+4.3 Politiki u proċeduri tar - riskju ta’ kreditu
---+34. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju …
---+35. Jenħtieġ li l - objettiv segwit fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jkun …
---+36. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar- riskju ta’ kreditu jkopru l - attivitajiet ta’ …
---+37. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jinkludu politiki u proċeduri …
---+38. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jispeċifikaw: a. politiki u …
---+39. Fi ħdan il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom u billi jibnu fuq l - …
---+40. Għall - prodotti ta’ kreditu li jiġu offruti lill - konsumaturi, jenħtieġ li l - …
---+41. Fil- politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu li jindirizzaw it - teħid ta’ …
---+42. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ …
---+43. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ …
---+44. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll fil - politiki tagħhom kif huma …
---+45. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi interni sabiex jiżguraw li l - informazzjoni …
---+46. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom fis - seħħ politiki u proċeduri sabiex jiżguraw li l …
---+47. Bħala parti mill - politiki u mill - proċeduri tagħhom, jenħtieġ li l -i stituzzjonijiet …
---+48. Jenħtieġ li l - kamp ta’ applikazzjoni u l - implimentazzjoni tad - definizzjoni ta’ …
---+49. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit u l - istrateġija tagħhom għal …
---+50. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit għar - riskju tagħhom għas - …
---+51. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu struttura ta’ governanza soda għal …
---+52. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tranżazzjonijiet ingranati kollha jiġu …
---+53. Meta l - istituzzjonijiet jużaw innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għal finijiet ta’ …
---+54. Meta jużaw mudelli awtomatizzati għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u għat - …
---+55. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom dokumentazzjoni mudell adegwata li tkopri: a. il- …
---+56. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jinkorporaw il - fatturi tal - ESG u r - riskji assoċjati fil …
---+57. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu r - riskji assoċjati mal - fatturi tal - ESG fuq il - …
---+58. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet li joriġinaw jew jippjanaw li joriġinaw faċilitajiet ta’ …
---+59. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jippożizzjonaw il - politiki u l - proċeduri ta’ self …
---+60. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom infrastruttura xierqa tad - data kif ukoll politiki u …
---+61. Jenħtieġ li l- infrastruttura tad - data tkun dettaljata u granulari biżżejjed sabiex tkopri …
---+62. Għall - finijiet tat - tfassil u tal - manutenzjoni ta’ din l - infrastruttura tad - data …

4.3 Politiki u proċeduri tar - riskju ta’ kreditu

4.3 Politiki u proċeduri tar - riskju ta’ kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
34. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu, fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom, il- kriterji għall -id entifikazzjoni, għall - valutazzjoni, għall - approvazzjoni, għall - monitoraġġ, għar - rapportar u għall - mitigazzjoni tar - riskju ta’ kreditu, u l - kriterji għall - kejl tal - provvedimenti kemm għall - finijiet tal - kontabbiltà kif ukoll għall - finijiet tal - adegwatezza kapitali. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddokumentaw il - qafas u jaġġornawh regolarment.

35. Jenħtieġ li l - objettiv segwit fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jkun …

Jenħtieġ li l - objettiv segwit fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jkun li jiġi promoss approċċ proattiv għall - monitoraġġ tal - kwalità kreditizja, li jiġi identifikat sa minn kmieni kreditu li jkun qed jiddeterjora u li jiġu ġestiti l - kwalità tal - kreditu kumplessiva u l - profil tar - riskju assoċjat tal - portafoll, inkluż permezz ta’ attivitajiet ġodda ta’ għoti ta’ kreditu.

36. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar- riskju ta’ kreditu jkopru l - attivitajiet ta’ …

Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar- riskju ta’ kreditu jkopru l - attivitajiet ta’ self, il - klassijiet ta’ assi, is - segmenti tal - klijenti, il - prodotti u l - faċilitajiet speċifiċi ta’ kreditu, il - prattiki ta’ ġestjoni tar- riskju ta’ kreditu, u r - responsabbiltajiet u l - kontrolli assoċjati kollha.

37. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jinkludu politiki u proċeduri …

Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jinkludu politiki u proċeduri speċifiċi dwar is - self, bi granularità suffiċjenti sabiex ikopru l - linji operatorji speċifiċi tal - istituzzjoni, għas - setturi differenti, skont il- kumplessitajiet u d - daqsijiet differenti tagħhom, u r - riskji tas - segmenti differenti tas - suq relatati mal - faċilità ta’ kreditu.

38. Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jispeċifikaw: a. politiki u …

Jenħtieġ li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jispeċifikaw:

  • a. politiki u proċeduri u regoli għall - approvazzjoni ta’ għoti ta’ kreditu u t - teħid ta’ deċiżjonijiet, inklużi livelli xierqa ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti f’konformità mal - aptit u mal- limiti għar - riskju ta’ kreditu;
  • b. kriterji għall - għoti tal - kreditu, filwaqt li jitqiesu l - punti msemmija fl - Anness 1;
  • c. rekwiżiti għall - indirizzar tal - informazzjoni u tad - data meħtieġa għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja, kif stabbilit fit - Taqsima 5.1;
  • d. rekwiżiti għall - valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja, inkluża analiżi tas - sensittività, kif imsemmi fit - Taqsima 5.2;
  • e. rekwiżiti għall - aggregazzjoni tal - iskoperturi ta’ aggregazzjoni u għal -lim iti fuq ir - riskju ta’ kreditu u għall - ġestjoni tal - konċentrazzjonijiet tar - riskju ta’ kreditu;
  • f. rekwiżiti u proċeduri fir -rigward tal- aċċettazzjoni u tal - użu ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar- riskju tal - kollateral u tar - riskju ta’ kreditu, sabiex tiġi ddeterm inata l- effettività tagħhom fil - minimizzazzjoni tar - riskju inerenti ta’ faċilità ta’ kreditu — tali rekwiżiti u proċeduri jenħtieġ li jkunu speċifiċi għall - klassi ta’ assi u speċifiċi għat - tip ta’ prodott u jenħtieġ li jikkunsidraw kif xieraq it - tip, id -da qs u l - kumplessità tal - faċilitajiet ta’ kreditu li jkunu qed jingħataw;
  • g. kundizzjonijiet għall - applikazzjoni tat - teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati fil - proċess ta’ għoti tal - kreditu, inklużi l - identifikazzjoni ta’ prodotti, ta’ segmenti u ta’ limiti li g ħalihom ikun permess it - teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati;
  • h. approċċ ibbażat fuq ir - riskju, li jindirizza d - devjazzjonijiet possibbli minn politiki u proċeduri ta’ kreditu standard u minn kriterji għall - għoti ta’ kreditu, inkluż:
  • i. kundizzjonijiet li jiddefinixxu l - proċess ta’ approvazzjoni għad - devjazzjonijiet u għall - eċċezzjonijiet u r - rekwiżiti speċifiċi ta’ dokumentazzjoni, inkluż ir - rendikont tal - entrati;
  • ii. kriterji għal ċaħdiet u kriterji għall - eskalazzjoni tad - devjazzjonijiet/tal - eċċezzjonijiet għal livelli ogħla tal - awtorità li tieħu d - deċiżjonijiet (inklużi l - preċedenzi, il - prevalenzi tad - deċiżjonijiet, l - iskoperturi possibbilment approvati bħala eċċezzjoni għall - istandards ġenerali ta’ self u negozju mhux standard ieħor taħt proċess speċjali ma’ awtoritajiet ta’ approvazzjoni differenti);
  • iii. rekwiżiti għall - monitoraġġ ta’ ċirkustanzi u ta’ kundizzjonijiet għal deċiżjoni eċċezzjonali ta’ għoti ta’ kreditu, inklużi rekwiżiti għar - rieżami tagħhom mill - funzjonijiet rilevanti matul ir - rieżami regolari tal -app likazzjoni u tal - konformità mal- politiki u mal - limiti;
  • i. rekwiżiti relatati ma’ dak li għandu jiġi dokumentat u rreġistrat bħala parti mill - proċess ta’ għoti ta’ kreditu, inkluż għal finijiet ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ awditjar — dan jenħtieġ li, bħala minimu, jinkludi r - rekwiżiti għat - tlestija tal - applikazzjonijiet ta’ kreditu, ir - raġunijiet/l - analiżi kwalitattivi u kwantitattivi, u d - dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha li serviet bħala bażi għall - approvazzjoni jew għaċ - ċaħda tal - faċilità ta’ kreditu;
  • j. rekwiżiti għall - monitoraġġ tal - attivitajiet ta’ għoti ta’ kreditu — jenħtieġ li l - qafas ta’ kontroll intern jiżgura li jkopri l - fażijiet kollha wara l - għoti ta’ kreditu;
  • k. fejn applikabbli, il - kriterji kif stabbiliti fit - Taqsimiet 4.3.2, 4.3.3, 4.3.4, 4.3.5 u 4.3.6;
  • l. il- kriterji kif stabbiliti fit - Taqsima 4.3.1 u 4.3.7 .
39. Fi ħdan il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom u billi jibnu fuq l - …

