+139. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …
|
139. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …
Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq, tipproċessa u tirreġistra l - operazzjonijiet, sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - iskoperturi għas - CSRBB, kif ukoll sabiex tiġġenera r - rapporti, għandhom ikunu kapaċi jappoġġaw il - ġestjoni tas - CSRBB f’waqtha u b’mod preċiż. B’mod partikolari, is - sistemi għandhom: - (a) Tkun koperta d - data tal - firxa tal - kreditu fuq l - iskoperturi kollha tas - CSRBB tal - istituzzjoni. Dan għandu jappoġġa s - sistema ta’ kejl tal - istituzzjoni sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - akbar sorsi ta’ skoperturi għas - CSRBB;
- (b) Ikunu kapaċi jirreġistraw b’mod sħiħ u ċar it - tranżazzjonijiet kollha li jsiru mill - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l - karatteristiċi tas - CSRBB tagħhom;
- (c) Ikunu mfassla apposta għall - kumplessità u n - numru ta’ tranżazzjonijiet li joħolqu s - CSRBB;
- (d) Joffru biżżejjed flessibbiltà sabiex jakkomodaw firxa raġonevoli ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress tas - CSRBB, kif ukoll kwalunkwe xenarju addizzjonali;
- (e) Jippermettu li l - istituzzjonijiet ikejlu, jivvalutaw u jimmonitorjaw bis - sħiħ il - kontribut ta’ tranżazzjonijiet individwali għall - iskopertura globali tagħhom; u
- (f) Ikunu kapaċi jikkalkolaw il - kejl tas - CSRBB.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|