiġifieri, ir -riskju tal- ICT ser jiġi vvalutat bħala parti mir -riskju operazzjonali), fejn l - awtoritajiet kompetenti jqisu xi subkategoriji bħala materjali, jistgħu jivvalutaw dawn is- subkategoriji fuq bażi individwali. Għal dan il - għan, jekk riskju tal - ICT jiġi identifikat bħala riskju materjali mill - awtorità kompetenti, dawn il - Linji Gwida jipprovdu wkoll tabella ta’ punteġġ (Tabella 1) li għandha tintuża biex jingħata punteġġ individwali tas - subkategorija għar -riskju tal- ICT li jsegwi l - approċċ ġenerali għall - għoti ta’ punteġġ tar - riskji mal - kapital fil -Linji Gwida tal- EBA SREP.
|
|
17. Sabiex tintlaħaq fehma dwar jekk ir -riskju tal- ICT għandux jiġi kkunsidrat bħala materjali u …
|
Sabiex tintlaħaq fehma dwar jekk ir -riskju tal- ICT għandux jiġi kkunsidrat bħala materjali u għalhekk il - possibbiltà li r -riskju tal- ICT jiġi vvalutat u jingħata punteġġ bħala subkategorija individwali tar -riskju operazzjonali, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw il - kriterji speċifikati fit - Taqsima 6.1 tal-Linji Gwida tal- EBA SREP.
|
|
18. Meta japplikaw dawn il - Linji Gwida, fejn ikun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Meta japplikaw dawn il - Linji Gwida, fejn ikun rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il- lista mhux eżawrjenti tas - subkategoriji tar - riskju u x - xenarji tar -riskju tal- ICT kif stabbilit fl - Anness, filwaqt li jinnutaw li l - Anness jiffoka fuq ir -riskji tal- ICT li jistgħu jirriżultaw f’telf ta’ severità għolja. L - awtoritajiet kompetenti jistgħu jeskludu wħud mir -riskji tal- ICT inklużi fit - tassonomija jekk ma jkunux pertinenti għall - valutazzjoni tagħhom. L - istituzzjonijiet huma mistennija li jżommu t - tassonomiji tar -riskji tagħhom stess minflok jużaw it - tassonomija tar -riskju tal- ICT stabbilita fl - Anness.
|
|
19. Fejn dawn il - Linji gwida jiġu applikati fir - rigward ta' gruppi bankarji transkonfinali u l …
|
Fejn dawn il - Linji gwida jiġu applikati fir - rigward ta' gruppi bankarji transkonfinali u l - entitajiet tagħhom, u jkun ġie stabbilit kulleġġ tas - superviżuri, l - awtoritajiet kompetenti involuti, fil - kuntest tal - kooperazzjoni tagħhom għall - valutazzjoni tas - SREP, f'konformità mat - Taqsima 11.1 tal-Linji Gwida tal-EBA SREP, għandhom jikkoordinaw sal - limitu massimu possibbli l - kamp ta' applikazzjoni eżatt u ddettaljat ta' kull oġġett ta' informazzjoni b'mod konsistenti għall - entitajiet tal - gruppi kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|