+4.2 Linji gwida dwar l-informazzjoni meħtieġa mill - applikanti għar - reġistrazzjoni għall - provvista tas - servizz 8 biss tal - Anness I tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (servizzi ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet)
|
4.2 Linji gwida dwar l-informazzjoni meħtieġa mill - applikanti għar - reġistrazzjoni għall - provvista tas - servizz 8 biss tal - Anness I tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (servizzi ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet)
Linja Gwida 1: Pri nċipji ġenerali 1.1 Dan is- sett ta’ linji gwida japplika għall - applikanti għar - reġistrazzjoni bħala fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet (AISPs). Dan jirreferi għall - applikanti li beħsiebhom jipprovdu biss servizzi ta’ informazzjoni dwar i l- kontijiet (AIS). Jekk l - applikanti jkun beħsiebhom jipprovdu servizzi addizzjonali ma’ dawk tal - AIS, huma għandhom japplikaw għal awtorizzazzjoni u jirreferu għal - linji gwida stabbiliti fit - taqsima 4.1 għall - istituzzjonijiet ta’ pagament (PIs). | 1.2 L-infor mazzjoni | pprovduta mill - applikanti għandha tkun vera, kompluta, preċiża u |
aġġornata. L - applikanti kollha għandhom jikkonformaw mad - dispożizzjonijiet kollha fis - sett ta’ linji gwida li japplika għalihom. Il - livell ta’ dettall meħtieġ għall - konformità għandu jkun proporzjonat għad - daqs tal - applikant u l - organizzazzjoni interna, u għan - natura, il - kamp ta’ applikazzjoni, il - kumplessità u r - riskju tas - servizz(i) partikolari li l - applikant beħsiebu jipprovdi. Fi kwalunkwe każ, skont id - Direttiva tal -UE 2015/2366, id- diretturi u l - persuni responsabbli għall - ġestjoni tal - istituzzjoni ta’ pagament huma ta’ reputazzjoni tajba u għandhom għarfien u esperjenza xierqa sabiex iwettqu servizzi ta’ pagament, irrispettivament mid - daqs tal - istituzzjoni, l - organizzazzjoni inte rna u n- natura, il - kamp ta’ applikazzjoni u l- kumplessità tal - attivitajiet tagħha u d - dmirijiet u r - responsabbiltajiet tal - pożizzjoni speċifika. 1.3 Meta jippreżenta l - informazzjoni meħtieġa, l - applikant għandu jevita li jagħmel referenzi għal taqsimiet speċifiċi tal - proċeduri/dokumenti interni. Minflok, l - applikant għandu jagħżel it - taqsimiet rilevanti u jipprovdihom lill - awtorità kompetenti (AK). 1.4 Jekk l - AK ikunu jeħtieġu kjarifiki dwar l - informazzjoni li tkun ġiet ippreżentata, l - applikant għandu jipprovdi di n il- kjarifika mingħajr dewmien. 1.5 Id- data kollha mitluba taħt dawn il - linji gwida għar - reġistrazzjoni bħala fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet (AISPs) hija meħtieġa għall - valutazzjoni tal - applikazzjoni u ser tiġi ttrattata mill - awtorità kompetenti skont l - obbligi ta’ segretezza professjonali stabbiliti f’PSD2, mingħajr preġudizzju għad - dritt tal -Unjoni applikabbli u r- rekwiżiti u l - proċeduri nazzjonali dwar l- eżerċizzju tad - dritt ta’ aċċess, rettifika, kanċellazzjoni jew oppożizzjoni. Linja Gwida 2: Dettalji ta’ Identifikazzjoni | 2.1 Jekk l - applikant | huwa persuna fiżika, id - dettalji ta’ identifikazzjoni li l - applikant għandu |
jipprovdi, għandhom jinkludu l - informazzjoni li ġejja: - a) isem, indirizz, nazzjonalità u data u post tat - twelid;
- b) kopja ta l- karta ta’ identità jew dokument tal - identità ekwivalenti;
- c) curriculum vitae aġġornat;
- d) kontroll ta’ rekord kriminali li ma għandux aktar minn 3 xhur;
- e) l- isem(ismijiet) tal - persuna(i) inkarigati li jindirizzaw il - fajl ta’ applikazzjoni u l - proċedura ta’ awtorizzazzjoni, u d - dettalji ta’ kuntatt tagħhom.
