+4.2 Prinċipji dwar prattiki tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu u li jkopru telf ta’ kreditu mistenni
---+25. Il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkun responsabbli biex japprova u …
---+26. Sabiex jissodisfa dawn ir - responsabbiltajiet, il - korp maniġerjali għandu jitlob l ill- …
---+27. Sistema ta’ kontroll intern effettiva għall - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju tal - …
---+28. Il- proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tar - riskju tal - kreditu għandu jipprovdi l - …
---+29. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu, sa fejn hu possibbli, għandhom iqawwu u jintegraw proċessi …
---+30. Il- metodoloġiji tal - provvedimenti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jiddokumentaw b’mod …
---+31. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċessi u sistemi adegwati fis - seħħ biex …
---+32. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw u jaderixxu għal politiki u proċeduri bil - …
---+33. B’mod partikolari, metodoloġiji sodi għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - …
---+34. Il- proċess tal - identifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu …
---+35. Il- maniġment superjuri għandu jikkunsidra fatti u ċirkostanzi rilevanti, inkluż informazzjoni …
---+36. Fir- rigward ta’ fatturi relatati mal - karattru, mal - kapaċità u mal -kapital tal- …
---+37. Fejn ikollhom il - potenzjal li jaffettwaw il - kapaċità tal - istituzzjoni tal - kreditu li …
---+38. Metodoloġiji sodi tar - riskju tal - kreditu għandhom jikkunsidraw xenarji potenzjali …
---+39. Filwaqt li istituzzjoni ta’ kreditu m'għandhiex bżonn tidentifika jew timmudella kull xenarju …
---+40. Il- maniġment superjuri għandu jkun kapaċi juri li jifhem u jikkunsidra b’mod xieraq ir - …
---+41. Il- politiki kontabilistiċi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jindirizzaw, u l - …
---+42. Bħala parti mill - proċess tal - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu tagħhom, l - …
---+43. Il- proċess tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu għandu jinkludi funzjoni ta’ …
---+44. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu numru ta’ kriterji meta jassenjaw il -grad tar- …
---+45. Meta jibdlu gradi tar - riskju tal - kreditu eżistenti assenjati, jew fuq portafoll jew fuq …
---+46. Is - sistema tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu għandha taqbad l - iskoperturi …
---+47. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddeskrivu l - elementi tas - sistema tal - …
---+48. Il-gradi tar- riskju tal - kreditu għandhom jiġu riveduti kull meta tiġi rċevuta informazzjoni …
---+49. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaggruppaw skoperturi b’karatteristiċi tar - riskju …
---+50. Il- metodoloġija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għall - aggruppar ta’ skoperturi biex jiġi …
---+51. Skoperturi ta’ għoti ta’ self għandhom jiġu ggruppati skont il - karatterisitiċi tar - riskju …
---+52. L- iskoperturi m'għandhomx jiġu raggruppati b’tali mod li żieda fir - riskju tal - kreditu ta’ …
---+53. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċess robust fis - seħħ biex jiġi żgurat …
---+54. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw aġġustamenti temporanji għal provvediment bħala …
---+55. Dawn l- aġġustamenti m’għandhomx jintużaw kontinwament fuq perjodu twil ta’ żmien għal fattur …
---+56. L- użu ta’ aġġustamenti temporanji jeħtieġ l - applikazzjoni ta’ ġudizzju sinifikanti u joħloq …
---+57. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimplementaw metodoloġiji tar - riskju tal - kreditu …
---+58. Meta jivvalutaw l - adegwatezza tal - provvedimenti, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom …
---+59. Skont il - kapaċità li jinkorporaw informazzjoni li tħares ‘il quddiem fl - istima tal - ECL, l …
---+60. L- approċċ tal - valutazzjoni tal - ECL użat għandu jkun l - aktar xieraq fiċ - ċirkostanzi …
---+61. Irrispettivament mill - approċċ tal - valutazzjoni li tuża (individwali jew kollettiv) …
---+62. Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw valutazzjonijiet individwali, l - istima tal - ECL …
---+63. F’każijiet meta l - valutazzjonijiet individwali ta’ skoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ma …
---+64. Fil- proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu …
---+65. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom politiki u proċeduri robusti fis - seħħ biex …
---+66. Il- validazzjoni tal - mudell għandha ssir meta l - mudelli tal - ICL jiġu żviluppati …
---+67. Qafas tal - validazzjoni tal - mudell sod għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat, għall - …
---+68. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom l - għodda meħtieġa biex jiżguraw stima robusta …
---+69. Informazzjoni storika tipprovdi bażi utli għall - identifikazzjoni ta’ xejriet u …
---+70. Il- kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li tħares ‘il quddiem m’għandhiex tiġi evitata fuq il - …
---+71. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru li l - informazzjoni li tħares ‘il …
---+72. Għandhom jiġu applikati previżjonijiet makroekonomiċi u informazzjoni rilevanti oħra b’mod …
---+73. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom joqogħdu attenti meta jiddeterminaw il - livell ta’ …
---+74. Barra minn hekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħmlu użu minn firxa wiesgħa ta’ …
---+75. Sa fejn hu possibbli, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw proċessi, sistemi, għodod …
---+76. Il-prattiki tar- riskju tal - kreditu għandhom jiġu riveduti perjodikament biex jiġi żgurat li …
---+77. Il- proċessi, sistemi, għodod u data komuni msemmija hawn fuq jistgħu jinkudu sistemi tal - …
---+78. L- għan ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi hu li jipprovdu informazzjoni utli għad - deċiżjonijiet …
---+79. Divulgazzjonijiet finanzjarji u tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu għandhom isiru skont …
---+80. B’mod konsistenti mal - istandards u r - regolamenti kontabilistiċi applikabbli, il - maniġment …
---+81. Meta jitqiesu komplessivament, id - divulgazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi għandhom …
---+82. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu divulgazzjonijiet kwalitattivi dwar kif …
---+83. Divulgazzjonijiet li jirrigwardaw il - bażi għall - aggruppament ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ …
---+84. Biex titjieb il - kwalità u s - sinifikat ta’ informazzjoni żvelata għal stimi tal - ECL, l - …
---+85. Il- korp maniġerjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jirrevedi regolarment il - …

4.2 Prinċipji dwar prattiki tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu u li jkopru telf ta’ kreditu mistenni

4.2.1 Prinċipju 1 — Responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali u tal-maniġment superjuri

Il- korp maniġerjali7 u l - maniġment superjuri ta’ istituzzjoni ta’ kreditu huma responsabbli biex jiżguraw li l - istituzzjoni ta’ kreditu jkollha prattiki tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu xierqa, inkluż sistema ta’ kontroll intern effettiva, sabiex b’mod konsistenti jiġu ddeterminati provvedimenti adegwati skont il - politiki u l - proċeduri ddikjarati tal - istituzzjoni ta’ kreditu, il - qafas kontabilistiku applikabbli u l - gwida superviżorja rilevanti.


7 Fl- Istati Membri tal - UE jistgħu jiġu osservati diversi strutturi tal - korpi maniġerjali. F'ċerti Stati Membri hi komuni struttura fuq livell wieħed, jiġifieri l - funzjonijiet superviżorji u maniġerjali tal - korp maniġerjali jiġu eżerċitati minn korp wieħed. Fi Stati Membri oħra hi komuni struttura fuq żewġ livelli, li fiha jiġu stabbiliti żewġ korpi indipendenti, wieħed għall - funzjoni maniġerjali u l - ieħor għas - superviżjoni tal - funzjoni maniġerjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
25. Il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkun responsabbli biex japprova u …

Il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkun responsabbli biex japprova u b’mod regolari jirrevedi l - istrateġija tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u l - politiki u l - proċessi ewlenin għall - identifikazzjoni, il - kejl, il - valutazzjoni, il - monitoraġġ, ir - rappurtar u l - mitigazzjoni tar - riskju tal - kreditu konsistenti mal - aptit għar - riskju approvat issettjat mill - korp maniġerjali. Barra minn hekk, sabiex jiġi limitat ir - riskju li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self jippreżentaw għad - depożitanti u, b’mod aktar ġenerali, għall - istabbiltà finanzjarja, il - korp maniġerjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jeħtieġ li l - maniġment superjuri jadotta u jaderixxi għal prattiki ta’ sottoskrizzjoni sodi8 .


8 Il- Bord għall - Istabbiltà Finanzjarja ppubblika Prinċipji għal prattiki ta’ sottoskrizzjoni ipotekarja residenzjali f’April 2012, li għandhom l - għan li jipprovdu qafas għall - ġurisdizzjonijiet biex jissettjaw standards ta’ sottoskrizzjoni aċċettabbli minimi għal skoperturi ta’ għoti ta’ self ta’ proprjetà immobbli disponibbli f’www.financialstabilityboard.org/publications/r_120418.pdf . L- EBA ppubblikat Linji gwida dwar il - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja (EBA/GL/2015/11) li huma allinjati mal - Prinċipji tal - FSB u jkopru wħud minnhom.

26. Sabiex jissodisfa dawn ir - responsabbiltajiet, il - korp maniġerjali għandu jitlob l ill- …

Sabiex jissodisfa dawn ir - responsabbiltajiet, il - korp maniġerjali għandu jitlob l ill- maniġment superjuri biex:

  • a. jiżviluppa u jżomm proċessi xierqa li għandhom ikunu sistematiċi u applikati b’mod konsistenti, biex jiġu ddeterminati provvedimenti xierqa skont il - qafas kontabilistiku applikabbli;
  • b. jistabbilixxi u jimplimenta sistema ta’ kontroll intern effettiva għall - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju tal - kreditu; perjodikament jirrapporta r - riżultati tal - proċessi tal - valutazzjoni u tal - kejl tar- riskju tal - kreditu, inklużi stimi tal - provvedimenti tal - ECL tiegħu;
  • c. jistabbilixxi, jimplimenta u, kif ikun meħtieġ, jaġġorna politiki u proċeduri xierqa biex il - proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tar - riskju tal - kreditu jiġi kkomunikat internament lill - persunal rilevanti kollu, b’mod partikolari membri tal - persunal li huma involuti f’dak il - proċess.

