+78. L- istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux …

78. L- istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux …

L- istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux trasparenti. Fit- teħid tad - deċiżjonijiet tagħhom l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riżultati ta’ valutazzjoni tar- riskju mwettqa biex jiġi identifikat je kk dawn l- istrutturi jistgħux jintużaw għal skop marbut mal- ħasil tal -flus, il-finanzjament tat- terroriżmu jew ma’ reati finanzjarji oħra kif ukoll il-kontrolli u l- qafas legali rispettivi fis - seħħ23 . Għal dan il - għan, l - istituzzjonijiet għandhom tal- anqas iqisu:

  • a. il-punt sa fejn il- ġurisdizzjoni li fiha ser tiġi stabbilita l -istruttura tikkonforma b’mod effettiv mal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali dwar it-trasparenza fiskali, il-ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u kontra l-finanzjament tat- terroriżmu24 ;
  • b. il-punt sa fejn l-istruttura sservi skop ekonomiku u legali ovvju;
  • c. il-punt sa fejn l- istruttura tista’ tintuża biex tinħeba l -identità tas- sid benefiċjarju aħħari;
  • d. il-punt sa fejn it-talba tal- klijent li twassal għall -istabbiliment possibbli ta’ struttura toħloq tħassib;
  • e. jekk l- istruttura tistax tfixkel sorveljanza xierqa mill - korp ta’ ġestjoni tal -istituzzjoni jew il- kapaċità tal - istituzzjoni li tiġġestixxi r -riskju relatat; u
  • f. jekk l- istruttura toħloqx ostakli għas - superviżjoni effettiva mill -awtoritajiet kompetenti.

23 Għal aktar dettal ji dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal- pajjiż u r - riskju assoċjat ma’ prodotti u klijenti individwali, l - istituzzjonijiet għandhom jirreferu wkoll għal - linji gwida konġunti dwar il - fatturi ta’ riskju ML/TF (EBA GL JC/2017/37) li bħalissa qed jiġu rieżamina ti.

24 Ara wkoll: https://eba.europa.eu/regulation -and- policy/anti - money -laundering-and-e- money/rts -on- the - implementation-of-group-wide-aml/cft-policies-in- third -countries

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/