2.2 Jekk l - applikant huwa persuna ġuridika, id - dettalji ta’ identifikazzjoni li l - applikant għandu jipprovdi, għandhom jinkludu l - informazzjoni li ġejja: - a) l- isem korporattiv tal - applikant u, jekk differenti, l - isem kummerċjali;
- b) indikazzjoni ta’ jekk l - applikant huwiex diġà inkorporat jew fil - proċess li jiġi inkorporat;
- c) in- numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal - applikant, jekk applikabbli;
- d) l- istatus legali tal - applikant u (abbozz ta’) statut ta’ assoċjazzjoni u/jew dokumenti kostituzzjonali li jixhdu l - istatus legali tal - applikant;
- e) l- indirizz tal - uffiċċju prinċipali u l - uffiċċju rreġistrat tal - applikant;
- f) l- indirizz elettroniku u s - sit web tal - applikant, jekk disponibbli;
- g) l- isem tal - persuna(i) inkarigati li jin dirizzaw il- fajl ta’ applikazzjoni u l - proċedura ta’ awtorizzazzjoni, u d - dettalji ta’ kuntatt tagħhom;
- h) indikazzjoni ta’ jekk l - applikant qatt kien, jew huwa attwalment irregolat minn awtorità kompetenti fis - settur tas - servizzi finanzjarji;
- i) iċ - ċertifikat ta’ reġistru tal - inkorporazzjoni jew, jekk applikabbli, ċertifikat negattiv ta’ reġistru merkantili li jiċċertifika li l - isem applikat mill - kumpanija huwa disponibbli;
- j) evidenza tal - pagament ta’ kwalunkwe miżata jew tad - depożitu ta' fondi sabiex tiġi ppreżentata applikazzjoni għar - reġistrazzjoni bħala fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet, fejn applikabbli skont il - liġi nazzjonali.
Linja Gwida 3: Programm ta’ operazzjonijiet 3.1. Il- programm ta’ operazzjonijiet li l - applikant għandu jipprovdi, għandu jinkludi l -informazzjoni li ġejja: - a) deskrizzjoni tas - servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet li huwa maħsub li jiġi pprovdut, inkluża spjegazzjoni ta’ kif l - applikant iddetermina li l - attività hija konformi mad - definizzjoni tas - servizzi ta’ inform azzjoni dwar il- kontijiet kif definit fl - Artikolu 4(16) tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (PSD2);
- b) dikjarazzjoni tal - applikant li huma f’ebda ħin mhu se jidħlu f’pussess ta’ fondi;
- c) deskrizzjoni tal - provvista tas - servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet inkluż:
- i. abbozz ta’ kuntratti bejn il - partijiet kollha involuti, jekk applikabbli;
- ii. termini u kondizzjonijiet tal - provvista tas - servizzi ta’informazzjoni dwar il - kontijiet;
- iii. ħinijiet ta’ pproċessar;
- d) in- numru stmat ta’ bini differenti li minnu l - applikant beħsiebu j ipprovdi s- servizzi, jekk applikabbli;
- e) deskrizzjoni ta’ kwalunkwe servizz anċillari għas - servizz ta' informazzjoni dwar il - kontijiet, jekk applikabbli;
- f) dikjarazzjoni ta’ jekk l - applikant huwiex beħsiebu jipprovdi servizzi ta’ informazzjoni dwar il- kontijiet fi Stat Membru ieħor tal - UE jew f’pajjiż ieħor ladarba jiġu rreġistrati;
- g) indikazzjoni ta’ jekk l - applikant huwiex beħsiebu, għat - tliet snin li ġejjin, jipprovdi, jew diġà jipprovdi, attivitajiet tan - negozju minbarra servizzi ta’ informazzjoni dwar il -kon tijiet kif imsemmi fl - Artikolu 18 tad - Direttiva 2015/2366, inkluża deskrizzjoni tat - tip u l -volum mistenni tal - attivitajiet;
