+10 Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
---+99. Il- persunal għandu jkun kompletament konxju mir - responsabbiltajiet tiegħu relatati mal - …
---+100. Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal …
---+101. Il-korp ta ’ ġestjoni għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi …
---+102. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l -ebda diskriminazzjoni tal-persunal …
---+103. Il-politiki tal- istituzzjonijiet għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi, iżda …
---+104. L- għan tal - istandards implimentati għandu jkun li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …
|
10 Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
10 Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
99. Il- persunal għandu jkun kompletament konxju mir - responsabbiltajiet tiegħu relatati mal - …
|
Il- persunal għandu jkun kompletament konxju mir - responsabbiltajiet tiegħu relatati mal - ġest joni tar-riskji. Il- ġestjoni tar - riskji ma għandhiex tkun limitata għal speċjalisti tar -riskji jew għal funzjonijiet ta’ kontroll intern. L - unitajiet operatorji, taħt is -sorveljanza tal-korp ta’ ġestjoni, għandhom ikunu primarjament responsabbli mill - ġestj oni tar- riskji fuq bażi ta’ kuljum skont il-politiki, il- proċeduri u l -kontrolli tal- istituzzjoni, filwaqt li jitqiesu l - predispożizzjoni għar - riskju u l- kapaċità għar -riskju tal-istituzzjoni.
|
|
100. Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal …
|
Kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tinkludi iżda mhux neċessarjament tkun limitata għal: - a. It- ton minn fuq: il - korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli mill -istabbiliment u mill-komunikazzjoni tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi tal-istituzzjoni. L- imġiba tal - membri tagħha għandha tirrifletti l -valuri. Il-ma niġment tal - istituzzjonijiet, inkluż id - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin, għandu jikkontribwixxi għall -komunikazzjoni interna tal-valuri fundamentali u tal-aspettattivi lill-persunal. Il- persunal għandu jaġixxi skont il- liġijiet u r - regolamenti kollha applikabbli u jirreferi minnufih nuqqas ta’ konformità osservata fi ħdan jew barra mill - istituzzjoni (eż. lill -awtorità kompetenti permezz ta’ proċess ta’ żvelar ta’ informazzjoni protetta). Il - korp ta’ ġestjoni għandu fuq bażi kontinwa jippromwovi, jimmonitorja u jivvaluta l-kultura tar-riskju tal- istituzzjoni; iqis l-impatt tal-kultura tar- riskju fuq l - istabbiltà finanzjarja, fuq il -profil tar- riskju u fuq il - governanza robusta tal- istituzzjoni; u jagħmel tibdil fejn meħtieġ.
- b. Responsabbiltà: il -persunal rilevanti fil- livelli kollha għandu jkun jaf u jifhem il -valuri fundamentali tal- istituzzjoni u, sa fejn ikun meħtieġ għar - rwol tiegħu, il - predispożizzjoni għar -riskju u l- kapaċità għar - riskju tagħha. Għandu jkun kapaċi jwettaq ir - rwol tiegħu u jkun konxju li ser jinżamm responsabbli mill - azzjonijiet tiegħu fir-rigward tal- imġiba ta’ teħid tar -riskji tal-istituzzjoni.
- c. Komunikazzjoni u kontestazzjoni effettivi: kultura tar - riskju b’saħħitha għandha tippromwovi ambjent ta’ komunikazzjoni miftuħa u kontestazzjoni effettiva li fih il - proċessi tat - teħid ta’ deċiżjonijiet jinkoraġġixxu firxa wiesgħa ta’ fehmiet, jippermettu ttestjar ta’ prattiki kurrenti, jistimulaw attitudni kritika u kostruttiva fost il-persunal, u jippromwovu ambjent ta’ impenn miftuħ u kostruttiv fl- organizzazzjoni kollha.
