+1 Rwol u responsabbiltajiet tal-korp ta’ ġestjoni
---+19. Meta jiżviluppaw u jimplimentaw arranġamenti ta’ governanza interna, l -istituzzjonijiet …
---+20. Għall -fini tal-applikazzjoni tal- prinċipju tal -proporzjonal ità u sabiex tiġi żgurata …
---+21. Skont l-Artikolu 88(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu r - …
---+22. Id-dmirijiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu bejn id - …
---+23. Il- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil - funzjoni maniġerjali tiegħu …
---+24. Ir-responsabbiltajiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jinkludu l -istabbiliment …
---+25. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l -implimentazzjoni tal-aspetti elenkati …
---+26. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni u ta’ komunikazzjonijiet …
---+27. Il- membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali …

1 Rwol u responsabbiltajiet tal-korp ta’ ġestjoni

1 Rwol u responsabbiltajiet tal-korp ta’ ġestjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
19. Meta jiżviluppaw u jimplimentaw arranġamenti ta’ governanza interna, l -istituzzjonijiet …

Meta jiżviluppaw u jimplimentaw arranġamenti ta’ governanza interna, l -istituzzjonijiet għandhom iqisu d - daqs u l - organizzazzjoni interna tagħhom, kif ukoll in -natura, l-iskala u l-kumplessità tal- attivitajiet tagħhom. Istituzzjonijiet sinifikanti għandu jkollhom arranġamenti ta’ governanza aktar sofistikati, filwaqt li istituzzjonijiet żgħar u inqas kumplessi jistgħu jimplimentaw arranġamenti ta’ governanza aktar sempliċi. Madankollu, l-istituzzjonijiet għandhom jinnotaw li d - daqs jew l - importanza sistemika ta’ istituzzjoni ma tistax, waħedha, tkun indikattiva tal- punt sa fejn istituzzjoni tkun esposta għar -riskji.

20. Għall -fini tal-applikazzjoni tal- prinċipju tal -proporzjonal ità u sabiex tiġi żgurata …

Għall -fini tal-applikazzjoni tal- prinċipju tal -proporzjonal ità u sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tar - rekwiżiti regolatorji u dawn il -linji gwida, l- aspetti kollha li ġejjin għandhom jitqiesu mill -istituzzjonijiet u l- awtoritajiet kompetenti:

  • a. id- daqs f’termini tat -total tal- karta bilanċjali tal -istituzzjoni u tas- sussidjarji tagħha fil - kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni prudenzjali;
  • b. il- preżenza ġeografika tal -istituzzjoni u d- daqs tal - operazzjonijiet tagħha f’kull ġurisdizzjoni;
  • c. il- forma ġuridika tal - istituzzjoni, inkluż jekk l - istituzzjoni hijiex parti minn grupp u, jekk iva, il-valutazzjoni tal- proporzjonalità għall -grupp;
  • d. jekk l- istituzzjoni hijiex elenkata;
  • e. jekk l- istituzzjoni hijiex awtorizzata tuża mudelli interni għall -kejl tar- rekwiżiti kapitali (eż. l - approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonij iet interni);
  • f. it- tip ta’ attivitajiet u servizzi awtorizzati mwettqa mill - istituzzjoni (eż. ara wkoll l - Anness 1 għad -Direttiva 2013/36/UE u l-Anness 1 għad -Direttiva 2014/65/UE);
  • g. il-mudell u l- istrateġija kummerċjali sottostanti; in -natura u l-kumplessità tal-attivitajiet kummerċjali, u l -istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni;
  • h. l- istrateġija tar -riskju, il- predispoizzjoni għar -riskju u l-profil tar-riskju attwali tal-istituzzjoni, filwaqt li jitqies ukoll ir - riżultat tal -valutazzjonijiet tal-likwidità tas-SREP u tal-kapital tas-SREP;
  • i. l-istruttura ta’ sjieda u ta’ finanzjament tal-istituzzjoni;
  • j. it- tip ta’ klijenti (eż. bejjiegħa bl - imnut, korporattivi, istituzzjonali, negozji żgħar, entitajiet pubbliċi) u l -kumplessità tal-prodotti jew tal-kuntratti;
  • k. il-funzjonijiet u l-kanali ta’ distribuzzjoni esternalizzati;
  • l. is-sistemi tat- teknoloġija tal - informazzjoni (IT) eżistenti, inkluż is -sistemi ta’ kontinwità u l-funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni f’dan il- qasam; u
  • m. jekk l- istituzzjoni taqax taħt id-definizzjoni fil-Punti 145 u 146 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ta’ istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa jew istituzzjoni kbira.
21. Skont l-Artikolu 88(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu r - …

Skont l-Artikolu 88(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu r - responsabbiltà aħħarija u ġenerali għall - istituzzjoni u jiddefinixxi, jissorvelja u huwa responsabbli mill-implimentazzjoni tal- arranġamenti ta’ governanza fi ħdan l -istituzzjoni li jiżguraw ġestjoni effikaċi u prudenti tal -istituzzjoni.