Il- maniġment superjuri għandu jkun responsabbli għall - implimentazzjoni tal - istrateġija tar - riskju tal - kreditu approvata mill - korp maniġerjali u għall - iżvilupp tal - politiki u l - proċessi msemmija qabel.

27. Sistema ta’ kontroll intern effettiva għall - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju tal - …

Sistema ta’ kontroll intern effettiva għall - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju tal - kreditu għandha tinkludi:

  • a. miżuri biex tikkonforma mal - liġijiet, regolament, politiki u proċeduri interni applikabbli;
  • b. miżuri li jipprovdu sorveljanza tal - integrità tal - informazzjoni użata u li b’mod raġjonevoli jiżguraw li l - provvedimenti riflessi fid - dikjarazzjonijiet u r - rapporti finanzjarji tal - istituzzjoni ta’ kreditu ppreżentati lill - awtorità kompetenti jkunu ppreparati skont il - qafas kontabilistu applikabbli u r - rekwiżiti superviżorji rilevanti;
  • c. proċessi ta’ valutazzjoni u ta’ kejl tar - riskju tal - kreditu definiti sew li (filwaqt li jqisuha) huma indipendenti mill - funzjoni tas - self, li fihom:
  • i. sistema ta’ klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu effettiva li tiġi applikata b’mod konsistenti, li b’mod preċiż tikklassifika d - differenzjar skont il - karatteristiċi tar - riskju tal- kreditu, tidentifika bidliet fir - riskju tal - kreditu fuq bażi f’waqtha, u tqanqal azzjoni xierqa;
  • ii. p roċess effettiv biex jiġi żgurat li kull informazzjoni rilevanti, raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, inkluża informazzjoni li tħares ‘il quddiem, tiġi kkunsidrata kif xieraq fil - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u fil - kejl tal - ECL. Dan jinkludi ż - żamma ta’ rapporti xierqa, id - dettalji ta’ reviżjonijiet li saru, u l - identifikazzjoni u d - deskrizzjonijiet tar - rwoli u r - responsabbiltajiet tal - persunal involut;
  • iii. politika ta’ valutazzjoni li tiżgura li l - kejl tal - ECL iseħħ fil - livell tal - iskopertura ta’ għot i ta’ self individwali u, fejn ikun meħtieġ biex l - ECL jitkejjel b’mod xieraq skont il - qafas kontabilistiku applikabbli, anki fil - livell tal - portafoll kollettiv bl - aggruppament ta’ skoperturi bbażat fuq karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma identif ikati;
  • iv. proċess ta’ validazzjoni tal - mudell effettiv biex jiġi żgurat li l - mudelli tal - valutazzjoni u tal- kejl tar - riskju tal - kreditu jkunu kapaċi jiġġeneraw stimi preċiżi, konsistenti u imparzjali fuq bażi kontinwa. Dan jinkludi l - istabbiliment ta’ politiki u proċeduri li jistabbilixxu l - istruttura tal - akkontabbiltà u tar - rappurtar tal - proċess tal - validazzjoni tal- mudell, regoli interni għall - valutazzjoni u għall - approvazzjoni ta’ bidliet għall - mudelli, u r - rappurtar tar - riżultat tal - mudell tal - validazzjoni ;
  • v. komunikazzjoni u koordinament formali u ċar fost il - persunal tar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, il - persunal tar - rappurtar finanzjarju, il - maniġment superjuri, il - korp maniġerjali u oħrajn li huma involuti fil - proċessi tal - valutazzjoni t ar- riskju tal - kreditu u tal - kejl tal - ECL. Dan għandu jkun evidenzjat minn politiki u proċeduri bil - miktub, rapporti tal - ġestjoni u minuti tal - kumitati involuti bħall - kumitati tal - korp maniġerjali jew tal - maniġment superjuri; u
  • d. uffiċċju tal - awditjar intern9 li:
  • i. b’mod indipendenti jivvaluta l - effettività tas - sistemi u l - proċessi tal - valutazzjoni u tal - kejl tar - riskju tal - kreditu tal - istituzzjoni tal - kreditu, inkluża s - sistema tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu; u
  • ii. jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l -i ndirizzar ta’ kwalunkwe nuqqas identifikat matul din il - valutazzjoni.

4.2.2 Prinċipju 2 — Metodoloġiji sodi tal-ECL

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw, jiddokumentaw u jaderixxu għal politiki li jinkludu metodoloġiji, proċeduri u kontrolli sodi għa ll- valutazzjoni u għall - kejl tar - riskju tal - kreditu fuq kull skopertura ta’ għoti ta’ self. Il - kejl ta’ provvedimenti għandu jibni fuq dawk il - metodoloġiji u jirriżulta fir - rikonoxximent xieraq u f’waqtu tal - ECL skont il - qafas kontabilistiku applikabbli.


9 L- Artikolu 74 tad- DIrettiva 2013/36/UE u l -Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna (GL 44).

28. Il- proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tar - riskju tal - kreditu għandu jipprovdi l - …

Il- proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tar - riskju tal - kreditu għandu jipprovdi l - informazzjoni rilevanti biex il - maniġment superjuri jagħmel il - ġudizzji għaqlin tiegħu dwar ir - riskju tal - kreditu ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self, u l - istima relatata tal - ECL .

29. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu, sa fejn hu possibbli, għandhom iqawwu u jintegraw proċessi …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu, sa fejn hu possibbli, għandhom iqawwu u jintegraw proċessi, sistemi, għodda u data komuni li jintużaw fi ħdan istituzzjoni ta’ kreditu biex jiddeterminaw jekk, meta, u fuq liem termini għandu jingħata l - kreditu; jimmonitorjaw ir - riskju tal - kreditu; u jkejlu l - provvedimenti kemm għal skopijiet kontabilistiċi kif ukoll għal skopijiet ta’ adegwatezza kapitali.

30. Il- metodoloġiji tal - provvedimenti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jiddokumentaw b’mod …

Il- metodoloġiji tal - provvedimenti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jiddokumentaw b’mod ċ ar id- definizzjoni ta’ termini ewlenin relatati mal - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u mal - kejl tal- ECL (bħal rati ta’ telf u ta’ migrazzjoni, events ta’ telf u inadempjenza). Fejn jintużaw termini, informazzjoni jew suppożizzjonijiet differenti f’oqsma funzjonali (bħal kontabbiltá, adegwatezza kapitali u ġestjoni tar - riskju tal - kreditu), ir - raġunament sottostanti għal dawn id - differenzi għandu jkun dokumentat u approvat mill - maniġment superjuri. Informazzjoni u suppożizzjonijiet li jintużaw għal stimi tal - ECL għandhom jiġu riveduti u aġġornati kif meħtieġ mill - qafas kontabilistiku applikabbli.

31. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċessi u sistemi adegwati fis - seħħ biex …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċessi u sistemi adegwati fis - seħħ biex jidentifikaw, ikejlu, jivvalutaw, jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jimmitigaw b’mod xieraq i l- livell tar- riskju tal - kreditu. Matul it - tranżizzjoni għall - mudell kontabilistiku tal - ECL, għandhom jiġu vvalutati proċessi u sistemi eżistenti u, jekk ikun meħtieġ, modifikati biex informazzjoni rilevanti li taffettwa l - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u l - kejl tal - ECL tinġabar u tiġi analizzata.

32. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw u jaderixxu għal politiki u proċeduri bil - …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw u jaderixxu għal politiki u proċeduri bil - miktub li jagħtu dettalji dwar is - sistemi u l - kontrolli tar - riskju tal - kreditu li jintużaw fil - metodoloġiji tar- riskju tal- kreditu tagħhom, u r - rwoli u r - responsabbiltajiet separati tal - korp maniġerjali u tal- maniġment superjuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu.

33. B’mod partikolari, metodoloġiji sodi għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - …

B’mod partikolari, metodoloġiji sodi għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u għall - kejl tal - livell ta’ provvedimenti (soġġetti għat - tip ta’ skopertura, pereżempju tal - ingrossa u tal - imnut) għandhom:

