+5.4 Rwol tal-kumitat tar-riskju
---+61. Il- kumitati għandhom jiddokumentaw l - aġendi tal - laqgħat tal -kumitati u r- riżultati u l - …
---+62. Il-kumitati tar-riskju u tan- nomina għandhom tal - anqas: a. ikollhom aċċess għall …
---+63. Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - anqas: a. jagħti pariri u jappoġġja …

5.4 Rwol tal-kumitat tar-riskju

5.4 Rwol tal-kumitat tar-riskju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
61. Il- kumitati għandhom jiddokumentaw l - aġendi tal - laqgħat tal -kumitati u r- riżultati u l - …

Il- kumitati għandhom jiddokumentaw l - aġendi tal - laqgħat tal -kumitati u r- riżultati u l - konklużjonijiet ewlenin tagħhom.

62. Il-kumitati tar-riskju u tan- nomina għandhom tal - anqas: a. ikollhom aċċess għall …

Il-kumitati tar-riskju u tan- nomina għandhom tal - anqas:

  • a. ikollhom aċċess għall -informazzjoni u d- data rilevanti kollha meħtieġa biex iwettqu r - rwol tagħhom, inkluż informazzjoni u data minn funzjonijiet korporattivi u ta’ kontroll rilevanti (eż. legali, finanzi, riżorsi umani, IT, awditjar intern, riskju, konformità, inkluż informazzjoni dwar il-konformità mal- AML/CTF u informazzjoni aggr egata dwar rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, u fatturi ta’ riskju ML/TF);
  • b. jirċievu rapporti regolari, informazzjoni ad hoc, komunikazzjonijiet u opinjonijiet mill - kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern dwar il-profil tar-riskju attwali tal-istituzzjoni, il-kultura tar- riskju tagħha u l -limiti tar- riskju tagħha, kif ukoll dwar kwalunkwe ksur materjali18 , li seta’ seħħ, b’informazzjoni dettaljata u rakkomandazzjonijiet għal miżuri korrettivi meħuda, li għandhom jittieħdu jew suġġeriti biex dan jiġi indirizzat; perjodikament jirrieżaminaw u jiddeċiedu dwar il -kontenut, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni dwar ir- riskju li għandha tiġi rrapportata lilhom; u
  • c. fejn meħtieġ, jiżguraw l - involviment xieraq tal -funzjonijiet ta’ kontroll intern u ta’ funzjonijiet rilevanti oħra (tar - riżorsi umani, legali, tal - finanzi) fi ħdan l - oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom u/jew ifittxu parir espert estern.

18 Fir-rigward ta’ ksur serju fil- qasam tal - AML/CTF. Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -Linji Gwida li għandhom jinħarġu skont l-Artikolu 117(6) tad-Direttiva 2013/36/UE, li jispeċifikaw il -mod ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-Paragrafu 5 ta’ dan l-artikolu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ gruppi transfruntiera u fil-kuntest tal-identifikazzjoni ta’ ksur serju tar-regoli kontra l- ħasil tal -flus.

63. Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - anqas: a. jagħti pariri u jappoġġja …

Fejn ikun stabbilit, il-kumitat tar- riskju għandu tal - anqas:

  • a. jagħti pariri u jappoġġja lill - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu dwar il - monitoraġġ tal - istrateġija tar -riskju u tal- predispożizzjoni għar -riskju attwali u futuri tal- istituzzjoni b’mod ġenerali, filwaqt li jitqies kull tip ta’ riskju, sabiex jiġi żgurat li huma konformi mal - istrateġija kummerċjali, mal -objettivi, mal-kultura u mal-valuri korporattivi tal-istituzzjoni;
  • b. jassisti lill- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu fis -sorveljanza tal-implimentazzjoni tal- istrateġija tar -riskju tal-istituzzjoni u l-limiti korrispondenti stabbiliti;
  • c. jissorvelja l-implimentazzjoni tal- istrateġiji għall - ġestjoni tal -kapital u tal-likwidità kif ukoll għar -riskji rilevanti l- oħra kollha ta’ istituzzjoni, bħal riskji tas - suq, ta’ kreditu, operazz jonali (inklużi riskji legali u tal - IT) u reputazzjonali, sabiex tiġi vvalutata l - adegwatezza tagħhom meta mqabbla mal - istrateġija tar -riskju u l- predispożizzjoni għar -riskju approvata;
  • d. jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni sup erviżorja tiegħu dwar aġġustamenti meħtieġa fl - istrateġija tar - riskju bħala riżultat ta’, fost oħrajn, tibdil fil- mudell kummerċjali tal - istituzzjoni, żviluppi fis - suq jew rakkomandazzjonijiet magħmula mill -funzjoni tal- ġestjoni tar -riskju;
  • e. jipprovdi pariri dwar il- ħatra ta’ konsulenti esterni li l - funzjoni superviżorja tista’ tiddeċiedi li tqabbad għal pariri jew appoġġ;
  • f. Jirrieżamina għadd ta’ xenarji possibbli, inkluż xenarji ta’ kriżi, sabiex jiġi vvalutat kif il - profil tar-riskju tal-istituzzjoni jirrea ġixxi għal avvenimenti esterni u interni;
  • g. jissorvelja l-allinjament bejn il-prodotti u s- servizzi finanzjarji materjali kollha offruti lill-klijenti kif ukoll il- mudell kummerċjali u l - istrateġija tar -riskju tal-istituzzjoni19 . Il-kumitat tar- riskju għandu jivvaluta r - riskji assoċjati mal -prodotti u mas-servizzi finanzjarji offruti u jqis l -allinjament bejn il-prezzijiet assenjati u l-profitti miksuba minn dawk il-prodotti u servizzi; u
  • h. jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet ta’ awdituri interni jew esterni u jsegwi l-implimentazzjoni xierqa tal - miżuri meħuda.

19 Ara wkoll il-linji gwida tal-EBA dwar is-sorveljanza tal-prodotti u l- arranġamenti għall - governanza għal prodotti bankarji għall -konsumatur, disponibbli fu q http://www.eba.europa.eu/regulation -and- policy/consumer -protection-and-financial-innovation/guidelines-on-product- oversight -and-governance-arrangements-for-retail-banking-products.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/