+63. Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - anqas: a. jagħti pariri u jappoġġja …

63. Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - anqas: a. jagħti pariri u jappoġġja …

Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - anqas:

  • a. jagħti pariri u jappoġġja lill - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu dwar il - monitoraġġ tal - istrateġija tar -riskju u tal- predispożizzjoni għar -riskju attwali u futuri tal- istituzzjoni b’mod ġenerali, filwaqt li jitqies kull tip ta’ riskju, sabiex jiġi żgurat li huma konformi mal - istrateġija kummerċjali, mal -objettivi, mal-kultura u mal-valuri korporattivi tal-istituzzjoni;
  • b. jassisti lill- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu fis -sorveljanza tal-implimentazzjoni tal- istrateġija tar -riskju tal-istituzzjoni u l-limiti korrispondenti stabbiliti;
  • c. jissorvelja l-implimentazzjoni tal- istrateġiji għall - ġestjoni tal -kapital u tal-likwidità kif ukoll għar -riskji rilevanti l- oħra kollha ta’ istituzzjoni, bħal riskji tas - suq, ta’ kreditu, operazz jonali (inklużi riskji legali u tal - IT) u reputazzjonali, sabiex tiġi vvalutata l - adegwatezza tagħhom meta mqabbla mal - istrateġija tar -riskju u l- predispożizzjoni għar -riskju approvata;
  • d. jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni sup erviżorja tiegħu dwar aġġustamenti meħtieġa fl - istrateġija tar - riskju bħala riżultat ta’, fost oħrajn, tibdil fil- mudell kummerċjali tal - istituzzjoni, żviluppi fis - suq jew rakkomandazzjonijiet magħmula mill -funzjoni tal- ġestjoni tar -riskju;
  • e. jipprovdi pariri dwar il- ħatra ta’ konsulenti esterni li l - funzjoni superviżorja tista’ tiddeċiedi li tqabbad għal pariri jew appoġġ;
  • f. Jirrieżamina għadd ta’ xenarji possibbli, inkluż xenarji ta’ kriżi, sabiex jiġi vvalutat kif il - profil tar-riskju tal-istituzzjoni jirrea ġixxi għal avvenimenti esterni u interni;
  • g. jissorvelja l-allinjament bejn il-prodotti u s- servizzi finanzjarji materjali kollha offruti lill-klijenti kif ukoll il- mudell kummerċjali u l - istrateġija tar -riskju tal-istituzzjoni19 . Il-kumitat tar- riskju għandu jivvaluta r - riskji assoċjati mal -prodotti u mas-servizzi finanzjarji offruti u jqis l -allinjament bejn il-prezzijiet assenjati u l-profitti miksuba minn dawk il-prodotti u servizzi; u
  • h. jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet ta’ awdituri interni jew esterni u jsegwi l-implimentazzjoni xierqa tal - miżuri meħuda.

19 Ara wkoll il-linji gwida tal-EBA dwar is-sorveljanza tal-prodotti u l- arranġamenti għall - governanza għal prodotti bankarji għall -konsumatur, disponibbli fu q http://www.eba.europa.eu/regulation -and- policy/consumer -protection-and-financial-innovation/guidelines-on-product- oversight -and-governance-arrangements-for-retail-banking-products.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/