  • a. jinkludu proċess robust li hu mfassal biex jipprovdi l - istituzzjoni tal - kreditu bil - kapaċità li tidentifika l - livell, in - natura u l - ixprunaturi tar - riskju tal - kreditu m ar- rikonoxximent inizjali tal - iskopertura tal - għoti ta’ self, biex jiġi żgurat li bidliet sussegwenti fir - riskju tal - kreditu jkunu jistgħu jiġu identifikati u kwantifikati;
  • b. jinkludu kriterji biex l - impatt tal - informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi, jitqies sew. Jekk il - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu ssirx fuq bażi kollettiva jew individwali, istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun kapaċi turi li din il - kunsiderazzjoni seħħet sabiex ir - rikonoxximent tal - ECL ma jiddewwimx. Da wn il- kriterji għandhom jirriżultaw fl - identifikazzjoni ta’ fatturi li jaffettwaw il - ħlas lura, jekk hux relatati mal - inċentivi, mar - rieda jew mal - kapaċità li l - mutwatarju jwettaq fuq l - obbligi kuntrattwali, jew it - termini u l - kundizzjonijiet tal - skopertur a tal- għoti ta’ self. Il - fatturi ekonomiċi kkunsidrati (bħar -rati tal-qgħad u r -rati tal- okkupanza) għandhom ikunu rilevanti għall - valutazzjoni u, skont iċ - ċirkustanzi, dan jista’ jkun fil - livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali jew lokali;
  • c. fil - każ ta’ skoperturi vvalutati kollettivament, jinkludu deskrizzjoni tal - bażi għall - ħolqien ta’ gruppi ta’ portafolli ta’ skoperturi b’karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma;
  • d. jidentifikaw u jiddokumentaw il - metodi tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL (bħal metodu tar -rata ta’ telf, metodu tal - probabbiltà ta’ inadempjenza (PD)/telf fil - każ ta’ inadempjenza (LGD), jew metodu ieħor) li għandhom jiġu applikati għal kull skopertura jew portafoll;
  • e. jiddokumentaw ir - raġunijiet għaliex il - metodu li ntgħażel huwa xieraq, speċjalment jekk jiġu applikati metodi ta’ kejl tal - ECL differenti lil portafolli u tipi differenti ta’ skoperturi individwali. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi jispjegaw lill - awtoritajiet kompetenti r - raġunament għal kwalunkwe bidla fl - approċċ tal - kejl (pereżempju, ċaqliqa minn metodu ta’ telf ta’ rata għal metodu PD/LGD) u l - impatti kwantitattivi ta’ dawn il - bidliet;
  • f. dokument:
  • i. l- inputs, id - data u s - suppożizzjonijiet li jintużaw fil - proċess tal - istima tal - provvedimenti, bħar -rati ta ’ telf storiku, stimi PG/LGD u previżjonijiet ekonomiċi;
  • ii. kif tiġi ddeterminata l - ħajja ta’ skopertura jew portafoll (inkluż kif ġew ikkunsidrati prepagamenti u inadempjenzi mistennija);
  • iii. il- perjodu ta’ żmien li matulu tiġi vvalutata l - esperjenza storika ta’ telf;
  • iv. kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall - istima tal - ECL skont il - qafas kontabilistiku applikabbli. Pereżempju, jekk il - kundizzjonijiet ekonomiċi attwali u previsti jkunu differenti minn dawk li jeżistu matul il - perjodu storiku ta’ stima li qed jintuża, għandhom isiru aġġustamenti li jkunu direttament konsistenti ma’ dawk id - differenzi. Barra minn hekk, jista’ jkun li istituzzjoni ta’ kreditu esperjenzat ftit jew l - ebda telf reali fil - perjodu storiku analizzat; madankollu, kundizzjonijiet attwali jew li jħarsu ‘l quddiem jistgħu jvarjaw mill - kundizzjonijiet matul il - perjodu storiku, u l - impatt ta’ dawn il- bidliet fuq l - ECL għandu jiġi vvalutat u imkejjel;
  • g. jinkludu proċess għall - valutazzjoni tal - adegwatezza ta’ inputs u suppożizzjonijiet sinifikanti fil - metodu tal - kejl tal - ECL magħżul. Il - bażi għall - inputs u s - suppożizzjonijiet li jintużaw fil - proċess tal- istima tal - provvedimenti ġeneralment għandha tkun konsistenti minn perjodu għall - ieħor. Fejn l - inputs u s - suppożizzjonijiet jew il - bażi għal dawn jinbidlu, għandu jiġi dokumentat ir - raġunament;
  • h. jidentifika s - sitwazzjonijiet li ġeneralment iwasslu għal bidliet fil - metodi, fl - inputs jew fis - suppożizzjonijiet tal - kejl tal - ECL minn perjodu għall - ieħor (pereżempju, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tiddikjara li self li qabel ġie vvalutat fuq bażi kollettiva bl - użu ta’ metodu PD/LGD jista’ jitneħħa u jiġi vvalutat individwalment bl - użu tal - metodu tal - fluss ta’ flus skontat malli tiġi rċevuta informazzjoni ġdida u speċifika għall - mutwatarju bħat - telf tal - impjieg);
  • i. j ikkunsidra l - fatturi interni u esterni rilevanti li jistgħu jaffettwaw l - istimi tal - ECL, bħall - istandards ta’ sottoskrizzjoni applikati għal skopertura ta’ għoti ta’ self fl - oriġini u bidliet fil - fatturi industrijali, ġeografiċi, ekonomiċi u politiċi;
  • j. jind irizza kif l - istimi tal - ECL jiġu ddeterminati (pereżempju rati ta’ telf storiku jew analiżi tal - migrazzjoni bħala punt ta’ bidu, aġġustati għal informazzjoni dwar kundizzjonijiet attwali u mistennija). Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha ħarsa imparzjali fuq l - inċertezza u r - riskji fl - attivitajiet ta’ self tagħha meta tagħmel stima tal - ECL;
  • k. tidentifika liema fatturi jiġu kkunsidrati meta jkunu qed jiġu stabbiliti perjodi storiċi ta’ żmien xierqa li matulhom tiġi vvalutata l - esperjenza tat - telf storiku. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha żżomm biżżejjed data storika tat - telf biex tipprovdi analiżi sinifikanti tal - esperjenza tat - telf ta’ kreditu tagħha għall - użu bħala punt ta’ bidu meta jiġi stmat il - livell ta’ provvedimenti fuq bażi kollettiva jew individwa li;
  • l. tiddetermina sa liema punt il - valur tal - kollateral u ta’ mitiganti oħra tar - riskju tal - kreditu jaffettwa l - ECL;
  • m. tiddeskrivi l - politiki u l - proċeduri tal - istituzzjoni tal - kreditu fuq tħassir u rkupri;
  • n. teħtieġ li analiżi, stimi, reviżjonijiet u kompiti/proċessi oħra li huma inputs għal jew outputs mill - proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tar - riskju tal - kreditu jsiru minn persunal kompetenti u mħarreġ sew u jiġu vvalidati minn persunal li hu indipendenti mill - attivitajiet ta’ self tal - istituzzjoni tal - kreditu. Dawn l - inputs għal u outputs minn dawn il - funzjonijiet għandhom ikunu dokumentati sew, u d - dokumentazzjoni għandha tinkludi spjegazzjonijiet ċari li jappoġġjaw l - analiżi, l - istimi u r - reviżjonijiet;
  • o. tiddokumenta l - metodi li ntużaw biex jiġu vvalidati mudelli għall - kejl tal - ECL (pereżempju, ittestjar b’lura);
  • p. tiżgura li l - istimi tal - ECL jinkorporaw b’mod xieraq informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi, li għadha ma ġietx inkluża fil - provvedimenti mitkejla fuq bażi ta’ skopertura individwali. Dan jista’ jeħtieġ li l - maniġment juża l - ġudizzju tal - kreditu għaqli tiegħu biex jikkunsidra xejriet mifruxa fil - protafoll sħiħ tas - self, bidliet fil - mudell tan - negozju tal- istituzzjoni tal - kreditu, fatturi makroenkonomiċi, eċċ.; u
  • q. teħtieġ proċess biex tivvaluta l - adegwatezza ġenerali tal - provvedimenti skont il - qafas kontabilistiku rilevanti, inkluża reviżjoni regolari tal - mudelli tal - ECL.
34. Il- proċess tal - identifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu …

Il- proċess tal - identifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jiżgura li fatturi li jħallu impatt fuq bidliet fir - riskju tal - kreditu u fi stimi tal - ECL jiġu identifikati kif xieraq fuq bażi regolari. Barra minn hekk, il - kunsiderazzjoni tar - riskju tal - kreditu inerenti fi prodotti u f’attivitajiet ġodda għandha tkun parti ewlenija mill - proċess tal - identifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu, tal - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u tal - kejl tal - ECL.

35. Il- maniġment superjuri għandu jikkunsidra fatti u ċirkostanzi rilevanti, inkluż informazzjoni …

Il- maniġment superjuri għandu jikkunsidra fatti u ċirkostanzi rilevanti, inkluż informazzjoni li tħares ‘il quddiem, li aktarx jikkawżaw li l- ECL ivarja minn esperjenza storika u li jistgħu jaffettwaw ir - riskju tal - kreditu u l - kapaċità sħiħa li l - flussi ta’ flus jinġabru.

36. Fir- rigward ta’ fatturi relatati mal - karattru, mal - kapaċità u mal -kapital tal- …

Fir- rigward ta’ fatturi relatati mal - karattru, mal - kapaċità u mal -kapital tal- mutwatarji, it - termini ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self, u l - valuri ta’ assi mirhuna bħala kollateral flimkien ma’ mitiganti tar - riskju ta’ kreditu oħrajn li jistgħu jaffettwaw il - kapaċità sħiħa li l - flussi ta’ flus jinġabru, istituzzjoni ta’ kreditu għandha (skont it - tip ta’ skopertura) tikkunsidra:

  • a. il- politiki u l - proċeduri ta’ self tagħha, inklużi l - istandards ta’ sottoskrizzjoni u t - termini ta’ self tagħha, li kienu fis - seħħ mar - rikonoxximent inizjali tal - iskopertura tal - għoti ta’ self tal - mutwatarju, u jekk l - iskopertura tal - għoti ta’ self oriġinatx bħala eċċezzjoni għal din il - politika. Politika ta’ self ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinkludi dettalji tal - istandards ta’ sottoskrizzjoni tagħha, u linji gwida u proċeduri li jixprunaw il - proċess tal - approvazzjoni ta’ self tal - istituzzjo ni tal- kreditu;
  • b. is - sorsi ta' dħul rikorrenti ta’ mutwatarju disponibbli biex jissodisfaw il - ħlasijiet skedati;
  • c. il- kapaċità ta’ mutwatarju li jiġġenera fluss ta’ fluss ta’ flus matul it - terminu tal - istrument finanzjarju;
  • d. il- livell ta’ lieva ġenerali u l - aspettattivi ta’ bidliet għal - lieva tal - mutwatarju;
  • e. l- inċentivi jew ir - rieda tal - mutwatarji li jissodisfaw l - obbligi tagħhom;
  • f. assi mhux gravati10 li l- mutwatarju jista’ jirhan bħala kollateral fis - suq jew bilateralment biex iżid il - fondi u l - aspettattivi ta’ bidliet għall - valur ta’ dawk l - assi;
  • g. events ta’ darba u imġiba rikorrenti raġonevolment possibbli li jistgħu jaffettwaw il - kapaċità tal- mutwatarju biex jissodisfa l - obbligi kuntrattwali; u
  • h. valutazzjonijiet f’waqthom ta’ valur kollaterali u kunsiderazzjoni ta’ fatturi li jistgħu jħallu impatt fuq il - valur futur ta’ kollateral (filwaqt li jitqies li l - valuri kollaterali jaffettwaw direttament l - istimi tal - LGD).

