| Eżerċizzji | tfisser l- azzjonijiet differenti li SGD tieħu sabiex twettaq test tal - istress wieħed. tfisser it-testijiet tal-istress li jivvalutaw ir-reżiljenza tal - SGD biex twettaq il - |
| Testijiet ewlenin | funzjonijiet differenti li huma parti mill-mandat legali tal-SGD. |
| Ċ iklu tal-ittestjar tal-istress | tfisser il- perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx it - tliet snin, li fih l- SGD twettaq m ill- inqas darba kull wieħed mit -testijiet tal-istress definiti bħala testijiet ewlenin. |
| Ċ iklu ta’ rapportar | tfisser il- firxa ta’ żmien (determinata mill - EBA) bejn it-tlestija u l- preżentazzjoni uffiċjali ta’ żewġ mudelli ta’ rapportar ipprovduti fl-Anness 1 mill-SGD lill-EBA. |
| Assunzjonijiet | tfisser l-informazzjoni u l-parametri li huma predeterminati għat - twettiq ta’ test tal - istress tal-SGD. |
| Parteċipanti interni | tfisser parteċipanti fit - test li jikkontribwixxu direttament għall -kisba tat-test u li huma impjegati jew sottokuntrattati mill-SGD. Dawn jistgħu jkunu wkoll parti minn awtorità pubblika oħra fdata bil -funzjonijiet tal-SGD pprovduti mid-DSGD u l-BRRD. |
| Osservaturi interni | tfisser osservaturi tat- test involuti sabiex jimmonitorjaw it-tlestija tat-test u jipprovdu fehmiet dwar id- diversi fażijiet tat-test. Huma impjegati jew sottokuntrattati mill- SGD. Dawn jistgħu jkunu wkoll parti minn awtorità pubblika oħra fdata bil -funzjonijiet tal-SGD pprovduti mid-DSGD u l-BRRD. |
| Parteċipanti esterni | tfisser il- parteċipanti tat -test li jikkontribwixxu direttament għall -kisba tat-test. Huma mhumiex impjegati jew sottokuntrattati mill- SGD u mhumiex fdati bil-funzjonijiet tal-SGD pprovduti mid-DSGD u l- BRRD. Dawn jistgħu jkunu parti ( inter alia ) minn istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati, awtoritajiet pubbliċi rilevanti jew fornituri esterni tal-SGD. |
| Osservaturi esterni | tfisser il- partijiet ikkonċernati involuti sabiex jimmonitorjaw it -tlestija tat-test u jipprovdu fehmiet dwar id- diversi fażijiet tat-test. Huma mhumiex impjegati jew sottokuntrattati mill- SGD u mhumiex fdati bil-funzjonijiet tal-SGD pprovduti mid-DSGD u l- BRRD. Dawn jistgħu jkunu parti ( inter alia ) minn istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati, awtoritajiet pubbliċi rilevanti jew fornituri esterni tal-SGD. |
| Fajl Single-Customer-View (“Fajl SCV”) | tfisser fajl li jkun fih l-informazzjoni tad-depożitant individwali meħtieġa sabiex jitħejja ħlas lura minn SGD, inkluż l -ammont aggregat tad- depożiti eliġibbli ta’ kull depożitant. |