+25. Il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkun responsabbli biex japprova u …

25. Il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkun responsabbli biex japprova u …

Il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkun responsabbli biex japprova u b’mod regolari jirrevedi l - istrateġija tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u l - politiki u l - proċessi ewlenin għall - identifikazzjoni, il - kejl, il - valutazzjoni, il - monitoraġġ, ir - rappurtar u l - mitigazzjoni tar - riskju tal - kreditu konsistenti mal - aptit għar - riskju approvat issettjat mill - korp maniġerjali. Barra minn hekk, sabiex jiġi limitat ir - riskju li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self jippreżentaw għad - depożitanti u, b’mod aktar ġenerali, għall - istabbiltà finanzjarja, il - korp maniġerjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jeħtieġ li l - maniġment superjuri jadotta u jaderixxi għal prattiki ta’ sottoskrizzjoni sodi8 .


8 Il- Bord għall - Istabbiltà Finanzjarja ppubblika Prinċipji għal prattiki ta’ sottoskrizzjoni ipotekarja residenzjali f’April 2012, li għandhom l - għan li jipprovdu qafas għall - ġurisdizzjonijiet biex jissettjaw standards ta’ sottoskrizzjoni aċċettabbli minimi għal skoperturi ta’ għoti ta’ self ta’ proprjetà immobbli disponibbli f’www.financialstabilityboard.org/publications/r_120418.pdf . L- EBA ppubblikat Linji gwida dwar il - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja (EBA/GL/2015/11) li huma allinjati mal - Prinċipji tal - FSB u jkopru wħud minnhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/