10 Ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2015/79 tat -18 ta’ Diċembru 2014 li jemenda r - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir -rigward tar- rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill fir -rigward ta' interess ta' garanzija tal - assi, mudell ta' punt uniku tad - dejta u r - regoli dwar il - valutazzjoni.

37. Fejn ikollhom il - potenzjal li jaffettwaw il - kapaċità tal - istituzzjoni tal - kreditu li …

Fejn ikollhom il - potenzjal li jaffettwaw il - kapaċità tal - istituzzjoni tal - kreditu li tirkupra ammonti dovuti, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw fatturi relatati mal - mudell tan - negozju u l - kundizzjonijiet makroekonomiċi attwali u previsti tal - istituzzjoni ta’ kreditu, inkluż iżda mhux limitati għal:

  • a. ir- rekwiżiti tal - kompetizzjoni u legali u regolatorji;
  • b. xejriet fil - volum ġenerali ta’ kreditu tal - istituzzjoni;
  • c. il- profil tar - riskju tal - kreditu ġenerali tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self tal - istituzzjoni tal - kreditu u aspettattivi ta’ bidliet fihom;
  • d. konċentrazzjonijiet ta’ kreditu lil mutwatarji jew skont it - tip ta’ prodott, settur jew suq ġeografiku;
  • e. aspettattivi ta’ prattiki ta’ ġbir, tħassir u rkupru;
  • f. il- kwalità tas - sistema tar - reviżjoni tar - riskju tal - kreditu tal - istituzzjoni tal - kreditu u l -grad ta’ sorveljanza mill - maniġment superjuri u mill - korp maniġerjali tal - istituzzjoni tal - kreditu; u
  • g. fatturi oħra li jistgħu jħallu impatt fuq l - ECL inkluż, iżda mhux limitati, għall - aspettattivi ta’ bidliet fir -rati tal- qgħad, prodott domestiku gross, rata ta’ mgħax normattiva, inflazzjoni, kundizzjonijiet ta’ likwidità, jew teknoloġija.
38. Metodoloġiji sodi tar - riskju tal - kreditu għandhom jikkunsidraw xenarji potenzjali …

Metodoloġiji sodi tar - riskju tal - kreditu għandhom jikkunsidraw xenarji potenzjali differenti u m’għandhomx jiddependu purament fuq kunsiderazzjonijiet suġġettivi, parzjali jew ottimisti żżejjed. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżviluppaw u jiddokumentaw il - proċessi tagħhom biex jiġġeneraw xenarji differenti li għandhom jintużaw fl - istima tal - ECL. B'mod partikolari:

  • a. l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom juru u jiddokumentaw kif l - istimi tal - ECL jinbidlu b’bidliet fix - xenarji, inklużi bidliet għal kundizzjonijiet esterni rilevanti li jistgħu jħallu impatt fuq l - istimi tal - ECL jew il - komponenti tal - kalkolu tal - ECL (bħall - parametri PD u LGD);
  • b. l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċess dokumentat biex jiddeterminaw il - firxa ta’ żmien tax - xenarji u, jekk rilevanti, kif jiġi stmat l - ECL għal skoperturi li l - ħajja tagħhom taqbeż il - perjodu kopert mill - previżjoni(jiet) ekonomika(ċi) użat(i);
  • c. ix- xenarji jistgħu jiġu żviluppati internament jew esternalizzati. Fil - każ ta’ xenarji żviluppati internament, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom varjetà ta’ esperti, bħal esperti tar - riskju, ekonomisti, maniġers tan - negozji u maniġment superjuri, li jgħinu fl - għażla tax - xenarji li huma rilevanti għall -p rofil tal - iskopertura tar - riskju tal - kreditu tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu. Fil- każ ta’ xenarji esternalizzati, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li l - fornitur estern jadatta x - xenarji biex jirrifletti l - profil tal - iskopertura tar - riskju tal- kreditu u tan - negozju tal- istituzzjoni ta’ kreditu, għaliex l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jibqgħu responsabbli għal dawk ix- xenarji;
  • d. għandu jsir l - ittestjar b’lura biex jiġi żgurat li l - aktar fatturi ekonomiċi rilevanti li jaffettwaw il - kapaċità li jinġabar u r - riskju tal - kreditu qed jiġu kkunsidrati u inkorporati fl - istimi tal - ECL; u
  • e. fejn ikunu disponibbli indikaturi tas - suq (bħal firxiet ta’ swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu (“CDS”)), il - maniġment superjuri jista’ jikkunsidrahom bħala punt ta’ riferiment validu li miegħu tiġi ċċekkjata l - konsistenza tal - ġudizzju tiegħu stess.
39. Filwaqt li istituzzjoni ta’ kreditu m'għandhiex bżonn tidentifika jew timmudella kull xenarju …

Filwaqt li istituzzjoni ta’ kreditu m'għandhiex bżonn tidentifika jew timmudella kull xenarju possibbli permezz ta’ simulazzjonijiet tax - xenarji, meta tkun qed tiżviluppa stimi tal- ECL hi għandha tikkunsidra l - informazzjoni kollha raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta li hi rilevanti għall - prodott, għall - mutwatarju, għall - mudell tan - negozju jew għall - ambjent ekonomiku u regolatorju. Fl - iżvilupp ta’ dawn l - istimi għal skopijiet ta’ rappurtar finanzjarju, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l - esperjenza u l - lezzjonijiet minn eżerċizzji simili li wettqet għal skopijiet regolatorji (madankollu xenarji ta’ kriżi m'għandhomx l - għan li jintużaw direttament għal skopijiet kontabilistiċi). Informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi previżjonijiet ekonomiċi u fatturi tar - riskju tal - kreditu relatati użati għall - istimi tal - ECL, għandha tkun konsistenti ma’ inputs għal stimi rilevanti oħra fi ħdan id - dikjarazzjonijiet finanzj arji, il- baġits, il - pjanijiet strateġiċi u kapitali, u informazzjoni oħra użata fil - ġestjoni u r - rappurtar fi ħdan istituzzjoni ta’ kreditu.

40. Il- maniġment superjuri għandu jkun kapaċi juri li jifhem u jikkunsidra b’mod xieraq ir - …

Il- maniġment superjuri għandu jkun kapaċi juri li jifhem u jikkunsidra b’mod xieraq ir - riskji inerenti fl - ipprezzar ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill - mudelli ta’ fatti li ġejjin, li potenzjalment jindikaw stimi inadegwati tal - ECL;

  • a. l- għoti ta’ kreditu lil mutwatarji skont flussi ta’ dħul fraġli (li jistgħu jsiru mhux rikorrenti malli jkun hemm tnaqqis) jew b’ebda dokumentazzjoni jew b’verifika limitata tas - sorsi ta’ dħul tal - mutwatarju;
  • b. rekwiżiti tas - servizz ta’ dejn għoli relattivi mal - flussi ta’ flus mistennija disponibbli netti tal - mutwatarju;
  • c. skedi flessibbli ta’ ħlas lura, inkuż ħlas ta’ vaganzi, ħlas tal - imgħax biss u karatteristiċi negattivi tal- amortizzament;
  • d. għal proprjetà immobbli u finanzjament ieħor ibbażat fuq l - assi, self ta’ ammonti daqs jew li jaqbżu l - valur tal - proprjetà ffinanzjati jew inkella li jonqsu li jipprovdu marġini adegwat ta’ protezzjoni kollaterali;
  • e. żidiet żejda fil - modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self minħabba diffikultajiet finanzjarji affaċċjati mill - mutwatarju11 jew negozjar mill - ġdid/modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal- għoti ta’ self għal raġunijiet oħra (bħal pressjonijiet kompetittivi affaċċjati mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu);
  • f. ċirkomvenzjoni tar - rekwiżiti tal - klassifikazzjoni u tal - gradazzjoni, inkluż l - iskedar mill - ġdid, il - finanzjament mil l- ġdid jew il - klassifikazzjoni mill - ġdid tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self;
  • g. żidiet żejda fil - volum ta’ kreditu, speċjalment fir - rigward maż - żieda fil - volum ta’ kreditu minn mutwanti oħrajn fl - istess suq; u
  • h. żieda fil - volum u fis - severità ta’ kreditu skadut, ta’ kwalità baxxa u indebolit.

11 Ara wkoll ir - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2015/227 tad -9 ta’ Jannar 2015 li jemenda r - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir -rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir - Regolament (UE) Nru 575/2013 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill (ĠU L 41, 20.2.2015, p. 1) li jistabbilixxi definizzjonijiet speċifiċi ta’ skoperturi mrażżna u improduttivi.

