+2.1 Prinċipji ġenerali
---+20. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - governanza ġenerali tal-istituzzjoni u …
---+21. Fit - twettiq ta’ din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għar - …
---+22. Il- valutazzjoni f’dan it - Titolu ma tkoprix l - elementi speċifiċi tal - governanza tas - …
---+23. Il- Punt a) imsemmi fil - paragrafu 22, filwaqt li jipprovdi informazzjoni dwar elementi tal - …
---+24. Ir- riżultat ta’ din il - valutazzjoni għandu jinforma, fejn rilevanti, il - valutazzjoni tal - …

2.1 Prinċipji ġenerali

2.1 Prinċipji ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
20. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - governanza ġenerali tal-istituzzjoni u …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il - governanza ġenerali tal-istituzzjoni u l- qafas ta’ kontroll intern ikoprux kif suppost is - sistemi tal -ICT u r- riskji relatati u jekk il - korp maniġerjali jindirizzax u jimmaniġġjax dawn l - aspetti b’mod adegwat, għax l - ICT hu integrali għall - funzjonament tajjeb ta’ istituzzjoni.

21. Fit - twettiq ta’ din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għar - …

Fit - twettiq ta’ din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għar - rekwiżiti u l - istandards ta’ governanza interna u arranġamenti ta’ kontroll tar - riskju tajbin kif speċifikat fil -Linji Gwidi tal- EBA dwar il - Governanza Interna (GL 44)4 u l- gwida internazzjonali f’dan il - qasam sal - punt fejn dawn ikunu applikabbli meta titqies l - ispeċifiċità tas - sistemi u r -riskji tal-ICT.


4 Linji Gwida tal- EBA dwar il - Governanza Interna, GL 44, 27 ta’ Settembru 2011.

22. Il- valutazzjoni f’dan it - Titolu ma tkoprix l - elementi speċifiċi tal - governanza tas - …

Il- valutazzjoni f’dan it - Titolu ma tkoprix l - elementi speċifiċi tal - governanza tas - sistema, tal - ġestjoni tar - riskju u tal-kontrolli tal- ICT li huma ffukati fuq il - ġestjoni ta’ riskji speċifiċi tal - ICT indirizzati taħt it - Titolu 3 ta’ dawn il - Linji Gwida, iżda tiffoka fuq l - oqsma li ġejjin:

  • a. Strateġija tal -ICT - jekk l - istituzzjoni għandhiex strateġija tal - ICT li hi regolata b’mod xieraq u konformi mal - istrateġija tan - negozju tal -istituzzjoni;
  • b. governanza interna ġenerali - jekk l - arranġamenti tal - governanza interna ġenerali tal -istituzzjoni humiex adegwati fir -rigward tas- sistemi tal -ICT tal-istituzzjoni; u
  • c. ir-riskju tal- ICT fil - qafas tal - ġestjoni tar -Riskju tal-istituzzjoni - jekk il - qafas tal - ġestjoni tar -riskju u tal- kontroll intern tal - istituzzjoni jissalvagwardjax b’mod xieraq is - sistemi tal -ICT tal-istituzzjoni.
23. Il- Punt a) imsemmi fil - paragrafu 22, filwaqt li jipprovdi informazzjoni dwar elementi tal - …

Il- Punt a) imsemmi fil - paragrafu 22, filwaqt li jipprovdi informazzjoni dwar elementi tal - governanza tal - istituzzjoni, għandu primarjament jikkontribwixxi għall - valutazzjoni tal - mudell tan - negozju indirizzat taħt it-Titolu 4 tal-Linji Gwida tal- EBA SREP. Il - Punti b) u c) ikomplu jikkomplimentaw il - valutazzjonijiet tas - suġġetti koperti mit -Titolu 5 tal -Linji Gwida tal- EBA SREP u l - valutazzjoni deskritta f'dawn il -Linji Gwida għandha tikkontribwixxi għall - valutazzjoni rispettiva taħt it -Titolu 5 tal -Linji Gwida tal- EBA SREP.

24. Ir- riżultat ta’ din il - valutazzjoni għandu jinforma, fejn rilevanti, il - valutazzjoni tal - …

Ir- riżultat ta’ din il - valutazzjoni għandu jinforma, fejn rilevanti, il - valutazzjoni tal - ġestjoni u l -kontrolli tar-riskju fit -Titolu 3 ta’ dawn il -Linji Gwida.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/