Fi ħdan il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom u billi jibnu fuq l - istrateġija tar - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu wkoll il - prinċipji ta’ self responsabbli. B’mod partikolari:

  • a. dawn jenħtieġ li jikkunsidraw is - sitwazzjoni speċifika ta’ mutwatarju, bħal pereżempju t- trattament ġust ta’ mutwatarji li jinsabu f’diffikultajiet ekonomiċi;
  • b. jenħtieġ li huma jfasslu prodotti ta’ kreditu li huma offruti lill - konsumaturi b’mod responsabbli.
40. Għall - prodotti ta’ kreditu li jiġu offruti lill - konsumaturi, jenħtieġ li l - …

Għall - prodotti ta’ kreditu li jiġu offruti lill - konsumaturi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - kriterji dwar l - għoti ta’ kreditu ma jwasslux għal tbatija bla bżonn u għal dejn eċċessiv għall - mutwatarji u għall - unitajiet domestiċi tagħhom.

41. Fil- politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu li jindirizzaw it - teħid ta’ …

Fil- politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu li jindirizzaw it - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu kif imsemmi fil - paragrafu 38(a) u fil - valutazzjonijiet tal - affidabbiltà kreditizja kif imsemmija fil - paragrafu 38(d), jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll l - użu ta’ kwalunkwe mudell awtomatizzat fil - proċessi ta’ valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu b’mod li jkun xieraq għad - daqs, għan - natura u għall - kumplessità tal - faċilità ta’ kreditu u għat - tipi ta’ mutwatarji. B’mod partikolari, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu arranġamenti ta’ governanza xierqa għad - disinn u għall - użu ta’ tali mudelli u għall - ġestjoni tar - riskju tal - mudell assoċjat, filwaqt li jqisu l - kriterji stabbiliti fit - Taqsima 4.3.4, u għal aspetti relatati mar - riskju tal - mudell tal -Linji Gwida tal- EBA dwar il -pro ċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji14 .


14 EBA/GL/2014/13.

42. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu jkunu mfassla sabiex jimminimizzaw ir - riskju ta’ frodi interna jew esterna fil - proċess ta’ għoti ta’ kreditu. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi adegwati fis - seħħ sabiex jimmonitorjaw kwalunkwe mġiba suspettuża jew frawdolenti.

43. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirrieżaminaw il - politiki u l - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu fuq bażi regolari, u għal dan l- għan jenħtieġ li jidentifikaw b’mod ċar il - funzjonijiet u l - membri tal - persunal inkarigati li jżommu politiki u proċeduri speċifiċi aġġornati u r - rwoli u r - responsabbiltajiet tagħhom f’dan ir -rigward.

4.3.1 Politiki u proċeduri dwar il - ġlieda kontra l - ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat- terroriżmu

44. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll fil - politiki tagħhom kif huma …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jispeċifikaw ukoll fil - politiki tagħhom kif huma jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r - riskji ta’ ħasil tal - flus u ta’ finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF) li huma skoperti għalihom bħala riżultat tal - attivitajiet tagħhom ta’ għoti ta’ kreditu15 . B’mod partikolari, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet:

  • a. fil - livell tan - negozju tagħhom, jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r - riskju ta’ ML/TF assoċjat mat - tip ta’ klijenti li jaqdu, il -p rodotti ta’ self li jipprovdu, il - ġeografiji li għalihom huma skoperti u l - kanali ta’ distribuzzjoni li jużaw;
  • b. fil - livell tar - relazzjoni individwali, jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r - riskju ta’ ML/TF assoċjat ma’ din ir - relazzjoni — bħala parti minn dan, jenħteġ li l - istituzzjonijiet:
  • i. jikkunsidraw l - iskop tal - kreditu;
  • ii. jikkunsidraw sa liema punt l - assoċjazzjoni ta’ persuna fiżika jew ta’ persuna ġuridika li la tkun il - mutwatarju u lanqas l - istituzzjoni mal - faċilità ta’ kreditu tagħti lok għal riskju ta’ ML/TF;
  • iii. b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet li fihom ikun stabbilit ir - riskju ta’ ML/TF assoċjat mar - relazzjoni individwali, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jieħdu miżuri sensittivi għar - riskju sabiex jifhmu jekk il - fondi użati biex jitħallas lura l - kreditu, inklużi flus jew ekwivalenti pprovduti bħala kollateral, ikunux minn sorsi leġittimi. Meta jikkunsidraw il - leġittimità tas - sors tal - fondi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu l - attività li ġġenerat il - fondi u jekk din l - informazzjoni hijiex kredibbli u konsistenti mal - għarfien tal - istituzzjoni dwar il - klijent u l - attività professjonali tal - klijent.