41. Il- politiki kontabilistiċi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jindirizzaw, u l - …

Il- politiki kontabilistiċi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jindirizzaw, u l - metodoloġija tal- provvedimenti tagħhhom għandha tinkludi, kriterji għal (a) negozjar mill - ġdid/modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self minħabba diffikultajiet finanzjarji jew minħabba raġunijiet oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll id - definizzjonijiet speċifiċi ta’ tolleranza stabbiliti fil -Parti 2 tal- Anness V tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 680/20 14 u (b) it - trattament ta’ skoperturi ta’ self indeboliti bil - kreditu mixtrija jew oriġinati kif definit taħt il - qafas kontabilistiku applikabbli:

  • a. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l - kriterji li ġejjin fir - rigward ta’ negozjar mill - ġdid/modifikazzjonijiet tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self:
  • i. Il- metodoloġija tal - provvedimenti għandha tippermetti lill - istituzzjonijiet ta’ kreditu jwettqu valutazzjoni robusta tar - riskju tal - krediti u tal - kejl tal - ECL biex il - livell ta’ provvedimenti jkompli jirrifle tti l- kapaċità li s - sustanza tal - iskopertura negozjata mill - ġdid/modifikata tinġabar, irrispettivament minn jekk l - ass oriġinali ġiex irtirat jew le skont il - qafas kontabilistiku applikabbli.
  • ii. In- negozjar mill - ġdid/modifikazzjonijiet m’għandhomx iwasslu awtomatikament għall - konklużjoni li kien hemm tnaqqis immedjat fir - riskju tal - kreditu tal - iskopertura. Kull tnaqqis fil - livell ta’ provvedimenti rrappurtat minħabba riskju ta’ kreditu mtejjeb għandu jiġi sostnut minn evidenza qawwija. Il - klijenti għandhom juru b’mod konsistenti prestazzjoni tal - ħlas sodisfaċenti fuq perjodu raġjonevoli ta’ żmien qabel ir- riskju tal - kreditu jitqies li jkun naqas, filwaqt li jitqiesu wkoll ir - rekwiżiti rilevanti għal skoperturi fil - perjodu ta’ prova kif definit fil -Parti 2 tal-A nness V tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 680/2014.
  • iii. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw b'attenzjoni jekk il - ġbir tas - self prinċipali jiġix żgurat b’mod raġjonevoli meta l - prestazzjoni tal - ħlas lura tieħu l - forma ta’ pagamenti tal - imgħax waħedhom, sussegwenti għal negozjar mill - ġdid jew modifikazzjoni. Barra minn hekk, dewmien uletrjuri mistenni fil - ħlas ta’ dawk il - flussi ta’ flus jista’ jkun xhieda li r - riskju tal - kreditu ma tjiebx, u għalhekk il - livell tal - ECL għandu jiġi vvalutat mill - ġdid b'attenzjoni.
  • iv. Il- metodoloġiji għandhom ukoll jitolbu lill - persunal tas - self li jinnotifikaw minnufih lill - funzjoni kontabilistika tal - istituzzjoni meta l - iskoperturi jiġu negozjati mill - ġdid jew modifikati biex tiġi żgurata kontabbiltà xierqa għall - bidla. Għal negozjar mill - ġdid u modifikazzjonijiet aktar kumplessi, għandha sseħħ komunikazzjoni regolari bejn il - persunal tas - self u l - funzjoni kontabilistika.
  • b. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l - kriterji li ġejjin fir -rig ward ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self indeboliti bil - kreditu mixtrija jew oriġinati:
  • i. Il- metodoloġija għandha tippermetti identifikazzjoni u kontabbiltà xierqa għal self indebolit bil - kreditu mixtri jew oriġinat.
  • ii. L- istimi tal - fluss ta’ flus għal dawn l - iskoperturi tal - għoti ta’ self għandhom jiġu vvalutati kull perjodu ta’ rappurtar u aġġornati kif ikun meħtieġ. Dawn l - aġġornamenti għandhom jiġu sostnuti u dokumentati kif suppost, u approvati mill - maniġment superjuri.

4.2.3 Prinċipju 3 — Proċess u aggruppament tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-kreditu

Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha proċess tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu fis - seħħ biex b’mod proporzjonali taggruppa l - iskoperturi tal - għoti ta’ self fuq il - bażi ta’ karatteristiċi tar- riskju tal - kreditu maqsuma.

Proċess tal - klassifikazzjoni tar - riskju ta’ kreditu

42. Bħala parti mill - proċess tal - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu tagħhom, l - …

Bħala parti mill - proċess tal - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu tagħhom, l - istituzzjonijiet tal - kreditu għandu jkollhom proċeduri u sistemi ta’ informazzjoni komprensivi fis - seħħ biex jimmonitorjaw il - kwalità tal - iskoperturi ta’ għoti ta’ self tagħhom. Dawn jinkludu proċess tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu effettiv li jaqbad il - livell, in - natura u l - ixprunaturi differenti tar - riskju tal - kreditu li jistgħu jidhru maż - żmien, sabiex jiġi raġonevolment żgurat li l - iskoperturi ta’ għoti ta’ self kollha jiġu mmonitorjati b’mod xieraq u li l - provvedimenti tal - ECL jitkejlu kif suppost.

43. Il- proċess tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu għandu jinkludi funzjoni ta’ …

Il- proċess tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu għandu jinkludi funzjoni ta’ reviżjoni indipendenti. Il - valutazzjoni inizjali tal -gradi tar- riskju tal - kreditu għall - iskoperturi u l - aġġornament kontinwu tagħhom minn persunal tas - self li qiegħed fuq quddiem għandu jkun soġġett għar - reviżjoni tal - funzjoni tar - reviżjoni indipendenti.

44. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu numru ta’ kriterji meta jassenjaw il -grad tar- …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu numru ta’ kriterji meta jassenjaw il -grad tar- riskju tal- kreditu mar - rikonoxximent inizjali ta’ skopertura ta’ għoti ta’ self inklużi, sal - punt rilevanti, it-tip tal- prodott, it - termini u l - kundizzjonijiet, it - tip u l - ammont ta’ kollateral, il - karatteristiċi u l- ġeografija tal - mutwatarju jew taħlita tagħhom.

45. Meta jibdlu gradi tar - riskju tal - kreditu eżistenti assenjati, jew fuq portafoll jew fuq …

Meta jibdlu gradi tar - riskju tal - kreditu eżistenti assenjati, jew fuq portafoll jew fuq bażi individwali, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu fatturi rilevanti oħra bħal, iżda mhux limitati, għal bidliet fil - prospettiva tal - industrija, rati ta’ tkabbir tan - negozju, sentiment tal - konsumatur u bidliet fil - previżjonijiet ekonomiċi (bħal rati ta’ interess, rati ta’ qgħad u prezzijiet tal - prodotti bażiċi) kif ukoll nuqqasijiet fis - sottoskrizzjoni identifikati wara r - rikonoxximent inizjali.

46. Is - sistema tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu għandha taqbad l - iskoperturi …

Is - sistema tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu għandha taqbad l - iskoperturi tal - għoti ta’ self kollha meta tivvaluta l - impatt tal - bidliet fir - riskju tal - kreditu, u mhux biss dawk li setgħu esperjenzaw żidiet sinifikattivi fir - riskju tal - kreditu, ġarrbu telf jew inkella huma indeboliti bil - kreditu. Din issir biex tiġi permessa differenzjazzjoni xierqa tar - riskju tal - kreditu u tal - aggruppament tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self fi ħdan is - sistema tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal- kreditu, u biex tirrifletti r - riskju tal - iskoperturi individwali, kif ukoll il - livell tar - riskju tal - kreditu fil - portafoll kollu kemm hu, meta jiġi aggregat fl - iskoperturi kollha. F'dan il - kuntest, sistema ta’ klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu għandha tippermetti lill - istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jidentifikaw kemm il - migrazzjoni tar - riskju tal - kreditu kif ukoll bidliet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu.

47. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddeskrivu l - elementi tas - sistema tal - …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddeskrivu l - elementi tas - sistema tal - klassifikazzjoni tar- riskju tal - kreditu tagħhom, filwaqt li jiddefinixxu kull grad tar - riskju tal - kreditu u jindikaw il- persunal responsabbli għat - tfassil, l - implimentazzjoni, it - tħaddim u l - prestazzjoni tas - sistema kif ukoll dawk responsabbli għall - ittestjar u l - validazzjoni perjodiċi (jiġifieri l - funzjoni tar- reviżjoni indipendenti).

48. Il-gradi tar- riskju tal - kreditu għandhom jiġu riveduti kull meta tiġi rċevuta informazzjoni …

Il-gradi tar- riskju tal - kreditu għandhom jiġu riveduti kull meta tiġi rċevuta informazzjoni rilevanti ġdida jew meta l - aspettattiv a tar- riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tkun inbidlet. Il - gradi assenjati tar - riskju tal - kreditu għandhom jirċievu reviżjoni formali perjodika (pereżempju mill - inqas annwalment, jew aktar frekwenti jekk meħtieġ f’ġurisdizzjoni) sabiex jiġi raġonevolment żgurat li dawk il - gradi jkunu preċiżi u aġġornati. Il -gradi tar- riskju tal - kreditu għal skoperturi ta’ għoti ta’ self ivvalutati individwalment li huma ta’ riskju ogħla jew indeboliti bil - kreditu għandhom jiġu riveduti b’mod aktar frekwenti milli annwalment. L - istimi tal- ECL għandhom jiġu aġġornati fuq bażi f'waqtha biex jirriflettu bidliet fil -gradi tar- riskju tal - kreditu għaż - żewġ gruppi ta’ skoperturi jew skoperturi individwali.

Raggruppament ibbażat fuq karatterisitiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma

49. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaggruppaw skoperturi b’karatteristiċi tar - riskju …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaggruppaw skoperturi b’karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma b’mod li hu biżżejjed granulari biex ikunu jistgħu jivvalutaw bidliet fir - riskju tal- kreditu b’mod raġjonevoli u b’hekk iħallu impatt fuq l- istima tal - ECL għal dawn il - gruppi.

50. Il- metodoloġija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għall - aggruppar ta’ skoperturi biex jiġi …

Il- metodoloġija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għall - aggruppar ta’ skoperturi biex jiġi vvalutat ir - riskju tal - kreditu (pereżempju skont it - tip ta’ strument, it - termini u l - kundizzjonijiet tal - prodott, is - settur tal -ind ustrija/tas - suq, il - lokalità ġeografika jew dati tal - ħruġ) għandha tkun dokumentata u soġġetta għal reviżjoni xierqa u approvazzjoni interna mill - maniġment superjuri.

51. Skoperturi ta’ għoti ta’ self għandhom jiġu ggruppati skont il - karatterisitiċi tar - riskju …

Skoperturi ta’ għoti ta’ self għandhom jiġu ggruppati skont il - karatterisitiċi tar - riskju tal-kreditu maqsuma sabiex il - bidliet fil - livell tar - riskju tal - kreditu jirrispondu għall - impatt tal - kundizzjonijiet li qed jinbidlu fuq firxa komuni ta’ xprunaturi tar - riskju tal - kreditu. Dan jinkludi l- kunsiderazzjoni tal - effett fuq ir - riskju tal - kreditu tal - grupp b’risposta għal bidliet fl - informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi. Il - bażi tal - aggruppament għandha tkun riveduta mill - maniġment superjuri biex jiġi żgurat li l - iskoperturi fi ħdan il - grupp jibqgħu omoġenji f’termin i tar- risposta tagħhom għall - ixprunaturi tar - riskju tal - kreditu u li l - karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu rilevanti u l - impatt tagħhom fuq il - livell tar - riskju tal - kreditu għall - grupp ma nbidlux maż - żmien.