- d. Inċentivi: inċentivi xierqa għandu jkollhom rwol ewlieni fl -allinjament tal- imġiba tat - teħid ta’ riskji mal -profil tar-riskju tal-istituzzjoni u mal-interess fit- tul tagħha27 .
27 Jekk jogħġbok irreferi wkoll għal -linji gwida tal-EBA dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni skont l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 450 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (EBA/GL/2015/22), disponibbli fuq https://www.eba.europa.eu/regulation -and- policy/remuneration .
|
|
101. Il-korp ta ’ ġestjoni għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi …
|
Il-korp ta ’ ġestjoni għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u professjonali għoljin, filwaqt li jitqiesu l - ħtiġijiet u l - karatteristiċi speċifiċi tal -istituzzjoni, u għandu jiżgura l -implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards (permezz ta ’ kodiċi ta’ kondotta jew ta’ strument simili). Għandu jissorvelja wkoll l -aderenza tal-persunal ma’ dawn l-istandards. Fejn applikabbli, il- korp ta’ ġestjoni jista’ jadotta u jimplimenta l -istandards tal-grupp jew standards komuni dikjarati mill- assoċjazzjonijiet jew minn organizzazzjonijiet oħra rilevanti.
|
|
102. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l -ebda diskriminazzjoni tal-persunal …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l -ebda diskriminazzjoni tal-persunal fuq bażi ta’ ġeneru, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, o pinjoni politika jew kull opinjoni oħra, l - appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.
|
|
103. Il-politiki tal- istituzzjonijiet għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi, iżda …
|
Il-politiki tal- istituzzjonijiet għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għar -remunerazzjoni, il- politiki ta’ reklutaġġ, l - iżvilupp tal -karriera u l-pjanijiet ta’ suċċessjoni, l - aċċess għat - taħriġ u l - kapaċità li wieħed japplika għal pożizzjonijiet vakanti interni. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw opportunitajiet indaqs28 għall -persunal kollu indipendenti mill- ġeneru tagħhom, inkluż fir -rigward tal-perspettivi tal-karriera u jimmiraw li jtejbu r- rappreżentanza tal - ġeneru sottorappreżentat f’pożizzjonijiet fi ħdan il - korp ta’ ġestjoni kif ukoll fil- grupp ta’ persunal li għandu responsabbiltajiet maniġerjali kif definit fir -Regolament Delegat tal- Kummissjoni (standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar il -persunal identifikat).29 L-istituzzjonijiet għandhom jimmonitorjaw l - iżvilupp tad -differenza bejn il-pagi tal- irġiel u n -nisa b’mod separat għall - persunal identifikat (esklużi l -membri tal- korp ta’ ġestjoni), il -membri tal-korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu, il -membri tal- korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni superviżorja u persunal ieħor. L - istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki li jiffaċilitaw l - integrazzjoni mill- ġdid tal -persunal wara liv tal-maternità, tal-paternità jew tal- ġenituri.
28 Ara wkoll id-Direttiva 2006/54/KE tal -Parlament Ewropew u tal- Kunsill tal -5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal - irġiel u n - nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol 29 Ara wkoll il-Linji Gwida tal- EBA dwar politiki ta’ remunerazzjoni newtrali għall - ġeneru
|
|
104. L- għan tal - istandards implimentati għandu jkun li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …
|
L- għan tal - istandards implimentati għandu jkun li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ governanza tal- istituzzjoni u li jnaqqsu r -riskji li g ħalihom hija esposta l -istituzzjoni, b’mod partikolari r- riskji operazzjonali u ta’ reputazzjoni, li jista’ jkollhom impatt negattiv konsiderevoli fuq il -profittabilità u s- sostenibbiltà ta’ istituzzjoni minħabba multi, spejjeż ta’ litigazzjoni, restrizzjo nijiet imposti minn awtoritajiet kompetenti, penali finanzjarji u kriminali oħrajn, kif ukoll it-telf tal-valur tal-marka u tal- fiduċja tal -konsumaturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|