- h) l- informazzjoni speċifikata fil - Linji gwida tal -EBA dwar il- kriterji dwar kif wieħed għandu jistipula l - ammont monetarju minimu tal - Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli oħra skont l - Artikolu 5(4) tad - Direttiva (UE) 2015/2366 (EBA/GL/2017/08) fejn l - applikant beħsiebu jipprovdi biss is - servizz 8 (AIS). Linja Gwida 4: Pjan tan - negozju
4.1. Il- pjan tan - negozju li għandu jiġi pprovdut mill - applikant għandu jinkludi: - a) pjan ta’ kummerċjalizzazzjoni li jikkonsisti minn:
- i. analiżi tal - pożizzjoni kompetittiva tal - kumpanija;
- ii. deskrizzjoni tal - utenti ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet fis - segment ikkonċernat tas - suq ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet, il - materjali ta’ kummerċjalizzazzjoni u l - kanali ta’ distribuzzjoni;
- b) kontijiet annwali ċċertifikati għat - tliet snin preċedenti, jekk disponibbli, jew sommarju tas - sitwazzjoni finanzjarja għal dawk l - applikanti li għadhom ma pproduċewx kontijiet annwali;
- c) kalkolu ta’ previżjoni tal - baġit għall - ewwel tliet snin finanzjarji li juri li l - applikant ikun jista' juża sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati li jippermettu lill - applikant jopera sew; dan għandu jinkludi:
- i. rapport tal - introjtu u previżjoni tal - karta tal - bilanċ, inklużi xenarji fil - mira u xenarji ta’ kriżi kif ukoll is - suppożizzjonijiet bażi tagħhom, bħan - numru ta’ klijenti, l - ipprezzar u ż - żieda mistennija fil - livell limitu tal - profittabilità;
- ii. spj egazzjonijiet tal - linji ewlenin ta' introjtu u nfiq, id -djun finanzjarji u l-assi kapitali;
- iii. dijagramma u tqassim dettaljat tal - flussi stmati tal - flus għat - tliet snin li jmiss.
Linja Gwida 5: Organizzazzjoni strutturali 5.1. Jekk l - applikant huwa persuna fiżika, id - deskrizzjoni tal - organizzazzjoni strutturali tal - impriża tal - applikant għandu jkun fiha l - informazzjoni li ġejja: - a) previżjoni globali tan - numri tal - persunal għat - tliet snin li ġejjin;
- b) deskrizzjoni tal - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni operattivi rilevanti li tikkonsisti minn:
- i. l- identità u l - post ġeografiku tal - fornitur tal - esternalizzazzjoni;
- ii. l- identitajiet tal - persuni fi ħdan l - AISP li huma responsabbli għal kull waħda mill - attivitajiet esternalizzati;
- iii. deskrizzjoni dettaljata tal - attivitajiet esternalizzati u l - karatteristiċi prinċipali tagħha;
- c) kopja tal - abbozz tal - ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni;
- d) jekk applikabbli, deskrizzjoni tal - użu ta’ fergħat u aġenti, inkluż:
- i. immappjar tal - kontrolli barra mis - sit u fuq is - sit tal - fergħat u l - aġenti li l - applikant beħsiebu jwettaq;
- ii. is- sistemi tal - IT, proċessi u infrastruttura li jintużaw mill - aġenti tal - applikant sabiex iwettqu attivitajiet f’isem l - applikant;
- iii. fil- każ tal - aġenti, il - politika tal - għażla, il - proċeduri ta’ monitoraġġ u t - taħriġ tal - aġenti u, fejn disponibbli, l - abbozz ta’ termini ta’ ingaġġ;
- e) lista tal - persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom rabtiet mill - qrib mal - applikant AISP, li tindika l - identità tagħhom u n - natura ta’ dawk ir - rabtiet.