15 Direttiva (UE) 2015/849 teħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu u jżommu politiki u proċeduri effettivi sabiex jipprevjenu ML/TF u jidentifikawh u jrażżnuh f’każ li jseħħ. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jirreferu wkoll għal -Linji Gwida tal- ASE dwar il - Fatturi tar - Riskju Konġunt (JC 2017 37) għal aktar informazzjoni dwar dawn il - punti.

45. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi interni sabiex jiżguraw li l - informazzjoni …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom proċessi interni sabiex jiżguraw li l - informazzjoni miksuba għall - finijiet tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja, bħall - informazzjoni speċifikata fit - Taqsima 5.1 u fl - Anness 2 ta’ dawn il - linji gwida, tinforma wkoll il - proċessi tagħhom tal - ġlieda kontra l- ħasil tal - flus u kontra l - finanzjament tat - terroriżmu (AML/CFT).

46. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom fis - seħħ politiki u proċeduri sabiex jiżguraw li l …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom fis - seħħ politiki u proċeduri sabiex jiżguraw li l - iżborż tas - self isir f’konformità mad - deċiżjoni ta’ kreditu u l - ftehim ta’ self. Jenħtieġ li huma jiżguraw ukoll li jkun hemm kontrolli xierqa fis - seħħ għall - identifikazzjoni, għall - valutazzjoni u għall - ġest joni tar- riskji ta’ ML/TF, u li r - rekords rilevanti jinżammu, f’konformità mal - obbligi usa’ dwar l - AML/CFT tal - istituzzjonijiet skont id - Direttiva (UE) 2015/849.

4.3.2 Tranżazzjonijiet ingranati

47. Bħala parti mill - politiki u mill - proċeduri tagħhom, jenħtieġ li l -i stituzzjonijiet …

Bħala parti mill - politiki u mill - proċeduri tagħhom, jenħtieġ li l -i stituzzjonijiet ikollhom definizzjoni ġenerali ta’ tranżazzjonijiet ingranati li tqis il - livell ta’ ingranaġġ tal - mutwatarju u l - iskop tat - tranżazzjoni. Jenħtieġ li din id - definizzjoni tinkludi l - linji operatorji u l - unitajiet kollha li jġarrbu riskju ta’ kreditu.

48. Jenħtieġ li l - kamp ta’ applikazzjoni u l - implimentazzjoni tad - definizzjoni ta’ …

Jenħtieġ li l - kamp ta’ applikazzjoni u l - implimentazzjoni tad - definizzjoni ta’ tranżazzjoni ingranata minn istituzzjoni jiġu rieżaminati b’mod regolari sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l - ebda esklużjoni mhux dovuta.

49. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit u l - istrateġija tagħhom għal …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit u l - istrateġija tagħhom għal tranżazzjonijiet ingranati b’mod li jinkludi l - unitajiet tan - negozju rilevanti kollha involuti f’operazzjonijiet bħal dawn. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu liema tipi ta’ tranżazzjonijiet ingranati li huma lesti li jidħlu għalihom, kif ukoll valuri aċċettabbli għall - parametri, bħan - nota ta’ klassifikazzjoni, il - probabbiltà ta’ inadempjenza, il - livell ta’ kollateralizzazzjoni u l - livelli ta’ ingranaġġ, inkluż fil - livell settorjali, meta rilevant i.

50. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit għar - riskju tagħhom għas - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiddefinixxu l - aptit għar - riskju tagħhom għas - sindikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ingranati u jidderivaw qafas ta’ limitu komprensiv, inklużi limiti ta’ sottoskrizzjoni ddedikati u sett granulari ta’ sottolimiti, li jiddettaljaw kemm il - limiti massimi kif ukoll in - natura tat - tranżazzjonijiet li l - istituzzjoni tkun lesta li tipparteċipa fihom.

51. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu struttura ta’ governanza soda għal …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu struttura ta’ governanza soda għal tranżazzjonijiet ingranati, li tippermetti sorveljanza komprensiva u konsistenti tat - tranżazzjonijiet ingranati kollha li jiġu oriġinati, sindikati jew li jinxtraw minnhom, inklużi, fejn rilevanti, ftehimiet tal - “aħjar sforzi”, negozji u “club deals”, kif ukoll self bilaterali standard lil intrapriżi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar.

52. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tranżazzjonijiet ingranati kollha jiġu …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li t - tranżazzjonijiet ingranati kollha jiġu rieżaminati b’mod adegwat, f’konformità mal - aptit għar - riskju, mal - istrateġiji u mal -politiki tal- istituzzjonijiet, u approvati mill - persuni rilevanti li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu. Għal tranżazzjonijiet inklużi r- riskji ta’ sindakazzjoni u ta’ sottoskrizzjoni, jenħtieġ li jkun hemm rekwiżiti u proċessi speċifiċi ta’ approvazzjoni fis - seħħ.

4.3.3 Innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għall - għoti ta’ kreditu

53. Meta l - istituzzjonijiet jużaw innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għal finijiet ta’ …

Meta l - istituzzjonijiet jużaw innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija għal finijiet ta’ għoti ta’ kreditu, jenħtieġ li jagħmlu dan li ġej:

  • a. Ikopru b’mod adegwat, fl - oqfsa ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ kontroll tagħhom, ir - riskji inerenti assoċjati mal - innovazzjoni ffaċilitata bit - teknoloġija fl - użu. Jenħtieġ li dan ikun proporzjonat mal - mudell tan - negozju, mal - iskopertura għar - riskju ta’ kreditu, mal - kumplessità tal - metodi u mal - firxa tal - użu tal - innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija.
  • b. Jiżguraw li l - korp maniġerjali jkollu fehim suffiċjenti dwar l - użu tal - innovazzjoni ffaċilitata mit - teknoloġija, il - limitazzjoni tagħha u l - impatt li jkollha fuq il - proċeduri ta’ għoti ta’ kreditu.
  • c. Jifhmu l - mudelli sottostanti użati, inklużi l - kapaċitajiet, is - suppożizzjonijiet u l - limitazzjonijiet tagħhom, kif ukoll li jiżguraw it - traċċabilità, l - awditabbiltà, ir - robustezza u r - reżiljenza tagħhom.
  • d. Jiżguraw li l - mudelli jkunu adattati għall - iskop tagħhom, filwaqt li jqisu l - kompitu identifikat u kriterji oħra, bħall - prestazzjoni u l - użu tagħhom. Jekk ikun hemm bżonn ta’ spjegazzjonijiet matul l - użu tal - mudelli, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l - iżvilupp ta’ mudell interpretabbli.
  • e. Jifhmu l - kwalità tad - data u tal - inputs għall - mudell u jidentifikaw u jipprevjenu pr eġudizzju fil - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, filwaqt li jiżguraw li jkun hemm salvagwardji xierqa sabiex jipprovdu kunfidenzjalità, integrità u disponibbiltà tal - informazzjoni u tas - sistemi.
  • f. Jiżguraw li l - prestazzjoni tal - mudell, inklużi l- validità u l - kwalità tar - riżultati tiegħu, tkun immonitorjata kontinwament u l - miżuri ta’ rimedju xierqa jittieħdu puntwalment fil - każ ta’ identifikazzjoni ta’ problemi (eż. aggravar jew devjazzjoni minn imġiba mistennija).

4.3.4 Mudelli għall -valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja u għat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu

54. Meta jużaw mudelli awtomatizzati għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u għat - …

Meta jużaw mudelli awtomatizzati għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja u għat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jifhmu l - mudelli użati, u l - metodoloġija tagħhom, id - data tal- input, is - suppożizzjonijiet, il - limitazzjonijiet u l - outputs, u jenħtieġ li jkollhom fis - seħħ:

  • a. politiki u proċeduri interni li jidentifikaw u jipprevjenu preġudizzju u jiżguraw il - kwalità tad- data tal- input;
  • b. miżuri li jiżguraw it- traċċabbiltà, l - awditabbiltà, ir - robustezza u r - reżiljenza tal - inputs u tal- outputs;
  • c. politiki u proċeduri interni li jiżguraw li l - kwalità tal - output tal - mudell tiġi vvalutata regolarment, bl - użu ta’ miżuri xierqa għall - użu tal - mudell, inkluż l - ittestjar retrospettiv tal- prestazzjoni tal - mudell;
  • d. mekkaniżmi ta’ kontroll, prevalenzi ta’ mudell u proċeduri ta’ eskalazzjoni fi ħdan il - qafas tat - teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu regolari, inklużi approċċi kwalitattivi, għodod kwalitattivi ta’ valutazzjoni t ar- riskju (inkluż ġudizzju espert u analiżi kritika) u limiti kwantitattivi.
55. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom dokumentazzjoni mudell adegwata li tkopri: a. il- …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom dokumentazzjoni mudell adegwata li tkopri:

  • a. il- metodoloġija, is - suppożizzjonijiet u l - inputs tad - data , u approċċ għad - detezzjoni u għall - prevenzjoni ta’ preġudizzju u l - iżgurar tal - kwalità tad - data tal- input;
  • b. l- użu ta’ outputs tal - mudell fil - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u l - monitoraġġ ta’ dawn id- deċiżjonijiet awtomatizzati fuq il - kwalità ġenerali tal - portafoll jew tal -prodotti li fihom jintużaw dawn il - mudelli.

4.3.5 Fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza

56. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jinkorporaw il - fatturi tal - ESG u r - riskji assoċjati fil …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jinkorporaw il - fatturi tal - ESG u r - riskji assoċjati fil - politiki tagħhom dwar l- aptit għar - riskju ta’ kreditu u l - ġestjoni tar - riskju, fil - politiki u fil - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu, u jadottaw approċċ olistiku.

57. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu r - riskji assoċjati mal - fatturi tal - ESG fuq il - …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet iqisu r - riskji assoċjati mal - fatturi tal - ESG fuq il - kundizzjonijiet finanzjarji tal - mutwatarji, u b’mod partikolari l - impatt potenzjali ta’ fatturi ambjentali u tat - tibdil fil - klima, fl - aptit, fil - politiki u fil - proċeduri tagħhom dwar ir - riskju ta’ kreditu. Ir - riskji tat - tibdil fil - klima għall - prestazzjoni finanzjarja tal - mutwatarji jistgħu primarjament jimmaterjalizzaw bħala riskji fiżiċi, bħal riskji għall - mutwatarju li jirriżultaw mill - effetti fiżiċi tat - tibdil fil - klima, inklużi riskji ta’ responsabbiltà għall - kontribuzzjoni għat - tibdil fil - klima, jew riskji ta’ tranżizzjoni, eż. riskji għall - mutwatarju li jirriżultaw mit - tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju u reżiljenti għat - tibdil fil - klima. Barra minn hekk, jistgħu jseħħu riskji oħra, bħal tibdiliet fil - preferenzi tas - suq u tal - konsumaturi u riskji legali li jistgħu jaffettwaw il - prestazzjoni ta’ assi sottostanti.

4.3.6 Self ambjentalment sostenibbli

58. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet li joriġinaw jew jippjanaw li joriġinaw faċilitajiet ta’ …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet li joriġinaw jew jippjanaw li joriġinaw faċilitajiet ta’ kreditu ambjentalment sostenibbli jiżviluppaw, bħala parti mill - politiki u mill - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom, dettalji speċifiċi tal - politiki u tal -p roċeduri ta’ self ambjentalment sostenibbli tagħhom, li jkopru l - għoti u l - monitoraġġ ta’ tali faċilitajiet ta’ kreditu. Jenħtieġ li dawn il -politiki u l - proċeduri, b’mod partikolari:

  • a. Jipprovdu lista tal - proġetti u tal - attivitajiet, kif ukoll tal - kriterji, li l- istituzzjoni tikkunsidra eliġibbli għal self ambjentalment sostenibbli jew referenza għall - istandards eżistenti rilevanti dwar self ambjentalment sostenibbli li jiddefinixxu x’tip ta’ self huwa kkunsidrat bħala ambjentalment sostenibbli;
  • b. Jispeċifikaw il- proċess li permezz tiegħu l - istituzzjonijiet li jevalwaw li r - rikavat mill - faċilitajiet ta’ kreditu ambjentalment sostenibbli huma jkunu oriġinaw jintużaw għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli. F’każijiet ta’ self lill - intrapriżi, jenħtieġ li l - p roċess jinkludi:
  • i. il- ġbir ta’ informazzjoni dwar l - objettivi relatati mal - klima u dawk ambjentalment jew kummerċjalment sostenibbli tal - mutwatarji;
  • ii. il- valutazzjoni tal - konformità tal - proġetti ta’ finanzjament tal - mutwatarji mal - proġetti jew mal - attivitajiet ambjentalment sostenibbli li jikkwalifikaw u l - kriterji relatati;
  • iii. l- iżgurar li l - mutwatarji jkollhom ir - rieda u l - kapaċità li jimmonitorjaw u jirrapportaw kif xieraq l - allokazzjoni tar - rikavati lejn proġetti jew attivitajiet ambjentalment sostenibbli;
  • iv. il- monitoraġġ, fuq bażi regolari, li r - rikavati jiġu allokati kif suppost (li jista’ jikkonsisti fir - rekwiżit li l - mutwatarji jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l - użu tar - rikavati sakemm titħallas lura l - faċilità ta’ kreditu rilevanti).
59. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jippożizzjonaw il - politiki u l - proċeduri ta’ self …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jippożizzjonaw il - politiki u l - proċeduri ta’ self ambjentalment sostenibbli tagħhom fil - kuntest tal - objettivi, tal - istrateġija u tal - politika ġenerali tagħhom relatati mal - finanzi sostenibbli. B’mod partikolari, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jistabbilixxu miri kwalitattivi u, fejn rilevanti, kwantitattivi, sabiex jappoġġaw l - iżvilupp u l - integrità tal - attività ta’ self ambjentalment sostenibbli tagħhom, u sabiex jivvalutaw il - punt sa fejn dan l - iżvilupp ikun konformi mal - objettivi globali tagħhom relatati mal - klima u ambjentalment sostenibbli jew jikkontribwixxi għalihom.

4.3.7 Infrastruttura tad- data

60. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom infrastruttura xierqa tad - data kif ukoll politiki u …

Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom infrastruttura xierqa tad - data kif ukoll politiki u proċeduri rilevanti sabiex jiġi appoġġat il - proċess ta’ għoti ta’ kreditu u għall - finijiet ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu u tal - monitoraġġ matul iċ - ċiklu tal - ħajja tal - faċilitajiet ta’ kreditu (eż. oriġinazzjoni tas - self u valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja, valutazzjoni tar - riskju, rieżami tal - kreditu u monitoraġġ). Jenħtieġ li l - infrastruttura tad - data tiżgura l - kontinwità, l - integrità u s - sigurtà tal - informazzjoni dwar l - iskopertura, il - mutwatarju u l - kollateral, mill - punt ta’ oriġinazzjoni u matul iċ - ċiklu tal - ħajja tal - faċilità ta’ kreditu.

61. Jenħtieġ li l- infrastruttura tad - data tkun dettaljata u granulari biżżejjed sabiex tkopri …

Jenħtieġ li l- infrastruttura tad - data tkun dettaljata u granulari biżżejjed sabiex tkopri informazzjoni speċifika dwar kull self individwali, b’mod partikolari l - kriterji attwali dwar l - għoti ta’ kreditu applikati fil - punt ta’ oriġinazzjoni, li jippermettu li d - data dwar il- mutwatarju tkun marbuta ma’ data rigward il- kollateral, sabiex jiġi appoġġat il - monitoraġġ effettiv tar - riskju ta’ kreditu (ara t - Taqsima 8) u jkunu jistgħu jsiru rendikont effettiv tal - entrati, kejl tal - prestazzjoni u tal - effiċjenza operazzjonali u tal - kreditu, kif ukoll it - traċċar ta’ devjazzjonijiet mill - politika, ta’ eċċezzjonijiet u ta’ prevalenzi (inklużi prevalenzi fuq is - sistemi ta’ klassifikazzjoni jew ta’ evalwazzjoni ta’ kreditu/tranżazzjoni).

62. Għall - finijiet tat - tfassil u tal - manutenzjoni ta’ din l - infrastruttura tad - data …

Għall - finijiet tat - tfassil u tal - manutenzjoni ta’ din l - infrastruttura tad - data , jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw l - użu tal - kampijiet tad - data rilevanti mill - mudelli tat - tranżazzjonijiet tal -NPL tal- EBA16 .


16 https://eba.europa.eu/risk - analysis -and- data/eba -work-on- npls

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/