52. L- iskoperturi m'għandhomx jiġu raggruppati b’tali mod li żieda fir - riskju tal - kreditu ta’ …

L- iskoperturi m'għandhomx jiġu raggruppati b’tali mod li żieda fir - riskju tal - kreditu ta’ skoperturi partikolari titgħatta mill - prestazzjoni tal - grupp kollu kemm hu.

53. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċess robust fis - seħħ biex jiġi żgurat …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċess robust fis - seħħ biex jiġi żgurat raggruppament inizjali xieraq tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self tagħhom. Susseggwentement, l - aggruppament tal - iskoperturi għandu jiġi vvalutat mill - ġdid u l - iskoperturi għandhom jitqassmu mill - ġdid jekk tiġi rċevuta informazzjoni rilevanti ġdida jew jekk l - aspettattivi mibdula tar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jissuġġerixxu li aġġustament permanenti hu ġġustifikat. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx kapaċi tqassam mill - ġdid l - iskoperturi fuq bażi f’waqtha, għandu jintuża aġġustament temporanju.

Użu ta’ aġġustamenti temporanji

54. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw aġġustamenti temporanji għal provvediment bħala …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw aġġustamenti temporanji għal provvediment bħala soluzzjoni interim biss, b’mod partikolari f’ċirkostanzi tranżitorji jew meta ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex informazzjoni rilevanti ġdida tiġi inkorportata b’mod xieraq fil - proċess tal - klassifikazzjoni u tal - mudellar tar - riskju tal - kreditu eżistenti, jew biex gruppi eżistenti ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self jitqassmu mill - ġdid, jew meta skoperturi ta’ self fi ħdan grupp ta’ skoperturi ta’ self jirreaġixxu għal fatturi jew events b’mod differenti minn dak mistenni fil - bidu.

55. Dawn l- aġġustamenti m’għandhomx jintużaw kontinwament fuq perjodu twil ta’ żmien għal fattur …

Dawn l- aġġustamenti m’għandhomx jintużaw kontinwament fuq perjodu twil ta’ żmien għal fattur ta’ riskju mhux tranżitorju. Jekk ir - raġuni għall - aġġustament mhix mistennija li tkun temporanja, bħal l- emerġenza ta’ xprunatur ġdid tar - riskju li ma ġiex inkorporat qabel fil - metodoloġija tal - provvedimenti tal - istitituzzjoni, il - metodoloġija għandha tiġi aġġornata fi żmien qasir biex tinkorpora l - fattur li mistenni jkollu impatt kontinwu fuq il - kejl tal -E CL.

56. L- użu ta’ aġġustamenti temporanji jeħtieġ l - applikazzjoni ta’ ġudizzju sinifikanti u joħloq …

L- użu ta’ aġġustamenti temporanji jeħtieġ l - applikazzjoni ta’ ġudizzju sinifikanti u joħloq il - potenzjal għall - parzjalità. Sabiex jiġi evitat il - ħolqien ta’ potenzjal għall - parzjalità, l - aġġustamenti temporanji għandhom ikunu direzzjonalment konsistenti ma’ previżjonijiet li jħarsu ‘l quddiem, sostnuti b’dokumentazzjoni xierqa, u soġġetti għal proċessi ta’ governanza xierqa.

4.2.4 Prinċipju 4 — Adegwatezza tal-provvediment

L- ammont aggregat ta’ provvedimenti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, irrispettivament minn jekk il - provvedimenti humiex iddeterminati fuq bażi kollettiva jew individwali, għandu jkun adegwat u konsistenti mal - għanijiet tal - qafas kontabilistiku applikabbli.

57. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimplementaw metodoloġiji tar - riskju tal - kreditu …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimplementaw metodoloġiji tar - riskju tal - kreditu sodi mal - għan li l - bilanċ ġenerali tal - provvediment għall - ECL jiġi żviluppat skont il - qafas kontabilistiku applikabbli u jirrifletti b’mod adegwat l - ECL fi ħdan dak il - qafas.

58. Meta jivvalutaw l - adegwatezza tal - provvedimenti, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom …

Meta jivvalutaw l - adegwatezza tal - provvedimenti, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu fatturi u aspettattivi rilevanti fid -data tar- rappurtar li jistgħu jaffettwaw il - kapaċità li l - flussi ta’ flus li jifdal jinġabru matul il - ħajja ta’ grupp ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self jew skopertura ta’ għoti ta’ self waħda. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw informazzjoni li tmur lil hinn mid - data storika jew attwali, u għandhom iqisu informazzjoni li tħares ‘il quddiem raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, inkużi fatturi makroekonomiċi, li huma rilevanti għall - iskopertura(i) li qed tiġi(jiġu) vvalutata(i) (pereżempju bejgħ bl - imnut jew bl - ingrossa) skont il - qafas kontabilistiku applikabbli.

59. Skont il - kapaċità li jinkorporaw informazzjoni li tħares ‘il quddiem fl - istima tal - ECL, l …

Skont il - kapaċità li jinkorporaw informazzjoni li tħares ‘il quddiem fl - istima tal - ECL, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw approċċi ta’ valutazzjoni individwali jew kollettivi, irrispettivalment mill - approċċ tal - valutazzjoni użat, għandhom ikunu konsistenti mar - rekwiżiti kontabilistiċi rilevanti u m’għandhomx jirriżultaw f’kejl tal - provvedimenti materjalment differenti. Flimkien, il - valutazzjonijiet individwali u kollettivi jiffurmaw il - bażi għall - provvedimenti għall - ECL.

60. L- approċċ tal - valutazzjoni tal - ECL użat għandu jkun l - aktar xieraq fiċ - ċirkostanzi …

L- approċċ tal - valutazzjoni tal - ECL użat għandu jkun l - aktar xieraq fiċ - ċirkostanzi partikolari, u tipikalment għandu jkun allinjat ma’ kif l - istituzzjoni ta’ kreditu timmaniġġja l - iskopertura tal - għoti ta’ self. Pereżempju, ħafna drabi l - valutazzjoni kollettiva tintuża għal gruppi kbar ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self omoġenji b’karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma, bħal protafolli tal - bejgħ bl - imnut. Il - valutazzjonijiet individwali ħafna drabi jsiru għal skoperturi sinifikanti, jew fejn ġie identifikat tħassib tal - kreditu fil - livell ta’ self individwali, bħal lista ta’ sorveljanza u self skadut.

61. Irrispettivament mill - approċċ tal - valutazzjoni li tuża (individwali jew kollettiv) …

Irrispettivament mill - approċċ tal - valutazzjoni li tuża (individwali jew kollettiv), istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiżgura li dan ma jaffettwax ir - riżultat f’rikonoxximent imdewwmen tal - ECL.

62. Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw valutazzjonijiet individwali, l - istima tal - ECL …

Meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw valutazzjonijiet individwali, l - istima tal - ECL dejjem għandha tinkorporra l - impatt mistenni tal - informazzjoni li tħares ‘il quddiem raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta kollha, inklużi fatturi makroekonomiċi, li jaffettwa l - kapaċità li tinġabar u r - ri skju tal - kreditu. Meta japplikaw approċċ tal - valutazzjoni individwali, fl - istess manjiera bħal fil - każ tal - valutazzjoni kollettiva, id - dokumentazzjoni tal - istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi b’mod ċar kif l - informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi, ġiet riflessa fil - valutazzjoni individwali.

63. F’każijiet meta l - valutazzjonijiet individwali ta’ skoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ma …

F’każijiet meta l - valutazzjonijiet individwali ta’ skoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ma jikkunsidrawx kif xieraq informazzjoni li tħares ‘il quddiem, u sabiex tippermetti l - identifikazzjoni ta’ relazzjonijiet bejn informazzjoni li tħares ‘il quddiem u stimi tal - ECL li jistgħu ma ja jidhrux fil - livell individwali, istituzzjoni għandha taggruppa skoperturi ta’ għoti ta’ self b’karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma biex tagħti stim a tal- impatt tal - informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi. Min - naħa l - oħra, fejn l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jiddeterminaw li l - informazzjoni kollha li tħares ‘il quddiem raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta ġiet inkorporata fil - valutazzjoni individwali tal - ECL, m’għandhiex għalfejn issir valutazzjoni addizzjonali li tħares ‘il quddiem fuq bażi kollettiva jekk tista’ tirriżulta f’għadd doppju. 4.2.5 Prinċipju 5 — Validazzjoni tal-mudell tal-ECL

Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha fis - seħħ politiki u proċeduri biex tivvalida kif xieraq mudelli li jintużaw biex ikejlu l - ECL.

64. Fil- proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu …

Fil- proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw mudelli u stimi bbażati fuq is - suppożizzjonijiet għall - identifikazzjoni u l - kejl tar - riskji, kemm fil - livell tal - iskopertura ta’ għoti ta’ self individwali kif ukoll fil - livell ġenerali tal - portafoll, inkluż il - klassifikazzjoni tal - kreditu, l - identifikazzjoni tar - riskji tal - kreditu, il - kejl tal - provvedimenti tal - ECL għal skopijiet kontabilistiċi, is - simulazzjoni ta’ kriżi u l - allokazzjoni tal - kapital. Mudelli li jintużaw fil - proċess tal - valutazzjoni u tal - kejl tal - ECL għandhom jikkunsidraw l - impatt tal - bidliet lil varjabbli relatati mal - mutwatarju u mar - riskju tal - kreditu bħal bidliet f’PDs, LGDs, ammonti ta’ skoperturi, valuri kollaterali, migrazzjoni ta’ probabbiltajiet ta’ inadempjenza u gradi tar- riskju tal - kreditu interni tal - mutwatarji bbażati fuq informazzjoni li tħares ‘il quddiem storika, attwali u raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, inklużi fatturi makroekonomiċi.

65. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom politiki u proċeduri robusti fis - seħħ biex …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom politiki u proċeduri robusti fis - seħħ biex jivvalidaw kif xieraq il - preċiżjoni u l - konsistenza tal - mudelli użati biex jiġi vvalutat ir - riskju tal - kreditu u biex jitkejjel l - ECL, inklużi s - sistemi u l - proċessi tal - klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu bbażati fuq il - mudell u l - istima tal - komponenti tar - riskju rilevanti kollha, malli jibda l - użu tal - mudell u fuq bażi kontinwa. Dawn il - politiki u l - proċeduri għandhom jinkludu kif xieraq ir- rwol tal - ġudizzju professjonali.

66. Il- validazzjoni tal - mudell għandha ssir meta l - mudelli tal - ICL jiġu żviluppati …

Il- validazzjoni tal - mudell għandha ssir meta l - mudelli tal - ICL jiġu żviluppati inizjalment u meta jsiru bidliet sinifikanti lill - mudelli, u għandha tiżgura li l - mudelli jkunu xierqa għall - użu propost tagħhom fuq bażi kontinwa.

67. Qafas tal - validazzjoni tal - mudell sod għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat, għall - …

Qafas tal - validazzjoni tal - mudell sod għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat, għall - elementi li ġejjin:

  • a. Rwoli u responsabbiltajiet ċari għall - validazzjoni tal - mudell b’indipendenza u b’kompetenza adegwati. Il - validazzjoni tal - mudell għandha ssir indipendentement mill - proċess ta’ żvilupp tal- mudell u minn persunal bl - esperjenza u bl - għarfien espert meħtieġ. Is - sejbiet u r - riżultati tal- validazzjoni tal - mudell għandhom jiġu rrappurtati fil - pront u f’manjiera f’waqtha lil - livell ta’ awtorità xieraq. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tkun esternalizzat il - funzjoni tal - validazzjoni tagħha lil parti esterna, l - istituzzjoni ta’ kreditu tibqa’ responsabbli għall - effettività tax - xogħol tal- validazzjoni tal - mudell kollu u għandha tiżgura li x - xogħol li jsir mill - parti esterna jissodisfa l- elementi ta’ qafas tal - validazzjoni tal - mudell sod fuq bażi kontinwa.
  • b. Kamp ta’ applikazzjoni u metodoloġija tal - validazzjoni tal - mudell xierqa għandhom jinkludu proċess sistematiku biex tiġi vvalutata r- robustezza, il - konsistenza u l - preċiżjoni tal - mudell, kif ukoll ir - rilevanza kontinwa tiegħu għall - iskopertura tal - għoti ta’ self jew portafoll individwali sottostanti. Proċess tal - validazzjoni tal - mudell effettiv għandu wkoll jippermetti limitazzjonijiet potenzjali ta’ mudell li għandu jiġi identifikat u indirizzat fuq bażi f’waqtha. Il - kamp ta’ applikazzjoni għall - validazzjoni għandu jinkludi reviżjoni tal - inputs tal - mudell, tfassil tal- mudell u outputs/prestazzjoni tal - mudell.
  • • Inputs tal-mudell: L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom standards ta’ kwalità u ta’ affidabbiltà stabbiliti internament fuq id - data (informazzjoni storika, attwali u li tħares ‘il quddiem) użata bħala inputs tal - mudell. Id - data li tintuża biex jiġu stmati l - provvediment i tal- ECL għandha tkun rilevanti għall - portafolli tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u, sa fejn ikun possibbli, preċiża, affidabbli u kompleta (jiġifieri mingħajr esklużjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw stimi tal - ECL).Il - validazzjoni għandha tiżgura li d -data li tintuża tissodisfa dawn l- istandards.
  • • Tfassil tal-mudell: Għat - tfassil tal - mudell, il - validazzjoni għandha tivvaluta li t - teorija sottostanti tal - mudell tkun kunċettwalment soda, rikonoxxuta u ġeneralment aċċettata għall - iskop intenzjonat tagħha.Minn perspettiva li tħares ‘il quddiem, il - validazzjoni għandha wkoll tivvaluta l - punt sa fejn il - mudell, fil - livell tal - mudell ġenerali u tal - fattur tar - riskju individwali, tista’ tikkunsidra bidliet fl - ambjent ekonomiku jew tal - kreditu, kif ukoll bidliet għall - profil jew għall - istrateġija tal - negozju tal - portafoll, mingħajr ma tnaqqas b’mod sinifikanti r - robusutezza tal - mudell.
  • • Output/prestazzjoni tal-mudell: L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom standards stabbiliti internament għal prestazzjoni aċċet tabbli tal- mudell.Fejn il - limiti tal - prestazzjoni jinkisru b’mod sinifikanti, għandhom jittieħdu azzjonijiet korrettivi sal - punt tal -kalibrar mill - ġdid jew tal - iżvilupp mill - ġdid tal - mudell.
  • c. Dokumentazzjoni komprensiva tal - qafas u l - proċess tal - validazzjon i tal- mudell. Din għandha tinkludi dokumentazzjoni tal - proċeduri tal - validazzjoni li saru, kwalunkwe tibdil fil - metodoloġija u fl - għodod tal - validazzjoni, il - firxa tad - data użata, riżultati tal - validazzjoni u kwalunkwe azzjonijiet korrettivi li ttieħdu fejn kien meħtieġ. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li d - dokumentazzjoni tiġi riveduta u aġġornata regolarment.
  • d. Reviżjoni tal - proċess tal - validazzjoni tal - mudell minn partijiet indipendenti (eż. partijiet interni jew esterni) biex tiġi vvalidata l - effettività ġenerali tal - proċess tal - validazzjoni tal - mudell u l - indipendenza tal - proċess tal - validazzjoni tal - mudell mill - proċess tal - iżvilupp. Is - sejbiet tar - reviżjoni għandhom jiġu rrappurtat fil - pront u f’manjiera f'waqtha lil - livell ta’ awtorità xieraq (eż. maniġment superjuri, kumitat ta’ verifika).

4.2.6 Prinċipju 6 — Ġudizzju tal-kreditu esperjenzat

L- użu tal - ġudizzju tal - kreditu għaqli ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, speċjalment fil - kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li tħares ‘il quddiem raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, inklużi fatturi makroekonomiċi, hu essenzjali għall - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u tal - kejl tal - ECL.

68. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom l - għodda meħtieġa biex jiżguraw stima robusta …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom l - għodda meħtieġa biex jiżguraw stima robusta u rikonoxximent f'waqtu tal - ECL. Peress li l - informazzjoni dwar l - esperjenza storika ta’ telf jew l - impatt tal - kundizzjonijiet attwali tista’ ma tirriflettix bis - sħiħ ir - riskju tal - kreditu fi skoperturi ta’ għoti ta’ self, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il - ġudizzju tal - kreditu għaqli tagħhom biex jinkorporaw bir - reqqa l - impatt mistenni tal - informazzjoni kollha li tħares ‘il quddiem raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, inklużi fatturi makroekonomiċi, fuq l - istima tagħhom tal - ECL. L - użu tal - ġudizzju tal - kreditu għaqli ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jiġi dokumentat fil - metodoloġija tar - riskju tal - kreditu tal - istituzzjoni ta’ kreditu u soġġett għal soveljanza xierqa.

69. Informazzjoni storika tipprovdi bażi utli għall - identifikazzjoni ta’ xejriet u …

Informazzjoni storika tipprovdi bażi utli għall - identifikazzjoni ta’ xejriet u korrelazzjonijiet meħtieġa biex jiġu identifikati l - ixprunaturi tar - riskju tal - kreditu għall - iskoperturi tal - għoti ta’ self. Madankollu, l - istimi tal - ECL m’għandhomx jinjoraw l - impatt ta’ events u kundizzjonijiet (li jħarsu ‘l quddiem) fuq dawk l - ixprunaturi. L - istima għandha tirrifletti nuqqasijiet futuri ta’ flus kontanti mistennija li jirriżultaw minn dan l - impatt.

70. Il- kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li tħares ‘il quddiem m’għandhiex tiġi evitata fuq il - …

Il- kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li tħares ‘il quddiem m’għandhiex tiġi evitata fuq il - bażi li istituzzjoni ta’ kreditu tikkunsidra l - ispiża li tinkorpora din l - informazzjoni li tħares ‘il quddiem bħala għolja ħafna jew mhux meħtieġa jew minħabba li hemm nuqqas ta’ ċertezza fil - formulazzjoni ta’ xenarji li jħarsu ‘l quddiem, sakemm l - ispiża u l - piż operazzjonali addizzjonali li għandhom jiġu introdotti ma jikkontribwixxux għal implimentazzjoni ta’ kwalità għolja ta’ qafas kontabilistiku tal - ECL.

71. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru li l - informazzjoni li tħares ‘il …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru li l - informazzjoni li tħares ‘il quddiem inkluża fil - proċess tal - istima tal - ECL ikollha rabta mal -ixp runaturi tar - riskju tal - kreditu għal skoperturi jew portafolli partikolari. Peress li tista’ tkun diffiċli li tintwera rabta qawwija f'termini statistiċi formali bejn ċerti tipi ta’ informazzjoni, jew anki s - sett tal - informazzjoni kollu kemm hu, u bejn l -i xprunaturi tar - riskju tal - kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il - ġudizzju tal - kreditu għaqli tagħhom biex jistabbilixxu livell xieraq għall - provvediment individwali jew kollettiv. Meta fattur li jħares ‘il quddiem li ġie identifikat bħal a rilevanti ma jiġix inkorporat fil - valutazzjoni individwali jew kollettiva, jistgħu jkunu meħtieġa aġġustamenti temporanji.

