+Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tas-CSRBB
---+139. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …
---+140. Is - sistema tal - IT għandha tkun kapaċi tirreġistra l - karatteristiċi tal - firxa tal - …
---+141. Is - sistemi li jintużaw sabiex jitkejjel is - CSRBB għandhom ikunu kapaċi jaqbdu l - …
---+142. Il - kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L …
---+143. Sabiex jiżguraw kwalità għolja tad - data , l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw …

Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tas-CSRBB

Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tas-CSRBB

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
139. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …

Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq, tipproċessa u tirreġistra l - operazzjonijiet, sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - iskoperturi għas - CSRBB, kif ukoll sabiex tiġġenera r - rapporti, għandhom ikunu kapaċi jappoġġaw il - ġestjoni tas - CSRBB f’waqtha u b’mod preċiż. B’mod partikolari, is - sistemi għandhom:

  • (a) Tkun koperta d - data tal - firxa tal - kreditu fuq l - iskoperturi kollha tas - CSRBB tal - istituzzjoni. Dan għandu jappoġġa s - sistema ta’ kejl tal - istituzzjoni sabiex tidentifika, tkejjel u tagħmel aggregazzjoni tal - akbar sorsi ta’ skoperturi għas - CSRBB;
  • (b) Ikunu kapaċi jirreġistraw b’mod sħiħ u ċar it - tranżazzjonijiet kollha li jsiru mill - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l - karatteristiċi tas - CSRBB tagħhom;
  • (c) Ikunu mfassla apposta għall - kumplessità u n - numru ta’ tranżazzjonijiet li joħolqu s - CSRBB;
  • (d) Joffru biżżejjed flessibbiltà sabiex jakkomodaw firxa raġonevoli ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress tas - CSRBB, kif ukoll kwalunkwe xenarju addizzjonali;
  • (e) Jippermettu li l - istituzzjonijiet ikejlu, jivvalutaw u jimmonitorjaw bis - sħiħ il - kontribut ta’ tranżazzjonijiet individwali għall - iskopertura globali tagħhom; u
  • (f) Ikunu kapaċi jikkalkolaw il - kejl tas - CSRBB.
140. Is - sistema tal - IT għandha tkun kapaċi tirreġistra l - karatteristiċi tal - firxa tal - …

Is - sistema tal - IT għandha tkun kapaċi tirreġistra l - karatteristiċi tal - firxa tal - kreditu tal - prodotti.

141. Is - sistemi li jintużaw sabiex jitkejjel is - CSRBB għandhom ikunu kapaċi jaqbdu l - …

Is - sistemi li jintużaw sabiex jitkejjel is - CSRBB għandhom ikunu kapaċi jaqbdu l - karatteristiċi tas - CSRBB tal - prodotti kollha.

142. Il - kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L …

Il - kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L - istituzzjonijiet għandhom jiskrutinizzaw kemm il - kwalità tas - sorsi ta’ informazzjoni esterni li jintużaw fl - istabbiliment tal - bażijiet tad - data storiċi tal - firxa tal - kreditu, kif ukoll il - frekwenza li biha jiġu aġġornati l - bażijiet tad - data .

143. Sabiex jiżguraw kwalità għolja tad - data , l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw …

Sabiex jiżguraw kwalità għolja tad - data , l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw proċessi xierqa li jiżguraw li d - data li tiddaħħal fis - sistema tal - IT tkun korretta. L - inputs tad - data għandhom jiġu awtomatizzati mill - aktar fis possibbli sabiex jitnaqqsu l - iżbalji amministrattivi, u l - immappjar tad - data għandu jiġi rieżaminat u ttestjat perjodikament bi tqabbil ma’ verżjoni mudell approvata. Barra minn hekk, għandu jkun hemm dokumentazzjoni suffiċjenti tas - sorsi l - kbar ta’ data użati fil - proċess ta’ kejl tar - riskju tal - istituzzjoni. L - istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi xierqa sabiex jivverifikaw il - korrettezza tal - proċess ta’ aggregazzjoni u l - affidabbiltà tar - riżultati mudell. Dawn il - mekkaniżmi għandhom jikkonfermaw il - preċiżjoni u l - affidabbiltà tad - data .

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/