22. Id-dmirijiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu bejn id - …

Id-dmirijiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu definiti b’mod ċar, u jiddistingwu bejn id - dmirijiet tal- funzjoni maniġerjali (eżekuttiva) u dik superviżorja (mhux eżekutti va). Ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jiġu deskritti f’dokument bil - miktub u debitament approvat mill- korp ta’ ġestjoni. Il - membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu kompletament konxji mill -istruttura u mir-responsabbiltajiet tal-korp ta’ ġestjoni, u mit - tqassim tal -kompiti bejn il-funzjonijiet differenti tal- korp ta’ ġestjoni u tal - kumitati tiegħu.

23. Il- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil - funzjoni maniġerjali tiegħu …

Il- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu u fil - funzjoni maniġerjali tiegħu għandhom jinteraġixxu b’mod effettiv. Iż - żewġ funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni suffiċjenti lil xulxin sabiex ikunu jistgħu jwettqu r - rwoli rispettivi tagħhom. Sabiex ikun hemm sistema ta’ kontrokontrolli xierqa fis - seħħ, it - teħid tad - deċiżjonijiet fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni ma għandux ikun iddominat minn membru uniku jew minn subsett żgħir tal - membri tiegħu.

24. Ir-responsabbiltajiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jinkludu l -istabbiliment …

Ir-responsabbiltajiet tal- korp ta’ ġestjoni għandhom jinkludu l -istabbiliment, l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal- implimentazzjoni ta’:

  • a. l- istrateġija kummerċjali ġ enerali u l-politiki ewlenin tal- istituzzjoni fi ħdan il - qafas ġuridiku u regolatorju applikabbli, filwaqt li jitqiesu l -interessi finanzjarji fit-tul u s-solvenza tal-istituzzjoni;
  • b. l- istrateġija tar - riskju ġenerali, il - predispożizzjoni għar -riskju tal-istituzzjoni u l- qafas tal- ġestjoni tar - riskju tagħha u l - miżuri biex jiġi żgurat li l - korp ta’ ġestjoni jiddedika ħin biżżejjed għal kwistjonijiet ta’ riskju u ta’ ġestjoni tar -riskju;
  • c. qafas adegwat u effettiv ta’ governanza interna u ta’ kontroll intern, ki f definit fit-Titolu V, li:
i.jinkludi struttura organizzazzjonali ċara kif ukoll funzjonijiet indipendenti u li jaħdmu tajjeb ta’ ġestjoni tar -riskju, ta’ konformità u ta’ awditjar interni b’biżżejjed awtorità, statura u riżorsi sabiex iwettqu l -funzjonijie t tagħhom;
ii.jiżgura l -konformità mar- rekwiżiti regolatorji applikabbli fil -kuntest tal-prevenzjoni tal- ħasil tal -flus u l-finanzjament tat- terroriżmu;
  • d. l-ammonti, it-tipi u t- tqassim kemm tal -kapital intern kif ukoll tal-kapital regolatorju sabiex jiġu koper ti b’mod adegwat ir-riskji tal-istituzzjoni;
  • e. miri għall - ġestjoni tal -likwidità tal-istituzzjoni;
  • f. politika ta’ remunerazzjoni li hija konformi mal - prinċipji ta’ remunerazzjoni stabbiliti fl - Artikoli 92 sa 95 tad-Direttiva 2013/36/UE u fil-linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE7 ;
  • g. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat li l -valutazzjonijiet individwali u kollettivi tal-idoneità tal- korp ta’ ġestjoni jsiru b’mod effettiv, li l -ippjanar dwar il- kompożizzjoni u s- suċċessjoni tal - korp ta’ ġestjoni huma xierqa, u li l - korp ta’ ġestjoni jaqdi l -funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv8 ;
  • h. proċess ta’ għażla u ta’ valutazzjoni tal - idoneità għal detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin9 ;
  • i. arranġamenti bil - għan li jiġi żgurat il -funzjonament intern ta’ kull kumitat tal-korp ta’ ġestjoni, meta jkunu stabbiliti, li jagħtu dettalji dwar:
i.ir-rwol, il- kompożizzjoni u l - kompiti ta’ kull wieħed minnhom;
ii.il- fluss xieraq ta’ informazzjoni, inkluż id -dokumentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal- konklużjonijiet, u linji ta’ rapportar bejn kull kumitat u l- korp ta’ ġestjoni, l - awtoritajiet kompetenti u partijiet oħra;
  • j. il-kultura tar-riskju f’konformità mat- Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida, li tindirizza s-sensibilizzazzjoni tal-istituzzjoni dwar ir-riskji u l- imġiba ta’ teħid tar -riskji;
  • k. kultura u valuri korporattivi f’konformità mat- Taqsima 10, li jrawmu mġiba responsabbli u etika, inkluż kodiċi ta’ kondotta jew strument simili;
  • l. politika dwar il-kunfl itt ta’ interess fuq livell istituzzjonali f’konformità mat - Taqsima 11 u għall -persunal f’konformità mat- Taqsima 12; u
  • m. arranġamenti bil - għan li tiġi żgurata l -integrità tas- sistemi kontabilistiċi u ta’ rapportar finanzjarju, inkluż kontrolli finanzjarji u operazzjonali u l-konformità mal- liġi u ma’ standards rilevanti.