| 5.2. Jekk l - applikant | huwa persuna ġuridika, id - deskrizzjoni tal - organizzazzjoni strutturali tal - |
impriża tiegħu għandu jkun fiha l - informazzjoni li ġejja: - a) ċart organizzattiva dettaljata, li turi kull diviżjoni, dipartiment jew separazzjoni strutturali simili, inkluż l - isem tal - persuna(i) responsabbli, b’mod partikolari dawk inkarigati minn funzjonijiet ta’ kontroll intern; iċ - ċart għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni tal -
| funzjonijiet | u r - responsabbiltajiet ta’ kull diviżjoni, dipartiment jew separazzjoni |
strutturali simili; - b) previżjoni globali tan -numri tal - persunal għat - tliet snin li ġejjin;
- c) deskrizzjoni tal - arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni rilevanti li tikkonsisti minn:
- i. l- identità u l - post ġeografiku tal - fornitur tal - esternalizzazzjoni;
- ii. l- identitajiet tal - persuni fi ħdan l - AISP li huma responsabbli għal kull waħda mill - attivitajiet esternalizzati;
- iii. deskrizzjoni dettaljata tal - attivitajiet esternalizzati u l - karatteristiċi prinċipali tagħha;
- d) kopja tal - abbozz tal - ftehimiet ta’ esternalizzazzjoni;
- e) jekk applikabbli, deskrizzjoni tal - użu ta’ fergħat u aġenti, inkluż:
- i. immappjar tal - kontrolli barra mis - sit u fuq is - sit tal - fergħat u l - aġenti li l - applikant beħsiebu jwettaq;
- ii. Is- sistemi tal - IT, proċessi u infrastrutturi li jintużaw mill - aġenti tal - applikant sabiex iwettqu attivitajiet f’isem l - applikant;
- iii. fil-k aż tal - aġenti, il - politika tal - għażla, il - proċeduri ta’ monitoraġġ u t - taħriġ tal - aġenti u, fejn disponibbli, l - abbozz ta’ termini ta’ ingaġġ;
- f) lista tal - persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha li għandhom rabtiet mill - qrib mal - applikant, li tindika l - identitajiet tagħhom u n - natura ta’ dawk ir - rabtiet.
Linja Gwida 6: Arranġamenti ta’ governanza u mekkaniżmi ta' kontroll intern 6.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - arranġament ta’ governanza u l - mekkaniżmi ta’ kontroll intern li tkun tikkonsisti minn: - a) im mappjar tar - riskji identifikati mill - applikant, inkluż it - tip ta’ riskji u l - proċeduri li l - applikant ser jimplimenta biex jivvaluta u jevita dawn ir - riskji;
- b) il- proċeduri differenti maħsuba sabiex jitwettqu kontrolli perjodiċi u permanenti, inkluż il- frekwenza, u r - riżorsi umani allokati;
- c) il- proċeduri kontabilistiċi li permezz tagħhom l - applikant ser jirreġistra u jirrapporta l - informazzjoni finanzjarja tiegħu;
- d) l- identità tal - persuna(i) responsabbli għall - funzjonijiet ta’ kontroll intern, inkluż għall - kontrolli perjodiċi, permanenti u ta’ konformità, kif ukoll curriculum vitae aġġornat;
- e) l- identità ta' kwalunkwe awditur li mhuwiex awditur statutorju skont id - Direttiva 2006/43/KE;
- f) il- kompożizzjoni tal - korp maniġerjali u, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe korp ta’ sorveljanza jew kumitat ieħor;
