+6.3 Strutturi kumplessi u attivitajiet atipiċi jew mhux trasp arenti
---+76. Il- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni konsolidanti għandu jifhem mhux biss l -istruttura …
---+77. Il- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni konsolidanti għandu jiżgura li l-entitajiet differenti …
---+78. L- istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux …
---+79. Fi kwalunkwe każ, l - istituzzjonijiet ma għandhomx jistabbilixxu strutturi opaki jew kumplessi …
---+80. Meta jistabbilixxi tali strutturi, il - korp ta’ ġestjoni għandu jifhimhom u l - għan tagħhom u …
---+81. L- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw id - deċiżjonijiet tagħhom u jkunu kapaċi …
---+82. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu evitati jew …
|
6.3 Strutturi kumplessi u attivitajiet atipiċi jew mhux trasp arenti
6.3 Strutturi kumplessi u attivitajiet atipiċi jew mhux trasp arenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
76. Il- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni konsolidanti għandu jifhem mhux biss l -istruttura …
|
Il- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni konsolidanti għandu jifhem mhux biss l -istruttura legali, organizzazzjonali u operazzjonali tal- grupp iżda anke l - għan u l -attivitajiet tal-entitajiet differenti tiegħu u r -rabtiet u r- relazzjonijiet bejniethom. Dan jinkludi fehim tar -riskji operazzjonali speċifiċi għall -grupp u skoperturi intragrupp kif ukoll il-mod kif il-finanzjament, il-kapital, il-likwidità u l-profili tar-riskju tal- grupp jistgħu jiġu affettwati f’ċirkostanzi normali u negattivi. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura l - kapaċità tal - istituzzjoni li tipproduċi informazzjoni dwar il-grupp b’mod propizju, dwar it-tip, il- karatteristiċi, l -organigramma, l-istruttura ta’ sjieda u n-negozji ta’ kull entità ġuridika, kif ukoll il -konformità tal- istituzzjonijiet fi ħdan il -grupp mar-rekwiżiti kollha ta’ rapportar superviżorju fuq bażi individwali, subkonsolidata u konsolidata.
|
|
77. Il- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni konsolidanti għandu jiżgura li l-entitajiet differenti …
|
Il- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni konsolidanti għandu jiżgura li l-entitajiet differenti tal-grupp (inkluż l - istituzzjoni konsolidanti nnifisha) jirċievu biżżejjed informazzjoni sabiex ikollhom perċezzjoni ċara tal - objettivi ġenerali, tal - istrateġiji u tal -profil tar-riskju tal-grupp u l-mod kif l-entità tal-grupp ikko nċernata hija inkorporata fl -istruttura u fil-funzjonament operazzjonali tal-grupp. Din l-informazzjoni u r- reviżjonijiet tagħha għandhom jiġu dokumentati u jitpoġġew għad - dispożizzjoni tal - funzjonijiet rilevanti kkonċernati, inkluż lill - korp ta’ ġestjoni, lil-linji operatorji u lill-funzjonijiet ta’ kontroll intern. Il-membri tal- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni konsolidanti għandhom iżommu lilhom infushom infurmati dwar ir - riskji kkawżati mill - istruttura tal- grupp, filwaqt li jitiqiesu l - kriterji speċif ikati fit- Taqsima 7 tal-linji gwida. Dan jinkludi li jirċievu: - a. informazzjoni dwar motivaturi ewlenin tar-riskji;
- b. rapporti regolari li jivvalutaw l- istruttura ġenerali tal -istituzzjoni u li jivvalutaw il-konformità tal-attivitajiet tal-entitajiet individwali mal- istrateġija approvata għall - grupp kollu; u
- c. rapporti regolari dwar temi fejn il- qafas regolatorju jeħtieġ konformità fuq livell individwali, subkonsolidat u konsolidat.