7 Linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni

8 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin.

9 Ara wkoll il- linji gwida konġunti tal -ESMA u tal-EBA dwar il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u tad-detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin.

25. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l -implimentazzjoni tal-aspetti elenkati …

Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l -implimentazzjoni tal-aspetti elenkati fil-Paragrafu 22, il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu l - għan li jiżgura mudell ta’ negozju, arranġamenti ta’ governanza, inkluż qafas ta’ ġestjoni tar - riskju li jqis ir - riskji kollha. Meta jqisu r - riskji kollha, li l - istituzzjonijiet ikunu esposti għalihom, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l -fatturi ta’ riskju rilevanti kollha, inkluż il -fatturi ta’ riskju ambje ntali, soċjali u ta’ governanza. L -istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li dawn tal - aħħar jistgħu jmexxu r - riskji prudenzjali tagħhom, inkluż ir - riskji ta’ kreditu, eż. permezz ta’ fatturi ta’ riskju relatati mat - tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli j ew avvenimenti fiżiċi esterni relatati mal - klima li jistgħu jaffettwaw lid -debituri, is-suq, il -likwidità, ir-riskji operazzjonali u wkoll ir- riskji għar - reputazzjoni, eż. permezz ta’ fatturi ta’ riskju soċjali u ta’ governanza, eż. fil - kuntest ta’ arranġa menti ta’ esternalizzazzjoni10 . Tali riskji jinkludu, eż. riskji legali fil - qasam tal - liġi kuntrattwali jew tax - xogħol, riskji relatati ma’ ksur potenzjali tad-drittijiet tal- bniedem jew fatturi oħra ta’ riskju tal - ESG li jistgħu jaffettwaw lill - pajjiż fej n ikun jinsab fornitur ta’ servizz u l- kapaċità tiegħu li jipprovdi l -livelli ta’ servizz miftiehma.


10 Ara r-rapport tal-EBA dwar il- ġestjoni u s - superviżjoni tar -riskji tal-ESG ippubblikat skont l-Artikolu 98(8) tas- CRD għal deskrizzjoni tal- fehim tal -EBA dwar ir-riskji tal-ESG, il- kanali ta’ trażmissjoni, u r -rakkomandazzjonijie t għal arranġamenti, il- proċessi, il - mekkaniżmi u l - istrateġiji li għandhom jiġu implimentati mill - istituzzjonijiet biex jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r -riskji tal-ESG.

26. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni u ta’ komunikazzjonijiet …

Il- korp ta’ ġestjoni għandu jissorvelja l - proċess ta’ divulgazzjoni u ta’ komunikazzjonijiet mal - partijiet ikkonċernati esterni u mal -awtoritajiet kompetenti.

27. Il- membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali …

Il- membri kollha tal - korp ta’ ġestjoni għandhom ikunu infurmati dwar l - attività ġenerali, is - sitwazzjoni finanzjarja u ta’ riskju tal- istituzzjoni, filwaqt li jitqies l -ambjent ekonomiku, u dwar deċiżjonijiet li jittieħdu li għandhom impatt kbir fuq in -negozju tal-istituzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/