+24. Ir-responsabbiltajiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jinkludu l -istabbiliment …
|
24. Ir-responsabbiltajiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jinkludu l -istabbiliment …
Ir-responsabbiltajiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jinkludu l -istabbiliment, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal- implimentazzjoni ta’: - a. l- istrateġija kummerċjali ġ enerali u l-politiki ewlenin tal- istituzzjoni fi ħdan il - qafas ġuridiku u regolatorju applikabbli, filwaqt li jitqiesu l -interessi finanzjarji fit-tul u s-solvenza tal-istituzzjoni;
- b. l- istrateġija tar - riskju ġenerali, il - predispożizzjoni għar -riskju tal-istituzzjoni u l- qafas tal- ġestjoni tar - riskju tagħha u l - miżuri biex jiġi żgurat li l - korp ta’ ġestjoni jiddedika ħin biżżejjed għal kwistjonijiet ta’ riskju u ta’ ġestjoni tar -riskju;
- c. qafas adegwat u effettiv ta’ governanza interna u ta’ kontroll intern, ki f definit fit-Titolu V, li:
| i. | jinkludi struttura organizzazzjonali ċara kif ukoll funzjonijiet indipendenti u li jaħdmu tajjeb ta’ ġestjoni tar -riskju, ta’ konformità u ta’ awditjar interni b’biżżejjed awtorità, statura u riżorsi sabiex iwettqu l -funzjonijie t tagħhom; | | ii. | jiżgura l -konformità mar- rekwiżiti regolatorji applikabbli fil -kuntest tal-prevenzjoni tal- ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu; |
- d. l-ammonti, it-tipi u t- tqassim kemm tal -kapital intern kif ukoll tal-kapital regolatorju sabiex jiġu koper ti b’mod adegwat ir-riskji tal-istituzzjoni;
- e. miri għall - ġestjoni tal -likwidità tal-istituzzjoni;
- f. politika ta’ remunerazzjoni li hija konformi mal - prinċipji ta’ remunerazzjoni stabbiliti fl - Artikoli 92 sa 95 tad-Direttiva 2013/36/UE u fil-linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE7 ;
- g. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat li l -valutazzjonijiet individwali u kollettivi tal-idoneità tal- korp ta’ ġestjoni jsiru b’mod effettiv, li l -ippjanar dwar il- kompożizzjoni u s- suċċessjoni tal - korp ta’ ġestjoni huma xierqa, u li l - korp ta’ ġestjoni jaqdi l -funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv8 ;
- h. proċess ta’ għażla u ta’ valutazzjoni tal - idoneità għal detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin9 ;
- i. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat il -funzjonament intern ta’ kull kumitat tal-korp ta’ ġestjoni, meta jkunu stabbiliti, li jagħtu dettalji dwar:
| i. | ir-rwol, il- kompożizzjoni u l - kompiti ta’ kull wieħed minnhom; | | ii. | il- fluss xieraq ta’ informazzjoni, inkluż id -dokumentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal- konklużjonijiet, u linji ta’ rapportar bejn kull kumitat u l- korp ta’ ġestjoni, l - awtoritajiet kompetenti u partijiet oħra; |
- j. il-kultura tar-riskju f’konformità mat- Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida, li tindirizza s-sensibilizzazzjoni tal-istituzzjoni dwar ir-riskji u l- imġiba ta’ teħid tar -riskji;
- k. kultura u valuri korporattivi f’konformità mat- Taqsima 10, li jrawmu mġiba responsabbli u etika, inkluż kodiċi ta’ kondotta jew strument simili;
- l. politika dwar il-kunfl itt ta’ interess fuq livell istituzzjonali f’konformità mat - Taqsima 11 u għall -persunal f’konformità mat- Taqsima 12; u
- m. arranġamenti bil - għan li tiġi żgurata l -integrità tas- sistemi kontabilistiċi u ta’ rapportar finanzjarju, inkluż kontrolli finanzjarji u operazzjonali u l-konformità mal- liġi u ma’ standards rilevanti.
7 Linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni 8 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin. 9 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|