+100. Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal …

100. Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal …

Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal:

  • a. It- ton minn fuq: il - korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment u mill-komunikazzjoni tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi tal-istituzzjoni. L- imġiba tal - membri tagħha għandha tirrifletti l -valuri. Il-ma niġment tal - istituzzjonijiet, inkluż id - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin, għandu jikkontribwixxi għall -komunikazzjoni interna tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi lill-persunal. Il- persunal għandu jaġixxi skont il- liġijiet u r - regolamenti kollha applikabbli u jirreferi minnufih nuqqas ta’ konformità osservata fi ħdan jew barra mill - istituzzjoni (eż. lill -awtorità kompetenti permezz ta’ proċess ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta). Il - korp ta’ ġestjoni għandu fuq bażi kontinwa jippromwovi, jimmonitorja u jivvaluta l-kultura tar-riskju tal- istituzzjoni; iqis l-impatt tal-kultura tar- riskju fuq l - istabbiltà finanzjarja, fuq il -profil tar- riskju u fuq il - governanza robusta tal- istituzzjoni; u jagħmel tibdil fejn meħtieġ.
  • b. Responsabbiltà: il -persunal rilevanti fil- livelli kollha għandu jkun jaf u jifhem il -valuri fundamentali tal- istituzzjoni u, sa fejn ikun meħtieġ għar - rwol tiegħu, il - predispożizzjoni għar -riskju u l- kapaċità għar - riskju tagħha. Għandu jkun kapaċi jwettaq ir - rwol tiegħu u jkun konxju li ser jinżamm responsabbli mill - azzjonijiet tiegħu fir-rigward tal- imġiba ta’ teħid tar -riskji tal-istituzzjoni.
  • c. Komunikazzjoni u kontestazzjoni effettivi: kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tippromwovi ambjent ta’ komunikazzjoni miftuħa u kontestazzjoni effettiva li fih il - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet jinkoraġġixxu firxa wiesgħa ta’ fehmiet, jippermettu ttestjar ta’ prattiki kurrenti, jistimulaw attitudni kritika u kostruttiva fost il-persunal, u jippromwovu ambjent ta’ impenn miftuħ u kostruttiv fl- organizzazzjoni kollha.
  • d. Inċentivi: inċentivi xierqa għandu jkollhom rwol ewlieni fl -allinjament tal- imġiba tat - teħid ta’ riskji mal -profil tar-riskju tal-istituzzjoni u mal-interess fit- tul tagħha27 .

27 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 450 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (EBA/GL/2015/22), disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/regulation -and- policy/remuneration .

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/