- g) deskrizzjoni tal - mod li bih il - funzjonijiet esternalizzati huma mmonitorjati u kkontrollati sabiex jiġi evitat indeboliment fil - kwalità tal - kontrolli interni tal - applikant;
- h) deskrizzjoni tal - mod li bih kwalunkwe aġent u fergħa huma mmonitorjati u kkontrollati fi ħdan il - qafas tal - kontrolli interni tal - applikant;
- i) fejn l - applikant huwa s - sussidjarju ta’ entità regolata fi Stat Membru ieħor tal - UE, deskrizzjoni tal - governanza tal - grupp. Linja Gwida 7: Proċedura għall - monitoraġġ, trattar u segwitu tal - inċidenti ta’ sigurtà u lmenti tal - konsumaturi relatati mas - sigurtà
7.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - proċedura fis - seħħ sabiex isir monitoraġġ, trattament u segwitu tal - inċidenti ta’ sigurtà u tal - ilmenti tal - konsumaturi relatati mas - sigurtà li għandhom jiġu pprovduti mill - applikant, li għandu jkun fiha: - a) miżuri organizzattivi u għodod għall - prevenzjoni tal - frodi;
- b) dettalji tal - individwi u korpi responsabbli għall - assistenza lill - klijenti f’każijiet ta’ frodi, kwistjonijiet tekniċi u/jew ġestjoni tal - pretensjoni;
- c) linji ta’ rappurtar f’każijiet ta' frodi;
- d) il- punt ta’ kuntatt għall - klijenti, inkluż isem u indirizz elettroniku;
- e) il- proċeduri għar - rappurtar tal - inċidenti, inkluża l - komunikazzjoni ta’ dawn ir -rappor ti lill - korpi interni jew esterni, inkluża n - notifika ta’ inċidenti maġġuri lill - awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont l - Artikolu 96 ta’ PSD2 u f’konformità mal - linji gwida tal -EBA dwar ir- rappurtar tal - inċidenti taħt l - Artikolu msemmi.
- f) l- għodod ta’ monitoraġġ użati u l - miżuri u l - proċeduri ta’ segwitu fis - seħħ sabiex jittaffu r- riskji tas - sigurtà.
Linja Gwida 8: Proċess fis - seħħ għall - preżentazzjoni, monitoraġġ, intraċċar u r - restrizzjoni tal - aċċess għal data sensittiva dwar pagamenti 8.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - proċess fis - seħħ sabiex jippreżenta, jimmonitorja, jintraċċa u jirrestrinġi l - aċċess għal data sensittiva dwar pagamenti li tikkonsisti minn: | a) deskrizzjoni | tal - fluss tad - data kklassifikata bħala data sensittiva dwar pagamenti fi l- |
kuntest tal - mudell kummerċjali tal - AISP; - b) il- proċeduri fis - seħħ sabiex jiġi awtorizzat l - aċċess għal data sensittiva dwar pagamenti;
- c) deskrizzjoni tal - għodda ta’ monitoraġġ;
- d) il- politika għad - dritt ta’ aċċess, bid - dettall tal - aċċess għall - komponenti u s -s istemi tal - infrastruttura kollha rilevanti, inklużi bażijiet tad - data u infrastrutturi ta’ riżerva;
- e) deskrizzjoni ta’ kif id - data miġbura hija ppreżentata;
- f) l- użu intern u/jew estern mistenni tad - data miġbura, inkluż mill - kontropartijiet;
- g) is- sistema tal -IT u l- miżuri tas - sigurtà teknika li ġew implimentati, inkluż il - kriptaġġ u/jew it - tokenisation;
- h) identifikazzjoni tal - individwu(i), korpi u/jew kumitat(i) b'aċċess għad - data sensittiva dwar pagamenti;
- i) spjegazzjoni ta’ kif il - ksur ser jiġi identifikat u indirizzat;
- j) programm annwali ta’ kontroll intern fir - rigward tas - sigurtà tas - sistemi tal - IT.