|
|
78. L- istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jistabbilixxu strutturi kumplessi u potenzjalment mhux trasparenti. Fit- teħid tad - deċiżjonijiet tagħhom l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riżultati ta’ valutazzjoni tar- riskju mwettqa biex jiġi identifikat je kk dawn l- istrutturi jistgħux jintużaw għal skop marbut mal- ħasil tal -flus, il-finanzjament tat- terroriżmu jew ma’ reati finanzjarji oħra kif ukoll il-kontrolli u l- qafas legali rispettivi fis - seħħ23 . Għal dan il - għan, l - istituzzjonijiet għandhom tal- anqas iqisu: - a. il-punt sa fejn il- ġurisdizzjoni li fiha ser tiġi stabbilita l -istruttura tikkonforma b’mod effettiv mal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali dwar it-trasparenza fiskali, il-ġlieda kontra l - ħasil tal -flus u kontra l-finanzjament tat- terroriżmu24 ;
- b. il-punt sa fejn l-istruttura sservi skop ekonomiku u legali ovvju;
- c. il-punt sa fejn l- istruttura tista’ tintuża biex tinħeba l -identità tas- sid benefiċjarju aħħari;
- d. il-punt sa fejn it-talba tal- klijent li twassal għall -istabbiliment possibbli ta’ struttura toħloq tħassib;
- e. jekk l- istruttura tistax tfixkel sorveljanza xierqa mill - korp ta’ ġestjoni tal -istituzzjoni jew il- kapaċità tal - istituzzjoni li tiġġestixxi r -riskju relatat; u
- f. jekk l- istruttura toħloqx ostakli għas - superviżjoni effettiva mill -awtoritajiet kompetenti.
23 Għal aktar dettal ji dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal- pajjiż u r - riskju assoċjat ma’ prodotti u klijenti individwali, l - istituzzjonijiet għandhom jirreferu wkoll għal - linji gwida konġunti dwar il - fatturi ta’ riskju ML/TF (EBA GL JC/2017/37) li bħalissa qed jiġu rieżamina ti. 24 Ara wkoll: https://eba.europa.eu/regulation -and- policy/anti - money -laundering-and-e- money/rts -on- the - implementation-of-group-wide-aml/cft-policies-in- third -countries
|
|
79. Fi kwalunkwe każ, l - istituzzjonijiet ma għandhomx jistabbilixxu strutturi opaki jew kumplessi …
|
Fi kwalunkwe każ, l - istituzzjonijiet ma għandhomx jistabbilixxu strutturi opaki jew kumplessi bla bżonn li ma għandhom ebda raġuni ekonomika ċara jew skop legali jew strutturi ekonomiċi ċari li jistgħu jqajmu tħassib li dawn l -istrutturi jis tgħu jintużaw għal skop marbut ma’ kriminalità finanzjarja.
|
|
80. Meta jistabbilixxi tali strutturi, il - korp ta’ ġestjoni għandu jifhimhom u l - għan tagħhom u …
|
Meta jistabbilixxi tali strutturi, il - korp ta’ ġestjoni għandu jifhimhom u l - għan tagħhom u r -riskji partikolari assoċjati magħhom u jiżgura li l - funzjonijiet ta’ kontroll intern huma involuti kif xieraq. Dawn l - istrutturi għandhom jiġu approvati u jinżammu biss meta l - għan tagħhom ikun ġie definit u mifhum b’mod ċar, u meta l - korp ta’ ġestjoni jkun sodisfatt li jkunu ġew identifikati r- riskji materjali kollha, inkluż ir - riskji għar -reputazzjoni, li r- riskji kollha jistgħu jiġu ġestiti b’mod effettiv u jiġu rapportati b’mod xieraq, u li tkun ġiet żgurata sorveljanza effettiva. Aktar mal - istruttura organizzazzjonali u operazzjonali tkun kumplessa u opaka, u akbar ma jkunu r-riskji, aktar għandha tkun intensiva s-sorveljanza tal-istruttura.
|
|
81. L- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw id - deċiżjonijiet tagħhom u jkunu kapaċi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw id - deċiżjonijiet tagħhom u jkunu kapaċi jiġġustifikaw id - deċiżjonijiet tagħhom lill -awtoritajiet kompetenti.
|
|
82. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu evitati jew …
|
Il- korp ta’ ġestjoni għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġu evitati jew jittaffew ir - riskji ta’ attivitajiet f’dawn l-istrutturi. Dan jinkludi l- iżgurar li: - a. l- istituzzjoni jkollha politiki u proċeduri u proċessi dokumentati adegwati fis - seħħ (eż. limiti applikabbli, flussi ta’ informazzjoni) għall -konsiderazzjoni, il-konformità, l-approvazzjoni u l- ġestjoni tar - riskju ta’ tali attivitajiet, b’kont meħud tal -konsegwenzi għall -istruttura organizzazzjonali u operazzjonali tal-grupp, il-profil tar- riskju tagħha u r-riskju reputazzjo nali tagħha;
- b. informazzjoni li tikkonċerna dawn l -attivitajiet u r- riskji tagħhom hija aċċessibbli għall - istituzzjoni konsolidanti u għall - awdituri interni u esterni u tiġi rrapportata lill -korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu u lill -awtorità kompetenti li tkun tat l-awtorizzazzjoni; u
- c. l- istituzzjoni teżamina perjodikament il - ħtieġa li jkomplu jinżammu tali strutturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|