+25. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l -implimentazzjoni tal-aspetti elenkati …
|
25. Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l -implimentazzjoni tal-aspetti elenkati …
Meta jistabbilixxi, japprova u jissorvelja l -implimentazzjoni tal-aspetti elenkati fil-Paragrafu 22, il- korp ta’ ġestjoni għandu jkollu l - għan li jiżgura mudell ta’ negozju, arranġamenti ta’ governanza, inkluż qafas ta’ ġestjoni tar - riskju li jqis ir - riskji kollha. Meta jqisu r - riskji kollha, li l - istituzzjonijiet ikunu esposti għalihom, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l -fatturi ta’ riskju rilevanti kollha, inkluż il -fatturi ta’ riskju ambje ntali, soċjali u ta’ governanza. L -istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li dawn tal - aħħar jistgħu jmexxu r - riskji prudenzjali tagħhom, inkluż ir - riskji ta’ kreditu, eż. permezz ta’ fatturi ta’ riskju relatati mat - tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli j ew avvenimenti fiżiċi esterni relatati mal - klima li jistgħu jaffettwaw lid -debituri, is-suq, il -likwidità, ir-riskji operazzjonali u wkoll ir- riskji għar - reputazzjoni, eż. permezz ta’ fatturi ta’ riskju soċjali u ta’ governanza, eż. fil - kuntest ta’ arranġa menti ta’ esternalizzazzjoni10 . Tali riskji jinkludu, eż. riskji legali fil - qasam tal - liġi kuntrattwali jew tax - xogħol, riskji relatati ma’ ksur potenzjali tad-drittijiet tal- bniedem jew fatturi oħra ta’ riskju tal - ESG li jistgħu jaffettwaw lill - pajjiż fej n ikun jinsab fornitur ta’ servizz u l- kapaċità tiegħu li jipprovdi l -livelli ta’ servizz miftiehma.
10 Ara r-rapport tal-EBA dwar il- ġestjoni u s - superviżjoni tar -riskji tal-ESG ippubblikat skont l-Artikolu 98(8) tas- CRD għal deskrizzjoni tal- fehim tal -EBA dwar ir-riskji tal-ESG, il- kanali ta’ trażmissjoni, u r -rakkomandazzjonijie t għal arranġamenti, il- proċessi, il - mekkaniżmi u l - istrateġiji li għandhom jiġu implimentati mill - istituzzjonijiet biex jidentifikaw, jivvalutaw u jiġġestixxu r -riskji tal-ESG.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|