Linja Gwida 9: L- arranġamenti dwar il - kontinwità tan - negozju 9.1. L- applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal - arranġamenti dwar il - kontinwità tan - negozju li tkun tikkonsisti mill - informazzjoni li ġejja: - a) analiżi tal - impatt fuq in - negozju, inklużi l - proċessi tan - negozju u l - għanijiet ta’ rkupru, bħal għanijiet ta’ ħin ta’ rkupru, għanijiet ta’ punt ta’ rkupru u assi protetti;
- b) l- identifikazzjoni tas - sit ta’ riżerva, aċċess għall - infrastruttura tal - IT, u s - softwer ewlieni u d- data għal irkupru minn diżastru jew tfixkil;
- c) spjegazzjoni ta’ kif l - applikant ser jindirizza avvenimenti ta’ kontinwità u tfixkil sinifikanti, bħall - falliment ta’ sistemi ewlenin; it - telf ta’ data ewlenija; l - inaċċessibbiltà tal - bini; u t - telf ta’ persuni ewlenin;
- d) il- frekwenza li biha l - applikant beħsiebu jittestja l - kontinwità tan - negozju u l - pjanijiet ta’ rkupru minn diżastru, inkluż kif ir - riżultati tal - ittestjar ser jiġu rreġistrati.
Linja Gwida 10: Dokument dwar il - politika tas - sigurtà 10.1. L- applikant għandu jipprovdi dokument dwar il - politika tas - sigurtà li jkun fih l -informazzjoni li ġejja: | a) valutazzjoni jipprovdi, li | dettaljata tar - riskju tas - servizz(i) ta’ pagament li l - applikant beħsiebu għandha tinkludi riskji ta’ frodi u l - miżuri ta’ kontroll tas - sigurtà u tal - |
mitigazzjoni meħuda sabiex l - utenti ta’ servizzi ta’ pagament jiġu protetti b’mod adegwat kontra r - riskji identifikati; - b) deskrizzjoni tas - sistemi tal - IT, li għandha tinkludi:
- i. l- arkitettura tas - sistemi u l - elementi tan - netwerk tagħhom;
- ii. is- sistemi kummerċjali tal - IT li jappoġġjaw l - attivitajiet kummerċjali pprovduti, bħas - sit web tal - applikant, il - magna ta’ ġestjoni tar -riskju u l- frodi, u l - kontabilità tal - klijent;
- iii. is- sistemi ta’ appoġġ tal - IT użati għall -organizzazzjoni u l- amministrazzjoni tal - AISP, bħall - kontabilità, sistemi ta’ rappurtar legali, ġestjoni tal - persunal, ġestjoni tar - relazzjonijiet mal - klijenti, servers tal - posta elettronika u servers tal -fajls interni;
- iv. informazzjoni d war jekk dawk is - sistemi humiex diġà użati mill - AISP jew mill - grupp tiegħu, u d - data ta’ implimentazzjoni stmata, jekk applikabbli;
- c) it - tip ta’ konnessjonijiet awtorizzati minn barra, bħal dawk ma’ sħab, fornituri tas - servizzi, entitajiet tal - grupp u impjegati li jaħdmu mill - bogħod, inkluż ir - raġunament għal dawn il - konnessjonijiet;
- d) għal kull waħda mill - konnessjonijiet elenkati taħt punt c), il - miżuri u l - mekkaniżmi ta’ sigurtà loġika fis - seħħ, filwaqt li jiġi speċifikat il - kontroll li ser ikollha l - istituzzjoni ta’ pagament fuq tali aċċess kif ukoll in - natura u l - frekwenza ta’ kull kontroll, bħal dak tekniku kontra dak organizzattiv; dak preventiv kontra dak identifikattiv; monitoraġġ f’ħin reali kontra reviżjonijiet regolari, bħall - użu ta’ direttorju attiv separat mill - grupp, il - ftuħ/l - għeluq tal - linji ta’ komunikazzjoni, il - konfigurazzjoni tat - tagħmir ta’ sigurtà, il - ġenerazzjoni ta’ ċertifikati ta’ awtentikazzjoni ewlenin jew tal - klijent, il - monitoraġġ tas - sistema, l - awtentikazzjoni, il - kunfidenzjalità tal - komunikazzjoni, l - identifikazzjoni ta’ intrużjoni, is - sistemi kontra l -virus u l- ġurnali;
- e) il- miżuri u l - mekkaniżmi ta’ sigurtà loġika li jirregolaw l - aċċess intern għas - sistemi tal - IT, li għandhom jinkludu:
- i. in- natura teknika u organizzattiva u l - frekwenza ta’ kull miżura, bħal jekk hijiex preventiva jew identifikattiva u jekk issirx f’ħin reali;
- ii. kif il- kwistjoni ta’ segregazzjoni tal - klijenti relatata mal - ambjent hija indirizzata f’każijiet fejn ir - riżorsi tal - IT tal - applikant huma kondiviżi;
- f) il- miżuri u l- mekkaniżmi ta’ sigurtà fiżika tal - bini u ċ - ċentru tad - data tal - applikant, bħal kontrolli ta’ aċċess u sigurtà ambjentali;
- g) is- sigurtà tal - proċessi ta’ pagament, li għandha tinkludi:
- i. il- proċedura ta’ awtentikazzjoni tal - klijent użata kemm għal aċċess konsultattiv kif ukoll dak tranżazzjonali;
- ii. spjegazzjoni dwar kif it - twettiq sikur għall - utent ta’ servizzi ta’ pagament leġittimu u l- integrità ta’ fatturi ta’ awtentikazzjoni, bħat - tokens ta’ ħardwer u applikazzjonijiet mobbli, huma żgurati, fiż - żmien tar - reġistrazzjoni inizjali kif ukoll tat - tiġdid;
- iii. deskrizzjoni tas - sistemi u l - proċeduri li l - applikant għandu fis - seħħ għal analiżi ta’ tranżazzjoni u l - identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jew mhux tas - soltu.
- h) valutazzjoni dettaljata tar -riskju fir-ri gward tas - servizzi ta’ pagament tagħha, inkluż il - frodi, b’rabta mal - miżuri ta’ kontroll u ta’ mitigazzjoni spjegati fil - fajl ta’ applikazzjoni, li juru li r- riskji huma indirizzati;
- i) lista tal - proċeduri ewlenin bil - miktub fir - rigward tas - sistemi tal - IT tal - applikant jew, għal proċeduri li għadhom ma ġewx formalizzati, data stmata għall - finalizzazzjoni tagħhom.
Linja Gwida 11: Valutazzjoni tal - identità u tal - idoneità tad - diretturi u l - persuni responsabbli għall - ġestjoni tal - fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet | 11.1. Għall - iskopijiet | tal - valutazzjoni tal - identità u tal - idoneità tad - diretturi u l - persuni |
responsabbli għall - ġestjoni tal - fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet, l - applikant għandu jipprovdi l - informazzjoni li ġejja: - a) dettalji personali, li għandhom jinkludu:
- i. l- isem, is - sess, il - post u d - data tat - twelid, l -indirizz u n- nazzjonalità, u n - numru tal - identifikazzjoni personali jew kopja tal - karta tal - identità jew ekwivalenti;
- ii. dettalji tal - pożizzjoni li għaliha qed tintalab il- valutazzjoni, u jekk il - pożizzjoni tal - korp maniġerjali hijiex eżekuttiva jew mhux eżekuttiva; din għandha tinkludi wkoll id- dettalji li ġejjin:
| - | l- ittra tal - ħatra, il - kuntratt, l - offerta ta’ impjieg jew abbozzi rilevanti, kif applikabbli; | | - | id- data inizjali ppjanata u d - durata tal - mandat; | | - | deskrizzjoni tad - dmirijiet u r - responsabbiltajiet ewlenin tal - individwu; |
- b) fejn applikabbli, informazzjoni dwar il - valutazzjoni tal - idoneità mwettqa mill - applikant, li għandha tinkludi d - dettalji tar - riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal - idoneità tal - individwu mwettqa mill - istituzzjoni, bħal minuti tal - bord rilevanti jew rapporti dwar il - valutazzjoni tal - idoneità jew dokumenti oħra;
- c) evidenza tal - għarfien, ħiliet u esperjenza, li għandha tinkludi curriculum vitae li jkun fih dettalji tal - edukazzjoni u l - esperjenza professjonali, inklużi kwalifiki akkademiċi, taħriġ rilevanti ieħor, l - isem u n - natura tal - organizzazzjonijiet kollha li għalihom l -individwu jaħdem jew ħadem, u n - natura u d - durata tal - funzjonijiet imwettqa, b’mod partikolari bl - enfasi tkun fuq l - attivitajiet fi ħdan il - kamp ta’ applikazzjoni tal - pożizzjoni mfittxija;
