+9. Pagamenti skedati mill - L- iskeda ta’ ħlas lura Għażliet differenti ta’ pagament lura ġdid …

9. Pagamenti skedati mill - L- iskeda ta’ ħlas lura Għażliet differenti ta’ pagament lura ġdid …

Pagamenti skedati mill - ġdidL- iskeda ta’ ħlas lura kuntrattwali eżistenti hija aġġustata għal programm ta’ ħlas lura sostenibbli ġdid ibbażat fuq valutazzjoni kredibbli, kurrenti u mbassra tal - fluss ta’ flus tal - mutwatarjuGħażliet differenti ta’ pagament lura jistgħu jinkludu: i. Pagament lura parzjali: meta jsir ħlas kontra l - espożizzjoni, pereżempju minn bejgħ ta’ assi li huwa inqas mill - bilanċ li jifdal. Din l - għażla hija applikata biex tnaqqas b’mod sinifikanti l - esponiment fir - riskju u biex tippermetti programm ta’ ħlas lura sostenibbli għall - ammont pendenti li jkun fadal. Din l - għażla għandha tingħata preferenza lill - għażliet bullet u step - up, deskritti hawn taħt. ii. Pagamenti balloon jew bullet: meta r - ripagament skedat mill - ġdid jiżgura pagament kbir tal - prinċipal f’data aktar tard qabel il - maturità tas - self. Din l - għażla għandha tintuża/titqies vijabbli biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u meta l - istituzzjoni tkun tista’ turi d - disponibbiltà tal - likwidità futura min - naħa tal - mutwatarju biex tissodisfa pagament balloon jew bullet. iii. Pagamenti step - up: l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw soluzzjoni li tinkludi din l - għażla vijabbli biss meta jkunu jistgħu jiżguraw, u jkunu kapaċi juru, li jkun hemm raġuni tajba biex jistennew li ż - żidiet fil - pagamenti fil - ġejjieni jkunu jistgħu jiġu ssodisfati mill - mutwatarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/