72. Għandhom jiġu applikati previżjonijiet makroekonomiċi u informazzjoni rilevanti oħra b’mod …

Għandhom jiġu applikati previżjonijiet makroekonomiċi u informazzjoni rilevanti oħra b’mod konsistenti fil - portafolli fejn l - ixprunaturi tar - riskju tal - kreditu tal - portafolli jkunu affettwati minn dawn il - previżjonijiet/is - suppożizzjonijiet bl - istess mod. Barra minn hekk, meta jkunu qed jiżviluppaw stimi tal - ECL, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw il - ġudizzju tal - kreditu għaqli tagħhom biex jikkunsidraw il - punt tagħhom fiċ - ċiklu tal - kreditu, li jista’ jvarja fil - ġurisdizzjonijiet li fihom ikollhom skoperturi ta’ għoti ta’ self.

73. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom joqogħdu attenti meta jiddeterminaw il - livell ta’ …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom joqogħdu attenti meta jiddeterminaw il - livell ta’ provvedimenti tal - ECL li għandhom jiġu rikonoxxuti għal skopijiet kontabilistiċi, biex jiġi żgurat li l- istimi li jirriżultaw ikunu xierqa (jiġifieri konsistenti man - netwralità u la ddikjarati inqas u la ddikjarati iktar).

74. Barra minn hekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħmlu użu minn firxa wiesgħa ta’ …

Barra minn hekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħmlu użu minn firxa wiesgħa ta’ informazzjoni derivata fil - proċess tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu, inkluża dik ta’ natura li tħares ‘il quddiem għal skopijiet tal - ġestjoni tar - riskju u tal - adegwament tal - kapital, fl - iżvilupp tal- istima tagħhom tal - ECL.

4.2.7 Prinċipju 7 — Proċessi, sistemi, għodod u data komuni

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċess sod tal - valutazzjoni u l - kejl tar - riskju tal - kreditu li jipprovdihom b’bażi b’saħħitha għal proċessi, sistemi, għodod u data komuni biex jivvalutaw ir - riskju tal - kreditu u jkopru għal telf ta’ kreditu mistenni.

75. Sa fejn hu possibbli, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw proċessi, sistemi, għodod …

Sa fejn hu possibbli, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw proċessi, sistemi, għodod u data komuni biex jivvalutaw ir - riskju tal - kreditu, ikejlu l - ECL għal skopijiet kontabilistiċi u jiddeterminaw telf mistenni għal skopijiet ta’ adegwatezza tal - kapital sabiex isaħħu l - affidabbiltà u l - konsistenza tal - istimi tal - ECL li jirriżultaw, iżidu t - trasparenza u, permezz ta’ dixxiplina fis - suq, jipprovdu inċentivi li jsegwu prattiki sodi tar - riskju tal - kreditu.

76. Il-prattiki tar- riskju tal - kreditu għandhom jiġu riveduti perjodikament biex jiġi żgurat li …

Il-prattiki tar- riskju tal - kreditu għandhom jiġu riveduti perjodikament biex jiġi żgurat li tinqabad data rilevanti disponibbli fl - organizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u li s - sistema jiġu aġġornati hekk kif il - prattiki tas - sottoskrizzjoni jew tan - negozju tal - istituzzjoni ta’ kreditu jinbidlu jew jevolvu maż - żmien. Għandu jiġi stabbilit ċirku vizzjuż biex jiġi żgurat li informazzjoni dwar l - istimi tal - ECL, bidliet fir - riskju tal - kreditu u telf reali esperjenzati fuq l - iskoperturi ta’ għoti ta’ self tinqasam fost esperti tar - riskju tal - kreditu, persunal tar - rappurtar kontabilistiku u regolatorju, u b’mod partikolari mal - persunal tas - sottoskrizzjoni ta’ self.

77. Il- proċessi, sistemi, għodod u data komuni msemmija hawn fuq jistgħu jinkudu sistemi tal - …

Il- proċessi, sistemi, għodod u data komuni msemmija hawn fuq jistgħu jinkudu sistemi tal - klassifikazzjoni tar - riskju, PDs stmati (soġġetti għal aġġustamenti xierqa), status skadut, proporzjonijiet bejn is - self u l - valur, rati ta’ telf storiku, tip ta’ prodott, skeda ta’ amortizzament, rekwiżiti ta’ depożitu, settur tas - suq, pożizzjoni ġeografika, data tal - ħruġ (jiġifieri d -data tal- oriġini) u tip ta’ kollateral.

4.2.8 Prinċipju 8 — Divulgazzjoni

Id- divulgazzjonijiet pubbliċi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jippromwovu t - trasparenza u l- komparabbiltà billi jipprovdu informazzjoni f'waqtha, rilevanti u utli għad - deċiżjonijiet.

78. L- għan ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi hu li jipprovdu informazzjoni utli għad - deċiżjonijiet …

L- għan ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi hu li jipprovdu informazzjoni utli għad - deċiżjonijiet fuq il - pożizzjoni u l - prestazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, u bidliet li jsiru fihom, għal firxa wiesgħa ta’ utenti b’mod ċar u li jinftiehem. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmiraw li jipprovdu informazzjoni li hi rilevanti u komparabbli sabiex l - utenti jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet f’waqthom u informati u jkunu kapaċi jivvalutaw l - intendenza tal - korp maniġerjali u tal - maniġment superjuri.

79. Divulgazzjonijiet finanzjarji u tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu għandhom isiru skont …

Divulgazzjonijiet finanzjarji u tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu għandhom isiru skont l - oqfsa kontabilistiċi u superviżorji applikabbli12 . L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu d - divulgazzjonijiet meħtieġa sabiex juru b’mod ġust l - iskopertura għar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni, inklużi l - istimi tal - ECL tagħha, u biex jipprovdu informazzjoni rilevanti fuq il - prattiki ta’ sottoskrizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.


12 Sko nt il-Parti 8 tar- Regolament (UE) 575/2013, EBA GL/2016/11 dwar ir - rekwiżiti tad - divulgazzjonijiet skont il -Parti 8 tar- Regolament (UE) 573/2013) u EBA GL/2014/14 dwar il - materjalità, il - proprjetà u l - kunfidenzjalità u dwar il - frekwenza tad - divulgazzjoni skont l - Artikoli 432(1), 432(2) u 433 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013. 13 Ara l- paragrafi 89 u 90 fit - taqsima li jmiss għal aktar gwida dwar id - definizzjoni ta’ inadempjenza.

80. B’mod konsistenti mal - istandards u r - regolamenti kontabilistiċi applikabbli, il - maniġment …

B’mod konsistenti mal - istandards u r - regolamenti kontabilistiċi applikabbli, il - maniġment superjuri tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu japplika ġudizzju biex jiddetermina l - livell xieraq tal- aggregazzjoni u d - diżaggregazzjoni tad - data żvelata, biex id- divulgazzjonijiet ikomplu jissodisfaw ir - rekwiżiti kontabilistiċi, u jipprovdu għarfien dwar l - iskopertura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għar - riskju tal - kreditu u ECLs għall - utenti biex iwettqu analiżi tal - istituzzjoni individwali u tqabbil rilevanti be jn il-pari.

81. Meta jitqiesu komplessivament, id - divulgazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi għandhom …

Meta jitqiesu komplessivament, id - divulgazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi għandhom jikkomunikaw lill - utenti s - suppożizzjonijiet/l - inputs ewlenin li jintużaw biex jiġu żviluppati l - istimi tal - ECL. Id - divulgazzjonijiet għandhom jenfasizzaw politiki u definizzjonijiet li huma integrali għall - istima tal - ECL (bħall - bażi għall - aggruppament ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self ta’ istituzzjoni ta’ kreditu f’portafolli b’karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu simili u d - definizzjoni tagħha ta’ inadempjenza13 ), fatturi li jikkawżaw bidliet fl - istimi tal - ECL, u l - mod li fih il - ġudizzju tal- kreditu għaqli tal - maniġment superjuri ġie inkorporat. Id - divulgazzjoni ta’ politiki sinifikanti għandha tindika kif dawk il - politiki ġew implimentati fil - kuntest speċifiku tal - istituzzjoni ta’ kreditu.

82. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu divulgazzjonijiet kwalitattivi dwar kif …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu divulgazzjonijiet kwalitattivi dwar kif informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonmiċi, ġiet inkorporata fil - proċess tal- istima tal - ECL, skont il - qafas kontabilistiku applikabbli, b’mod partikolari meta l - valutazzjoni ssir fuq bażi individwali.

83. Divulgazzjonijiet li jirrigwardaw il - bażi għall - aggruppament ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ …

Divulgazzjonijiet li jirrigwardaw il - bażi għall - aggruppament ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif il - maniġment superjuri jissodisfa lilu nnifsu li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self huma aggruppati kif jixraq, b’mod li dawn il - gruppi jkomplu jaqsmu karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu.

84. Biex titjieb il - kwalità u s - sinifikat ta’ informazzjoni żvelata għal stimi tal - ECL, l - …

Biex titjieb il - kwalità u s - sinifikat ta’ informazzjoni żvelata għal stimi tal - ECL, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu spjegazzjoni ta’ bidliet sinifikanti għall - istima tal - ECL minn żmien għal żmien. Din l - informazzjoni għandha tinkludi kemm divulgazzjonijiet kwalitattivi u kemm divulgazzjonijiet kwantitattivi rilevanti b’mod li jtejjeb il - ftehim ta’ kif inbidlu l - istimi tal- ECL.

85. Il- korp maniġerjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jirrevedi regolarment il - …

Il- korp maniġerjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jirrevedi regolarment il - politiki tad - divulgazzjonijiet tiegħu biex jiġi żgurat li l - informazzjoni żvelata tkompli tkun rilevanti għall - profil tar - riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu, għall - konċentrazzjonijiet tal - prodott, għan - normi tal- industrija u għall - kundizzjonijiet attwali tas - suq. Meta jagħmlu dan, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu divulgazzjonijiet li jiffaċilitaw it - tqabbil mal - pari tagħha, li jippermettu lill - utenti jimmonitorjaw bidliet fl - istimi tal - ECL tal - isitituzzjoni tal - kreditu minn żmien għal żmien u jwettqu analiżi fi gruppi ta’ pari nazzjonali u internazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/