- d) evidenza tar - reputazzjoni, onestà u integrità, li għandha tinkludi:
- i. rekords kriminali u informazzjoni rilevanti dwar investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, każijiet ċivili u amministrattivi rilevanti, u azzjonijiet dixxiplinari, inkluż skwalifika bħala direttur ta’ kumpanija, falliment, insolvenza u proċeduri simili, b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat uffiċjali jew kwalunkwe sors ta’ informazzjoni li huwa oġġettivament affidabbli dwar in - nuqqas ta’ kundanna, investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, bħal investigazzjonijiet ta’ parti terza, xhieda li saret minn avukat jew nutar stabbilit fl - Unjoni Ewropea;
- ii. dikjarazzjoni dwar jekk hemmx proċedimenti kriminali pendenti jew jekk il - persuna jew kwalunkwe organizzazzjoni mmexxija minnu jew minnha kinux involuti bħala debitur fi proċedimenti ta' insolvenza jew proċedimenti paragunabbli;
- iii. informazzjoni dwar dan li ġej:
| - | investigazzjonijiet, proċedimenti ta’ infurzar jew sanzjonijiet minn awtorità superviżorja li l - individwu kien direttament jew indirettament involut fiha; | | - | rifjut ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; l - irtirar, ir - revoka jew it - terminazzjoni ta’ reġistrazzjoni, l - awtorizzazzjoni, is - sħubija jew il - liċenzja; jew tkeċċija minn korp regolatorju jew governattiv jew minn korp professjonali jew assoċjazzjoni; | | - | tkeċċija minn impjieg jew pożizzjoni ta' fiduċja, relazzjoni fiduċjarja jew sitwazzjoni simili, jew jekk il - persuna ntalbet tirriżenja minn impjieg f'pożizzjoni bħal din, bl - esklużjoni ta’ sensji; | | - | jekk twettqitx diġà valutazzjoni tar - reputazzjoni tal - individwu bħala akkwirent jew persuna li tmexxi n - negozju ta’ istituzzjoni minn awtorità kompetenti oħra, inkluża l - identità ta’ dik l - awtorità, id - data tal - valutazzjoni u l - evidenza tal - eżitu ta’ din il - valutazzjoni, u l - kunsens tal - individwu, fejn meħtieġ, sabiex tali informazzjoni titfittex u tiġi pproċessata u l- informazzjoni pprovduta tintuża għall - valutazzjoni tal - idoneità; | | - | jekk twettqitx diġà xi valutazzjoni oħra qabel tal - individwu, bl - awtorità minn settur ieħor mhux finanzjarju, inklużi l - identità ta' dik l - awtorità u l - evidenza tal - eżitu ta' din il -valu tazzjoni. |
Linja Gwida 12: Assigurazzjoni tal - Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli 12.1. Bħala evidenza ta’ Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli li hija konformi mal- Linji gwida tal -EBA dwar l- Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali (EBA/GL/2017/08) u l - Artikoli 5(2)u 5(3) tal - PSD2 l - applikant għandu jipprovdi l -informazzjoni li ġejja: - a) kuntratt tal - assigurazzjoni jew dokument ekwivalenti ieħor li jikkonferma l - eżistenza tal - Assigurazzjoni ta’ Indennizz Professjonali jew garanzija komparabbli, b’ammont ta’ kopertura li jkun konformi mal - Linji gwida tal - EBA msemmija, li juri l - kopertura tal - obbligazzjonijiet rilevanti;
- b) dokumentazzjoni ta’ kif l - applikant ikkalkula l - ammont minimu b’mod li jkun konformi mal-Linji gwida tal - EBA msemmija, inklużi l - komponenti kollha applikabbli tal -formula speċifikata fiha.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|