+41. Fil- politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu li jindirizzaw it - teħid ta’ …

41. Fil- politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu li jindirizzaw it - teħid ta’ …

Fil- politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu li jindirizzaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu kif imsemmi fil - paragrafu 38(a) u fil - valutazzjonijiet tal - affidabbiltà kreditizja kif imsemmija fil - paragrafu 38(d), jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll l - użu ta’ kwalunkwe mudell awtomatizzat fil - proċessi ta’ valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu b’mod li jkun xieraq għad - daqs, għan - natura u għall - kumplessità tal - faċilità ta’ kreditu u għat - tipi ta’ mutwatarji. B’mod partikolari, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu arranġamenti ta’ governanza xierqa għad - disinn u għall - użu ta’ tali mudelli u għall - ġestjoni tar - riskju tal - mudell assoċjat, filwaqt li jqisu l - kriterji stabbiliti fit - Taqsima 4.3.4, u għal aspetti relatati mar - riskju tal - mudell tal -Linji Gwida tal- EBA dwar il -pro ċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji14 .


14 EBA/GL/2014/13.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/